Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #22968 Sitting 352 2016-02-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Konferenza Security of Gas Supply: The Role of Gas Development in the Mediterranean Region

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-ħlasijiet li saru lis-suppliers tal-konferenza Security of Gas Supply: the role of Gas Development in the Mediterranean Region, li nżammet, f'Lulju 2014? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-ħlasijiet li saru kienux iktar minn dawk li kienu oriġinarjament ikkwotati, u x'kienu l-ammonti żejda li tħallsu, u għal xiex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet li saru kienu marbutin mal-organiżżazzjoni tal-konferenza li għaliha attendew kemm rappreżentanti ta’Gvernijiet Ewropej u mill-Afrika ta’ Fuq, kif ukoll rappreżentanti minn kumpaniji internazzjonali. Din il-konferenza kienet mifruxa fuq jumejn u l-attendenza kienet tammonta għal madwar 200 persuna. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Awditur Ġenerali li kien impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22969 Sitting 352 2016-02-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — uffiċjali - vjaġġi

Question

B'referenza għal ħames vjaġġi li saru barra mill-Ewropa, minn uffiċjali tal-Ministeru, matul l-2014, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min kienu l-uffiċjali li pparteċipaw f'dawn il-vjaġġi, u x'kienu l-ispejjeż totali li saru għal dawn l-istess vjaġġi? X'kien l-iskop ta' dawn il-vjaġġi? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-Awditur Ġenerali indikax xi rregolaritajiet f'dawn l-istess vjaġġi? Jekk iva, x'kienu dawn l-irregolaritajiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-safar isir minn diversi uffiċjali skont l-esiġenzi. L-informazzjoni dettaljata tinsab fir-Rapport tal-Awditur Ġenerali liema rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministeru daħħal check-list dwar dan u jimxi mal-proċeduri tal-ivjaġġar.
Leg 12 PQ #22970 Sitting 352 2016-02-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Mount Carmel — impjegati - ħlas ta' overtime u allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awditur Ġenerali indikax xi rregolaritajiet, fir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2014, għal dak li jirrigwardja l-ħlas ta' overtime u allowances lill-impjegati tal-Isptar Mount Carmel? Jekk kien hemm dawn in-noti, jista' jagħti tagħrif dwar x'kienu, u x'passi ttieħdu mill-Ministeru, dwarhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali il-Management tal-Isptar Mount Carmel ħa l-azzjonijiet meħtieġa.

Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18245, jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għax sal-lum għadu ma rċeva xejn u ma ġie solvut xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-każ ġie riferut lill-Bord tal-Appell tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Skema tal-ikel u mediċina b'xejn — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward il-każ tat-tifel li marid b'tumur sabiex jidħol fl-iskema t'ikel u mediċina b'xejn għal nies celiac bi problemi ta' gluten?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Kontijiet pendenti tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu ma jirċievi kont minn Ottubru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS Ltd. li l-kont reġa’ intbagħat u l-persuna msemmija kkonfermat li rċevietu.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema li għandu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata u ttieħdu l-passi neċessarji biex il-każ ikun solvut.

Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jattendu regolarment iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali f’kull lokalità u kemm hija l-ispiża ta’ kull persuna li jattendi dawn iċ-Ċentri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentri ta' matul il-jum għal persuni b'nuqqas ta’ saħħa mentali jinsabu f il-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Bormla, Żejtun u Floriana. Bejnithom hemm 283 persuna rreġistrata li jattendu regolarment.

Persuni li għandhom xi forma ta' problema mentali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8954, jista’ l-Ministru jagħtini risposta speċjalment rigward dawk il-persuni li għandhom xi forma ta’ problema mentali u f’liema lokalità jgħixu dawn in-nies?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders, lil min ingħata kull direct order u kemm swiet kull direct order matul l-2015, u dan biex ġie provdut xogħol, materjal u / jew servizzi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #22942 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Bozoz skonnettjati mill-Enemalta

Question

Billi skont ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22760, l-Enemalta plc. ma skonnettjat l-ebda bozoz minn San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid kemm skonnettjat bozoz pubbliċi, u minn liema toroq, mill-istess lokalità matul l-aħħar sena?X’kienet ir-raġuni għal dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc li fil-perjodu msemmi ġiet skonnettjata bozza waħda fi Triq it-Turisti peress li kienet imwaħħla b’mod irregolari.
Leg 12 PQ #22967 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sejħiet għal Kiri ta' Uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu ż-żewġ sejħiet li ħarġu mill-Ministeru, matul l-2015, għall-informazzjoni dwar kiri ta' spazju maħsub biex iservi ta' uffiċċji mill-Ministeru? Jista' jagħti tagħrif dwar l-ismijiet tal-individwi, jew entitajiet li wieġbu għal din is-sejħa, u jagħti wkoll indikazzjoni dwar il-prezzijiet li ġew mitluba fiż-żewġ każijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt is-sejħiet ġewx evalwati, u jekk iva, min intgħażel, u fuq liema kriterju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi ġew ikkanċellati peress li l-ebda waħda mill-proposti sottomessi ma ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ministeru u ċerti talbiet kienu anke jeċċedu l-ammont li l-Gvern lest li jħallas. Għalhekk qed jippruvaw jinstabu alternattivi oħra.

Mediċina — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt ma' l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward mediċina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qed jigi segwit.

ARMS – kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18239, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat meta dan il-każ ġie investigat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS li fuq il-kont imsemmi ma kienx hemm l-ammont pendenti kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 18239 u l-persuna qatt ma ntalbet tħallas l-ammont indikat f’daqqa. L-ammont pendenti qed jiġi imħallas.

Mobile Dental Unit

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Mobile Dental Unit li tħabbret f’Ottubru 2015 fil-fatt hija parti mill-Università ta’ Malta fuq inizjattiva tal-Fakultà tal-Mediċina u tad-Dipartiment tar-Riċerka u mhux inizjattiva tal-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ga hu indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21466, is-servizz tad-dentistrija fil-komunita’ qed isir b’kollaborazzjoni mal-Universita ta’ Malta. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li dan is-servizz minghajr hlas ta’ dentistrija fil-komunita’ rega beda f’Settembru 2015, wara li s-servizz tad-dentistrija fic-Centri tas-Sahha kien twaqqaf mill-gvern precedenti f’April 2010.

Każijiet ta’ mwiet riżultat ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 19269 u 21459, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ persuni li għamlu suwiċidju matul is-sena 2015 li kienu pazjenti psikjatriċi fl-Isptar Monte Carmeli u kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li huma reġistrati bħala Outpatients mas-Servizz ta’ Saħħa Mentali għamlu suwiċidju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Monte Carmeli fl-2015 ma kien hemm l-ebda pazjent li wettaq suwiċidju. Informazzjoni dwar il-forensic unit u dwar persuni li mhumiex residenti, fuq din il-materja, għandha tintalab lill-Ministru konċernat.

Fixed braces b’xejn

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21009, jista’ l-Ministru jiddefinixxi min huma dawk il-persuni li jaqgħu taħt il-protokoll u huma intitolati għall-fixed braces? Dawn jinkludu persuni li jkunu fuq l-għajnuna soċjali (ir-relief)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isir hiedma biex il-protokoll ikun estiz ghal aktar individwi.

Fixed braces

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21008, jekk huwiex minnu li “s-servizz ta’ fixed braces mill-Isptar Mater Dei għall-pazjenti intitolati dejjem ingħata bla ħlas”, kif kien hemm pazjenti li fl-2014 – 2015 intalbu ħlas ta’ €800 għas-servizz ta’ fixed braces mill-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma ghal dab’ohra lill-Onorevoli Interpellant li huwa minnu li s-servizz ta’ fixed braces mill-Isptar Mater Dei, ghall-pazjenti intitolati, dejjem inghata bla hlas. L-amministrazzjoni prezenti fix-xhur li ghaddew hadet azzjoni biex ziedet il-kriterji li permezz taghhom iktar pazjenti qed ikunu intotolati ghas-servizz ta’ fixed braces bla hlas mill-Isptar Mater Dei. U fil-prezent ghaddeja hidma biex ikun esplorat kif dawn il-kriterji jistghu jergghu jizdiedu bil-ghan li iktar pazjenti jibbenefikaw minn dan is-servizz bla hlas. Dawk il-pazjenti li ma humiex intitolati ghal servizz ta' fixed braces minghajr hlas, ghandhom l-opportunita illi jiehdu servizz minghand il-Fakulta tad-Dentistrija Tal-Universita Ta' Malta bi prezz issussidjat.
Leg 12 PQ #22627 Sitting 350 2016-01-27 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – Enemalta – fuel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21146, fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal “li ġie nfurmat li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc u ntqal ukoll li l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija”, jista' l-Ministru jgħid x'valur kummerċjali għandha l-informazzjoni dwar il-proċedura li tintuża mis-sezzjoni tal-Enemalta f'Għawdex meta jiġu biex jagħżlu l-post minn fejn ikun fornut il-fuel lill-vetturi u informazzjoni minn fejn inxtara l-fuel, xahar b'xahar? Jista' jgħid b'liema mod din l-informazzjoni tista' tippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija? Jista' jagħti l-informazzjoni hekk kif mitluba fil-mistoqsija oriġinali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Kumpanija Enemalta plc li l-iżvelar ta’ tagħrif marbut mal-operat kummerċjali tal-istess kumpanija jista’ jippreġudika l-pożizzjoni kummerċjali u s-servizzi tal-istess entita’. It-tagħrif mitlub jinkludi wkoll dettalji dwar relazzjonijiet kummerċjali bejn Enemalta plc u entitajiet privati terzi. Enemalta mhijiex awtoriżżata tagħti dettalji dwar dwar it-tranżazzjonijiet.

New Delhi Metallo-Beta-Lactamase — mikrobu

Question

B'referenza għar-rapporti fil-media li erba' pazjenti qed ibatu mill-bacteria New Delhi Metallo-Beta-Lactamase (NDM-1), jista' l-Ministru jgħid: 1. x'inhi l-kundizzjoni tal-pazjenti llum; 2. jekk il-pazjenti kenux fl-istess sala; 3. x'wassal biex il-mikrobu ttieħed minn pazjent wieħed u nfirex fuq erba' pazjenti; 4. x'kienet ir-raġuni li ġew identifikati erba' pazjenti bil-mikrobu u mhux pazjent wieħed li seta' ġie iżolat waħdu; 5. x'falla fis-sistema tal- Infection Control ; u 6. hux qed issir investigazzjoni fuq dan il-każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-pazjenti ma kienux infettati bil-NDM-1 Klebsiella imma semplicement kienu “carriers” ta’ dan il-mikrobu rezistenti. Ghaldaqstant, il-prezenza tal-mikrobu f’dawn il-pazjenti ma kellha l-ebda impatt fuq il-kundizzjoni klinika taghhom.