Jista' il-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21312 u jgħid liema xogħlijiet ta' tisbiħ saru mill-2003 sal-lum u x'kienet in-nefqa fuq kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar peress li qed issir lista' tal-pagi u oħra tal-materjal għal kull proġett.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura din is-sena hemm 26 karozza mikrija kif jidherhawn taħt:-
Ministeru nkluż is-Segretarjat Permanenti 4*
Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea 1
Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi 1
Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni 8
Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija 1
Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta 1
Dipartiment tal-Financial Management 2
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 1
Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi 1
Dipartiment għas-Servizz tat-Tindif 6
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi 0
* waħda taħdem bl-elettriku
Fl-2005, kien hemm spiża ta’ Lm 40,770.43ċ f’kiri ta’ karozzi, filwaqt li l-fuel bill tagħhom kien ta’ Lm16,209.36ċ.
Jista' il-Ministru jelenka liema proġetti se jsiru fit-tliet snin li ġejjin mill-kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u Imdina? X'inhi s-somma li hu stmat li se jqum kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-proġetti li huma maħsuba li se jsiru fis-sena 2007 mill-Kumitati għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u Mdina huma, fost proġetti oħra, is-segwenti.
Proġetti
Stima
(Lm)
Master Plan
għall-Belt Valletta
22,455
Tkomplija tax-xogħol ta’ restawr fil-Knisja tal-Vitorja, il-Belt
23,000
Xogħol ta’ restawr fil-Knisja Santu Rokku, Mdina
2,000
Proġetti
(Iffinanzjati wkoll minn voti Kapitali oħra)
Stima
(Lm)
Bieb Prinċapali ta’ l-Imdina
10,000
Torri ta’ l-Arloġġ, Birgu
120,000
Pavimentar ta’ Triq Merkanti u Pjazza San Ġwann, il-Belt
545,000
Dokumentazzjoni u interpretazzjoni ‘3D’ tal-Forti Sant’ Iermu, il-Belt Valletta
15,000
Tkomplija tax-xogħol ta’ restawr fil-Kappella tas-Salvatur, Kalkara
20,000
L-Onor. Interpellant japprezza li għat-tlett snin li ġejjin għad irid jinħadem programm speċifiku.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet ta' embellishment f'Għar id-Dud, Tas-Sliema? Dan ix-xogħol jinkludi wkoll xogħol ta' pavimentar tal-pedestrian area kollha? Kemm hu stmat li se jiġi jqum dan il-proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol ta’ embellishment hu miexi kif ippjanat. Wara li issa tlesta' x-xogħol relatat mal-manutenzjoni/bini mill-ġdid tar-retaining wall ta' l-istess promenade, issa beda x-xogħol fuq il-kurduna ta’ barra u għal nofs Novembru mistenni jibda l-pavimentar tal-pedestrian area. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest f’Marzu 2007. Dan il-proġett hu stmat li ser jiswa madwar Lm200,000.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa l-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina inkluż breakdown ta' l-ispejjeż li jinkludi ħlas ta' overtime allowance u ħlas għall-monitoraġġ arkeoloġiku?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ispiża tal-proġett tal-pavimentar ta’ l-Imdina, nkluż
breakdown
ta’ l-ispejjeż li jinkludi ħlas ta’
overtime
u ħlas għall-monitoraġġ arkeoloġiku, hija kif tidher hawn taħt:-
Pavimentar ta’ l-Imdina :
2004
2005
2006
Total
Xogħol ta’ konkos fl-art
8,075.00
33,879.51
21,399.26
63,353.77
Tqegħid ta’ pavimentar
100,068.35
206,485.71
114,441.03
420,995.09
Xogħol ta’
scarifying
3,135.00
32,710.86
15,720.37
51,566.23
Tiswija tad-drenaġġ
0
5,510.00
11,044.09
16,554.09
Overtime
5,656.92
3,940.29
4,238.19
13,835.40
Monitoraġġ arkeoloġiku
0
0
6,438.00
6,438.00
Total
116,935.27
282,526.37
173,280.94
572,742.58
Xogħol Ieħor :
2004
2005
2006
Total
Xogħol ta’ ħadid
0,164.02
0
0
10,164.02
Testijiet ta’ġebel tal-qawwi
5,935.72
0
0
5,935.72
Xogħol tad-Dipartiment
tal-Manufattura u s-Servizzi
30,000.05
0
0
30,000.05
Xogħol ta’
floodlights
–
Dipartiment tal-Manufattura
u s-Servizzi
4,037.20
0
0
4,037.20
Materjal
2,791.95
4,959.32
4,571.67
12,322.94
Kiri ta’ l-inġenji
1,193.25
8,396.58
6,450.00
16,039.83
Servizzi
610.57
1,665.40
4,131.03
6,407.00
Xogħol ieħor
1,306.05
756.00
3,903.96
5,966.01
Tender
għall-dawl ta’ l-art
0
18,428.00
2,280.40
20,708.40
Funtani ta’ l-Imdina
0
0
4,790.00
4,790.00
Floodlights
għall-Katidral ta’
l-Imdina
0
0
1,302.74
1,302.74
Total
56,038.81
34,205.30
27,429.80
117,673.91
Grand Total:
690,416.49
Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet huma identifikati li se jsiru mill-Cottonera Rehabilitation Centre matul din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi x-xogħlijiet li bdew u ser jitkomplew matul din is-sena mill-Cottonera Rehabilitation Centre, huma kif jidhru hawn taħt:-
Bieb Sant Anna, l-Isla - Dawl ġdid;
Kontinwazzjoni Bieb Santa Liena, Bormla - Dawl ġdid;
Restawr tal-Kapella tas-Salvatur, Kalkara;
Xogħol ta’ restawr fl-Armerija, Birgu;
Restawr ta’ statwi ta’ San Lawrenz u San Duminku.
Barra minn hekk għaddej xogħol estensiv u elaborat sabiex masġar f'Bormla jiġi trasformat f'Park rikreattiv. Dan ix-xogħol qed isir mill Ministeru b'kollaborazzjoni mal-CRP u l-Kunsill Lokali ta' Bormla.
Riżorsi u Infrastruttura — Kumpanniji ta' reklamar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-aġenziji ta’ reklamar li ġew użati mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u mid-Dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006 s’issa, kif ukoll l-ispiża nvoluta f’kull każ, kienu kif jidhru hawn taħt:
Ministeru
Aġenziji ta’ Reklamar
Spiża (Lm)
Bonaci Media Entertainment
1,888.00
Executive Services Ltd
525.10
Cliché Media & Entertainment Co. Ltd
400.02
Ability Publications Ltd.
76.70
Dipartimenti
Aġenziji ta’ Reklamar
Spiża (Lm)
Union Press
193.65
Sound & Vision Print
67.96
Allied Newspaper
265.64
News Works (Malta Today)
72.21
Media Link Communications
193.65
Standard Publication
182.65
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa ta' kull kumitat ta' riabilitazzjoni, kull kumitat separatament, inkluż l-isem tal-proġett li saru x-xogħlijiet fuqu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-breakdawn tan-nefqa ta' kull kumitat ta' Rijabilitazzjoni hija kif tidher hawn taħt:-
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Furjana
Proġett
Nefqa (Lm)
Xogħlijiet fil-Knisja tal-Vitorja, Valletta
23,307.00
Xogħlijiet fil-Palazz, Valletta
1,888.00
Xogħlijiet fil-Knisja ta’ Sarria, Furjana
1,431.00
Xogħlijiet fil-Ġonna ta’ Hastings, Valletta
24,497.00
Xogħol ta’ Restawr fuq il-Monument ta’ Enrico Mizzi, Valletta
1,180.00
Proġetti żgħar oħra
33,197.00
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera
Proġett
Nefqa (Lm)
Xogħol fuq id-Dawl tal-Bieb ta’ Sant’ Anna, Isla
10,123.00
Xogħol fuq id-Dawl tal-Bieb ta’ Sant’ Elena, Bormla
4,136.00
Xogħol fuq id-Dawl fi Pjazza Santa Margerita, Bormla
6,000.75
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni ta’ l-Imdina
Proġett
Nefqa (Lm)
Xogħol fuq id-Dawl tal-Bieb ta’ l-Imdina, Mdina
9,199.00
Proġetti żgħar oħra
7,859.00
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat il-persentaġġ ta' xogħol ta' renumbering tal-bibien li tlesta s'issa? Meta se jitlesta l-eżerċizzju kollu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jiena nfurmat illi huwa diffiċli li wieħed jistma l-persentaġġ ta’ xogħol ta’ renumbering tal-bibien li tlesta' s’issa meta wieħed iqis li dan l-eżerċizzju huwa wieħed dinamiku u t-tibdil fin-numri tal-bibien jiddependi minn diversi fatturi ewlenin fosthom il-bini ġdid li jkun qiegħed jinbena u bini ieħor li jista’ jinbena fil-futur, kif ukoll it-tibdil fl-ismijiet tat-toroq speċjalment fejn triq waħda tinqasam f’partijiet b’ismijiet diversi.
Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jipprevedi meta ser jitlesta' l-eżerċizzju kollu. Pero, bħala statistika, jista' jinghad li mill-1997 sa 2006, sar id-door numbering f'diversi bliet u rħula u dan bir-rata medja ta' 302 toroq fis-sena.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali ta': 1) l-awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi; 2) Building Industry Consultative Council?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi r-Rapport Annwali ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed jiġi finalizzat filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport Annwali tal-Building Industry Consultative Council għas-sena 2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitkompla l-proġett kontra l-għargħar fl-Imsida, liema proġett kien inbeda ħafna snin ilu u issa ilu wieqaf ħafna snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Ministeru ħejja proġett kontra l-għargħar fl-area ta' l-Imsida, B'Kara, Iklin u Mosta. Dan il-proġett li jiswa l-għexieren tal-miljuni ta' liri qed jiġi evalwat mill-Gvern u mill-UE sabiex jekk hu possibbli jkun finalizzat parzjalment mill-Fondi Strutturali ta' l-UE.
Dan il-proġett jikkonsisti f'madwar 15km ta' mini taħt l-art u servizzi anċillari li jkunu kapaċi jiġbru l-ilma tax-xita mill-inħawi li jwasslu għal B'Kara u l-Imsida u li mbagħad dan l-ilma wara li jkun imsaffi jkun jista' jiġi wżat għal diversi skopijiet, bħal tisqijja u tindif ta' toroq.
Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21147 u 21355 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21032 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li xhur ilu ġejt imwiegħed f'risposta għall-mistoqsija parlamentari li se ssir spezzjoni ta' garaxx tal-gvern li għandu mikri għandu persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba periklu ta' saqaf bil-ħsara, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir l-ispezzjoni meħtieġa peress li baqgħet ma saritx?
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-nefqa bħala hospitality matul is-sena 2006 s’issa, mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mid-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu hija kif ġej:-
Nefqa
Lm
§ Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura
5,032.09
§ Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru
1,146.35
§ Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
138.37
§ Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
70.00
Total
6,386.81
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul din is-sena fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, kif ukoll fid-dipartimenti u fl-enti li jaqgħu taħtu, hemm 26 karozza mikrija bir-rati kif jidhru hawn taħt:-
Ammont
Rata nkluż VAT
Ministeru nkluż is-Segretarjat Permanenti
4
Lm 3.82 (x 3)
Lm 6.69
(
x 1)
(elettriku)
Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea
1
Lm 4.92
Diviżoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi
1
Lm 3.82
Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni
8
Lm 3.82 (x 6)
Lm 4.92 (x 2)
Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
1
Lm 3.82
Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta
1
Lm 4.92
Dipartiment tal-
Financial Management
2
Lm 3.82
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
1
Lm 3.82
Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi
1
Lm 3.82
Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif
6
Lm 3.82 (x 5)
Lm 4.92 (x 1)
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
0
Jista' il-Ministru jinformana kemm se jiswa l-upgrading li bħalissa għaddej f'Għar id-Dud f'Tas-Sliema? Meta huwa ppjanat li jkun lest? Hemm possibbilta' li ma jitnaqqsux parking bays fil-pjani l-ġodda? Hemm pjani biex tkompli xi embellishment ieħor f'Tas-Sliema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol ta’
Embellishment
f’Għar id-Dud hu stmat li jiġi jiswa madwar Lm200,000. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest f’Marzu 2007. Il-wisa’ tat-triq ġiet mibdula wara konsultazzjoni mal-ADT. Nikkonferma li fil-proġett ta'
embellishment
mhux se jkun hemm nuqqas ta'
parking
ħlief li fil-
parking are
a
ta' ħdejn il-fortizza dan ser jiġi organizzat u regolarizzat.
Għal din is-sena m’hemmx pjanijiet oħra għal xi xogħol ta’ Embellishment f’Tas-Sliema.
Jista' il-Ministru ġentilment jara li titnaddaf il-parti tat-triq rurali fil-pjanta mill-iskart goff li hemm f'dawn l-inħawi ta' l-area li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi t-triq rurali indikata mill-Onor. Interpellant ma taqax taħt ir-responsabilita’ tal-Gvern Ċentrali iżda taħt il-Kunsill Lokali. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsijja lill-Ministru kkonċernat.