Legislature:
Category:
Reset
Active:

Home – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħata separatament rigward applikazzjoni għall-home tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Is-Sitt Distrett – Housing Soċjali allokat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati housing soċjali fis-Sitt Distrett, skont il-lokalità, sa mill-2013, maqsuma skont il-lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-1 ta’ Jannar 2013 sallum, l-Awtorità tad-Djar allokat 3 postijiet ġewwa Ħal Luqa, 22 post f’Ħal Qormi u 10 postijiet fis-Siġġiewi.

Awtorità tad-Djar – Housing Soċjali fis-Sitt Distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm mill-Awtorità tad-Djar għall-Housing Soċjali fis-Sitt Distrett għas-snin li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, hemm żewġ proġetti ġodda għall-Housing Soċjali li huma ppjanati f’lokalitajiet li jaqgħu fis-sitt distrett.

każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li jgħixu f'kamra kkundanata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti d-dettalji korretti tal-persuna kkonċernata peress li in-numru tal-karta tal-Identita’ ma taqbilx mal-persuna hawn taħt imsemmija.

Ministeru għall-Famlija u s-Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani — ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jkunu qed jinfetħu Djar tal-Anzjani matul din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il Dar tal-Anzjani se jkun qed jiftaħ u f'liema lokalità se jkunu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Gvern għaddej kontinwament b'diskussjonijiet biex iżid is-sodod sabiex tiġi indirizzata d-domanda preżenti kif ukoll dik proġettata.

Day Centres — ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qed jiftaħ Day Centres matul din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid kemm u f'liema lokalità se jkunu qed jinfetħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul din is-sena ser inkunu qed niftħu Ċentri ta’ Matul il-Jum. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet dwar dan ir-rigward.

Night Shelter — ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qed jiftaħ Night Shelters matul din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid kemm u f'liema lokalità se jkunu qed jinfetħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul din is-sena ser inkunu qed niftħu Night Shelters. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet dwar dan ir-rigward.

Sptar Zammit Clapp – servizz ta’ tabib — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m'hemmx servizz ta' tabib fl-Isptar Zammit Clapp? Huwa minnu li r-residenti li jkollhom bżonn tabib iridu jħallsu €20 kull darba li jżurhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, għandu tabiba ingaġġata u allokata għal Zammit Clapp, li tagħmel iż-żjarat tagħha b’mod regolari. Dan is-servizz jingħata b'xejn mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva.

Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġu l-aħħar tenders biex jintgħażlu l-kuntratturi tax-xogħol ta’ tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm hemm kuntratturi involuti fil-qasam tat-tindif f’dan il-post u kull kuntrattur kemm għandu ħaddiema miegħu fuq bażi full-time u part-time?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa qegħdin fl-aħħar fażijiet biex joħrog it-tender ġdid li jirrifletti l-aħħar bidliet fil-leġiżlazzjoni u li jindirizza l-bżonnijiet tar-Residenza. L-Onor. Interpellant għandha tapprezza li kull informazzjoni f'dan l-istadju tista' tippreġudika l-proċess.

Wied il-Għajn u Paola – Ċentru LEAP – profiling ta’ individwi u familji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u/jew individwi f’Wied il-Għajn u Paola, li għandhom xi forma ta’ diżabilità, li sarilhom il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-profiling li sar sa issa mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP jiriżulta li: · F’Wied il-Għajn saru 268 profile (individwi) li minnhom 10 għandhom xi forma ta’ diżabilità; · F’Paola saru 164 profile (individwi) li minnhom 7 għandhom xi forma ta’ diżabilità.

Dar tal-Anzjani – Dħul ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dħul f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Manutenzjoni fuq saqaf tal-bejt ta’ blokka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex meta saret il-manutenzjoni fuq is-saqaf tal-bejt tal-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, din il-manutenzjoni ma saritx fuq il-bejt kollu iżda fuq nofsu biss, bil-konsegwenza li xi residenti ta’ din il-blokka qegħdin isofru minn ħsarat minħabba dħul ta’ ilma fil-flat fejn joqogħdu huma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-inkwilna li ressqet l-ilment għall-attenzjoni tal-Awtorità tad-Djar, diġà kienet infurmata dwar id-dettalji tal-każ tagħhom u x-xogħol li sar.

Pensjoni taħt l-€500

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża sal-aħħar tas-sena 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li bbenefikaw minn sussidju tal-kera mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien jammonta għal 1,586. L-ispiża fuq sussidju tal-kera għas-sena 2016 kienet dik ta’ €1,101,910, imqassma kif ġej. €125,960 Scheme R - Rent Subsidy (previous scheme) €975,950 Scheme RSS - rent subsidy (current scheme)

Pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni sal-aħħar tas-sena 2016 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Stairlift – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ tal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ fuq stairlift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-applikazzjoni tal-persuna li qed issir referenza għaliha ġiet ipproċessata. L-għotja tingħata lill-applikant meta l-istairlift jiġi installat. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rigward il-problema li din il-persuna qed tiltaqa’ magħha ma’ sid il-kera, l-Awtorità tad-Djar ma tistax timponi fuq dan is-sid tal-kera sabiex jaċċetta li l-inkwilin iwaħħal l-istairlift fil-proprjetà privata tiegħu.

Sussidju fuq irranġar ta’ dar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward sussidju fuq irranġar ta’ dar li minkejja li ilha li applikat 6 xhur u ġie il-perit, ħadd għadu ma reġa’ kellem lil din is-sinjura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Housing — Proprjetà – każ ta‘ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament huwiex proprjetà tal-housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29881

Stennija għal dħul f’home – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament fejn din l-anzjana tinsab Mater Dei u qiegħda tistenna li tidħol ġewwa home? Jista’ l-Ministru jara fejn wasal dan il-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.