Jista' l-Ministru jara li Triq il-Fuqqanija c/w Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ issir one way bil-kontra jiġifieri l-vetturi jidħlu minn Triq is-Siġġiewi għal Triq il-Fuqqanija peress li l-ħruġ ta' vetturi għal Triq is-Siġġiewi li hi triq arterjali qiegħed joħloq periklu għat-traffiku li jgħaddi minn Triq is-Siġġiewi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-Kunsill Lokali ta’ Haż-Żebbuġ kien ressaq din it-talba b’ittra datata 3 ta’ Mejju 2006. It-taqsima kienet talbet lill-kunsill għal xi nformażżjoni addiżżjonali b’ittra datata 14 ta’ Mejju 2006. Sal-lum, it-taqsima għad ma rcivietx l-informażżjoni mitluba mill-kunsill.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Niġbed l-attenżjoni tal-Onorevoli Membru li din l-informażżjoni diġa ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija Nru. 25609 bid-data tal-24 ta' April
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur imsemmija, mill-Ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fix-xhur imsemmija ma kienx hemm l-ebda uffiċjal fl-iskali indikati li rrizenja jew għalqulhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożiżżjoni.
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din l-informazzjoni mitluba ma tapplikax għall- Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għall- fatt li s-sistema ta' l-iskali ma tapplikax għall-istess Awtorita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittiehdu miżuri ta' "energy saving" allura dan, ovvjament kellu mpatt pozittiv.
Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fi Triq il-Ħida, Kappara, San Gwann minħabba l-ispeed qawwi li jgħaddu bih is-sewwieqa f'diversi ħinijiet tal-ġurnata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal ‘road hump’ fi Triq Hida. Izda, it-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku, flimkien mar-residenti ta’ ta’ l-inhawi w mal-kunsill lokali, implimenta diversi mizuri f’din l-akwata sabiex jittejbu l-livelli ta’ sigurta fit-triq.
Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing f'nofs Birkirkara Road, San Gwann bħala speed breaker?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal zebra crossing jew road hump fi Triq Birkirkara, San Gwann.
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tar-residenti ta' Triq Sant'Andrija, Swatar, Msida biex it-triq tagħhom li nqalgħet minħabba xogħlijiet tal-Water Services Corporation titwitta kollha permezz ta' cold asphalt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-Awtorita’ tat-Trasport ma tippermettiex li jsir reinstatemNinfent ta’ trinek bil-cold asphalt..
F’dan il-każ ir-reinstatement tlesta u huwa skond il-kundizzjonijet li ħarġet l-istess Awtorita’.
Jista' l-Ministru jara jekk hemmx xi possibilta' li Triq Sant'Andrija, Swatar, Msida ssir one way minħabba d-djuq tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ghalkemm it-taqsima ma kienet sabet l-ebda oggezzjoni ghal one-way li ghaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari izda il-kunsill kellu jerga jezamina din it-talba fl-isfond ta’ l-access ghal vetturi minn Triq Swatar. Il-kunsill kellu jinforma lit-taqsima dwar dan izda sal-lum, it-taqsima ma rceviet l-ebda informazzjoni addizzjonali mill-kunsill.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27556 u jgħid jekk is-somma li kellhom iħallsu l-konsorzju Viset, Port Cottonera u l-CWG għal xogħlijiet artistiċi skond il-kuntratt taċ-ċens tal-proprjeta' li ingħataw tħallsitx? Kemm kienet din is-somma f'kull każ? Fhiex intnefqu dawn il-flus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol tal-Landscaping tal-moll tal-Kottonera kien jinkludi kontribużżjoni minn kull konsorzju li jagħmel parti mil-proġet tar-riġenerazzjoni tal-Kottonera skond il-parametri tal-kuntratt u ċens li sar mal-Gvern 2 ta’ Gunju 1999. Il-kontribut li ngħata kien ta’ l-ammonti murija hawn taħt:
Cottonera Waterfront Group: Lm47,200 (Vat inkluz)
Treasury Development: Lm35,400 (Vat inkluz)
Casino di Venezia: Lm35,400.00 (Vat inkluz)
Grand Harbour Marina: Lm23,600 (Vat inkluz)
Dawn il-kontribużżjonijiet kollha marru biex isir ix-xogħol ta’ landscaping tal-Cottonera Waterfront, liema xogħolijiet jinkludu wkoll tlett xogholijiet artistiċi. Waħda minn dawn ix-xogħolijiet tpoġġiet fil-post u t-tnejn l-oħra huma fil-proċess li jitqiegħdu fil-post skond l-iskema proposta.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27580 u jara li t-triq li tagħti mill-pont tal-Mosta sa San Pawl tat-Tarġa (fuq il-wied, Santa Margherita) tiddawwal peress li din it-triq saret ħafna traffikuża u n-nuqqas ta' dawl adegwat jista' jwassal għal inċidenti serji?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-triq msemmija fil-mistoqsija tiegħu taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Il-mistoqsija għandha tkun referuta lill-Ministru kkonċentrat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parking bays ġewwa l-Belt Valletta li huma:
i) reserved
ii) riservati għal persuni li joqogħdu f'areas pedonali
iii) riservati għar-residenti tal-Belt wara s-7.00p.m.
iv) miftuħa għall-pubbliku kollu f'kull ħin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li:-
i) reserved –
97
parking bays
riservati għal vetturi tal-Gvern. Minn dawn, 25 huma fl-
area
ta' CVA. Skond l-informazzjoni li għandha l-ADT, hemm approvati
49
parking bays
oħra
riservati ghall persuni b’disabilita.
ii) riservati għal persuni li joqogħdu f'
areas
pedonali -
141
iii) riservati għar-residenti tal-Belt wara s-7.00p.m -
493
iv) miftuħa għall-pubbliku kollu f'kull ħin -
2,502
matul il-ġurnata
2,009
filgħaxija, dawn fl-
area
ta' CVA. In-numru ta'
parking bays
fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA huma
634
.
Jista’ l-Ministru jghid f’liema stadju wasal il-progett tal-bini mill-gdid tal-bypass li minn Haz-Zabbar twassal sa Wied il-Ghajn? Meta mistenni jibda x-xoghol u kemm mistennija tkun l-istima? Dan il-progett se jitħallas minn fondi nazzjonali jew minn fondi mill-Unjoni Ewropea?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-‘tender document’ għax-xogħol ta’ rikostruzzjoni tal-Bypass tlesta u bħalissa qed ikun ivverifikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Il-pubblikazzjoni tat-‘tender’ mid-Dipartiment tal-Kuntratti hi mistennija li ssir f’nofs ix-xahar ta’ Ottubru. L-adġġudikazzjoni ta’ l-offerti tibda ssir wara l-egħluq tal-perjodu fejn jistgħu jittieħdu u jintefgħu l-offerti. Dan il-perjodu hu twil 52 gurnata.
Għalkemm l-ADT għandha stima akkurata ta’ kemm ġejjin jiswew ix-xogħlijiet, tħoss li mhux prudenti tiżvela ċ-ċifra f’dan l-istadju.
Dan il-progett huwa ko-finanżjat mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea (ERDF). Dan ifisser li l-parti l-kbira tal-ħlas ser joħrog mill-U.E. u d-differenża toħrog mill-Gvern Ċentrali.
Jista’ l-Ministru jara jekk tistax titkompla l-bankina go Zebbug Road Attard (fil-biċċa d-dejqa bejn fondi numri 17-20) u dan għaliex ir-residenti li joqgħodu f’din il-bicca perikoluża ma jistgħux jimxu b’serħan il-moħħ speċjalment meta jkollhom push chair jew tarbija.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet meħtiega fit-triq imsemmija mill-Onor Interpellant u rriżulta li fil-biċċa d-dejqa bejn fondi numru 17-20 m'hemmx wisgħa biżżejjed biex tinbena bankina skond regolamenti tal-KNPD. Xorta waħda dan il-każ se titressaq quddiem it-TrafficMmanagement Directorate biex tinstab solużżjoni għal din il-problema.
Jista' l-Ministru jinfurmani fuq il-qagħda ta' Triq il-Ġostra, Msida fejn it-triq donnha nofsha lesta? Jista' jgħid x'diffikulta' hemm u jekk kemmx xi data ta' meta se titlesta t-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi p/o Triq il-Ġostra tifforma parti mill-programm ta’ toroq li jridu jinbnew sa l-aħħar tas-sena 2008.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-ring road ta' Santa Luċija ġiet magħluqa għat-traffiku f'ħinijiet fejn it-traffiku jkun wieħed sostanzjali? Japprezza li din żiedet il-problema tat-traffiku li jkun ġej mit-Triq tal-Barrani? Jaħsibx li jekk ikun hemm postijiet oħra li ssir l-istess ħaġa nispiċċaw bit-traffiku ġġamjat u karozzi li m jistgħux joħorġu mil-lokal tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B’riferenza għal mistoqsija parlamentari, ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku tinforma lil Onor. Interpellant li sar moniteraġġ tas-sistema tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani u madwar ir-roundabout ta’ Santa Lucija w sussegwantament inħarget rakkomandaZZjoni lil kunsill lokali ta’ Santa Lucija fid-data 25 ta’ Settembru 2007 sabiex Dawret it-Torri terġa’ tinfetaħ għat-traffiku.
Il-kunsill lokali ta’ Santa Luċija qed joġġeżżjona li tali’ restriżżjonijiet f’Dawret it-Torri jitneħħew kif juri f’ittra datata 28 ta’ Settembru 2007. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-korrespondenza lill-u mill-kunsill Lokali dwar id-suġġett.
B'referenza għall-mistoqsija preċedenti li għamilt dwar l-istess suġġett, jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li komplew jasluli din id-darba minn residenti fil-Kappara li t-Trasport pubbliku minn San Ġwann lejn il-Belt u lura m'huwiex iżomm il-ħinijiet tiegħu, tant li s-servizz minkejja l-frekwenza stipulata tiegħu m'huwiex ikun regolari?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li meta jsiru dawn l-ilmenti, dawn għandhom jiġu investigati billi jiġu irrapurtati immedjatament jew fl-uffiċju ta’ City Gate fuq in-numru 21231216 fejn ikun hemm żewġ uffiċjali ta’ l-ADT bejn l-5.30 ta’ filgħodu u l-11.00 ta’ bil-lejl jew inkella fuq freephone 800 72393.
Minkejja dan, it-taqsima ta’ l-Infurzar fi ħdan l-ADT ser tiżgura li dan l-abbuż ma jseħħx.
Jista' l-Ministru flimkien ma' l-awtorita' kompetenti jinvestiga l-ilmenti ta' residenti ta' Triq H. Calleja Schembri, Msida dwar id-drawwa riċenti li jgħaddu karozzi tal-linja minn ġo fiha minkejja d-djuq ta' triq għax dan qed joħloq inkonvenjent għar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li din it-triq hija l-uniku aċċess li jeżisti skond is-sistema ta’ l-immaneġġjar tat-traffiku sabiex ikun jista’ jingħata servizz tat-Trasport Pubbliku f’dawk l-inħawi.
Jista' l-Ministru jara li minħabba l-mod rrankat li bih jitla' t-traffiku mill-pjazza ta' San Ġiljan - qrib l-għassa tal-pulizija - għat-telgħa li tagħti lejn it-Triq Reġjonali, jiġu ntrodotti traffic calmers b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal ‘traffic calmers’ fi Triq Mikiel Ang, Borg li taghti mall-pjazza ghal Triq Regjonali.
Mill-
Police Accident Report
ghas-snin 2005 w 2006, irrizulta li kien hemm incident wiehed biss li nvolva persuna li weggghet hafif w l-awtorita’ ma ghandha l-ebda informazzjoni li turi li dan l-incident sehh minhabba sewqan esegerat.