Legislature:
Category:
Reset
Active:

Water Policy – konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1768 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-input li l-Gvern kien irċieva mingħand l-entitajiet kollha fil-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq in-National Water Policy li kienet iffinalizzata f’Ġunju tal-2012?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Power station — emissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-average reading ta’ kull pollutant kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum tal-emissjonijiet tal-Power Station tal-BWSC kif moqrija mill-measuring equipment li hemm? Kif jikkomparaw dawn mal-Emission Limit Values kif speċifikati fl-IPPC Permit maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu jieħu xi flus lura fuq kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rappreżentant tal-ARMS Ltd ikkuntattja lill-persuna msemmija u ngħatat spjegazzjoni għal kjarifikazzjoni fuq il-każ.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li sena ilu kellha problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u kienet ġiet irranġata però issa reġa’ ġie kont għoli ħafna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u llum stess ittieħed qari attwali li fuqu se joħroġ kont ġdid (attwali).

Wasteserv — trakkijiet - skart issiġillat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tinstab rotta differenti għat-trakkijiet kuntrattati mal-Wasteserv li qed jgħaddu miċ-ċentru ta' Bormla, mgħobbija bi skart li qed jinġarr mill-impjant f'Ta' Barkat għall-Magħtab? Jista' jara li t-trakkijiet li qed iġorru dan il-materjal li jnitten minn kull fejn jgħaddi, ikunu ssiġillati kif kien ġie mwiegħed fil-leġiżlatura li għaddiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskart li johrog minn ta' Barkat jista' jsegwi zewg rotot principali, wahda li tghaddi minn Bormla u ohra minn Haz-Zabbar. Ir-rotta li tghaddi minn Bormla hija dik li tikkawza inqas konvenjent possibbli lill-pubbliku generali meta wiehed jikkonsidra l-wisgha tat-toroq, il-koncentrazzjoni ta' residenzi fuq ir-rotta u l-kongestjoni tat-traffiku fl-inhawi kkoncernati. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskart minn Ta' Barkat diga' qed jingarr f'kontenituri ssigillati.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-ebda entità ma tat xogħol ta' konsulenza lill-persuna indikata.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ARMS Ltd – uffiċjali b’responsabbilità mill-każijiet soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk mid-data tal-aħħar Elezzjoni Ġenerali ̕̕̕ l hawn, fl-ARMS Limited inħatarx xi uffiċjal jew uffiċjali b’responsabbiltà mill-każijiet soċjali? Jista’ jinforma lill-Kamra min hu jew min huma dawn l-uffiċjali hekk maħtura? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew kuntratti mogħtija lil dan l-uffiċjal jew lil dawn l-uffiċjali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ARMS Ltd ma ħatritx uffiċjal jew uffiċjali responabbli esklussivamnet għal każi soċjali. Madanakollu, l-amministrazzjoni l-ġdida ta' ARMS Ltd sabet diversi problemi soċjali li bhala organizzazzjoni responsabbli, hemm bżonn li nieħdu ħsieb immedjatament. Bħalissa għaddej proċess li permezz tiegħu qed jiġu dentifikati l-prijoritajiet u l-problemi fis-sistemi ta' operat ta' din il-kumpanija, għall-ġid mhux biss tal-kumpanija iżda wkoll tal-konsumaturi.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-WSC ma tat l-ebda xogħol lil Dr Andrew Borg Cardona. L-Enemalta tat xoghol lil Dr Andrew Borg Cardona u ħallset is-somma ta' (€30,756.30) tletin elf, seba' mija sitta u ħamsin ewro u tliet ċenteżmu bejn is-sena 2005 u s-sena 2013. Dan ix-xogħol ingħata b' direct order . L-ARMS Ltd tat xoghol lil Dr Andrew Borg Cardona u ħallset is-somma ta' (€826) tmien mija u sitta u għoxrin ewro bejn Frar u Ottubru tal-2011. Ix-xoghol ingħata b'direct order. L-MRA tat xoghol lil Dr Andrew Borg Cardona fl-2006 fejn ħallset is-somma ta' (€960) disa' mija u sittin ewro u fl-2009 ħallset is-somma ta' (€708) seba' mija u tmien ewro. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Konsulenti u Kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda proġett ma ġie inawgurat bejn l-1 ta' Diċembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-|Onorevoli Interpellant li l-karrozza uffiċjali hija dik immarkata GM 16. Din il-karrozza hija mikrija.

Problema ta’ konsum għoli ta’ ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li xi ħadd jikkuntattja lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ konsum għoli tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ għadda għand il-WSC u qed jiġi investigat.

Kontijiet tad-dawl u ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li ilha ma tirċievi l-kont għal ħafna xhur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS Ltd hija infurmata b'dan il-każ u qed jittieħdu l-mużuri neċessarji biex tiġi indirizzata l-problema, inkluż li se ssir komunikazzjoni diretta mal-klijent.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kelli żjarat ta' kortezija, mal-Kummissarju Indjan u Ingliż, l-Ambaxxaturi taċ-Ċina, tal-Amerika, tal-Izvezja, tal-Italja, u ta' Iżrael. F'dawn il-laqgħat kont akkumpanjat jew mill-Permanent Secretary, jew miċ-Chief of Staff jew mill-Personal Secretary. Attendejt l-Ambassador's Circle organizzat mill-Fondation de Malte.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru ma kellux vetturi tiegħu peress illi dan huwa Ministeru ġdid.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija 2564.