Legislature:
Category:
Reset
Active:

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Go Global’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm Go Global huwa programm ta ' għajnuna amministrata minn Trade Malta u mfassla għall-esportaturi li jew għandhom intenzzjoni jesportaw għall-ewwel darba, jew li d-dħul mill-esportazzjoni huwa inqas minn 20%. Parti mill-assistenza hija provudata permezz tal-iskema Business Advisory Services amministrata mill-Malta Enterprise. Taħt il- Go Global, 17-il impriża ibbenifikaw fl-2014, bl-għajnuna finanzjarja tammonta għal €12,750.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Global Growth’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Global Growth hija kompetizzjoni amministrata minn Trade Malta li għażlet numru ta’ Market Plans biex jipprovdu assistenza finanzjarja għall-intrapriżi biex jimplimentaw il-pjan tas-suq tagħhom permezz tal-iskema Strengthening Market Entry and Internationalisation amministrata mill-Malta Enterprise. Taħt il-Global Growth, ma kien hemm l-ebda benefiċjarju fl-2014 filwaqt li 12-il impriża ibbenifikaw fl-2015 u l-għajnuna finanzjarja tammonta għal total ta’ €360,000.

Life Sciences – proġett — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa fil-Proġett tal-Life Sciences?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-19 ta’ Jannar 2016, Il-Bord tad-Diretturi ta’ Malta Enterprise approva tlieta u għoxrin (23) proġett għall-operazzjonijiet fi ħdan il-Life Sciences Park u d-Digital Hub inkluż fih. Id-Digital Hub huwa ntiż biex meta l-proġetti fi ħdanu jilħqu l-maturita’ tagħhom, ikunu jistgħu jipprovdu għall-bżonnijiet bioinformatiċi tal-operazzjonijiet tal-Life Sciences Park. Il-firxa ta’ niches tal-proġetti approvati s’issa, hija wiesgħa ferm u tinkludi: medical device development (4), pharma and technology development (4), scientific services (6), food technology development (1), medical research and regulations (3), training and education (1) u software development (4). F’Jannar 2016 il-Malta Life Sciences Centre għadda mill-fażi ta’ kostruzzjoni għall-fażi ta’ operat. Skont ir-regoli tax-txiri tal-gvern, kull kuntrattur għandu tnax-il xahar biex isolvi xi problemi sabiex bhekk jassigura li il-kundizzjonijiet stipulatai fil-kuntratt ġew mwettqa. Għalhekk il-MLSC qed taħdem mal-kuntrattur biex tnaqqas il-perjodu biex jissolvu ilkwistjonijiet pendenti. Numru ta’ operaturi diġa ġew approvati mill-Bord tal-Malta Entperprise biex jibdew joperaw mill Life Sciences Centre. Avolja il-units ġewwa il-Life Sciences Park huma iffinxjati skont l-istandards tal-laboratorji internazzjonali, l-operaturi jkollhom jattrezzaw il-units tagħhom skont il-bżonnijiet tal-operat li huma mistenni jagħmlu. Iċ-ċentru joffri kemm laboratorji kif ukoll faciltajiet għall-uffiċini. Apparti mill-proġetti li diġa bdew joperaw, hemm ukoll operaturi li huma avvanzati fix-xogħol tagħhom u fil-ġimgħat li ġejjin ser jibdew joperaw. Hemm oħrajn li bħalissa qegħdin jagħmlu l-installazzjoni tal-apparat li jieħdu aktar żmien biex jibdew partikolarment dawk jirrikjedu certifikazzjoni internazzjonali biex ikunu jistgħu joperaw. Il-Life Sciences Park qed jintuża wkoll sabiex fih jiġu organizzati, ukoll minn entitajiet oħra, simposja xjentifiċi internazzjonali.

Malta Development Corporation – diretturi — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Malta Development Corporation (MDC) maħtura mill-Gvern, inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom, bejn l-1993 u l-1996?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Network Support Scheme’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tan-Network Support , impriża waħda bbenifikat fl-2014, u impriża waħda fl-2015. Dawn kienu żewġ impriżi ta’ daqs żgħir u medju. L-għajnuna finanzjarja ammontat għal €19,696 fl-2014 u €10,000 fl-2015.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Strenghtening Market Entry’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal- Strengthening Market Entry, 96 (93 żgħar u medji; 3 kbar) impriża bbenifikaw fl-2014, u 82 impriża (79 żgħar u medji; 3 kbar) bbenifikaw fl-2015. L-għajnuna finanzjarja ammontat għal €433,412 fl-2014 li minnhom €401,477 ingħataw lill-impriżi żgħar u medji. Fl-2015, l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €853,768 fl-2015 li minnhom €806,108 ingħataw lil kumpaniji żgħar u medji.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘R&D Feasibility Studies 2014-2020’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda impriża li bbenifikat taħt l-iskema fl-2014 u mpriża waħda (1) kbira li bbenifikat minn €166,135 fl-2015 taħt l-iskema R&D Feasibility Studies 2014 – 2020 matul is-snin 2014 u 2015.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Research and Development 2014-2020’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li li ma kien hemm l-ebda impriża li bbenifikat fl-2014 u fl-2015 taħt l-iskema Research and Development 2014 – 2020. Matul is-sena 2015, ġew approvati €166,135 lill kumpanija waħda ta’ daqs kbir taħt din l-iskema.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Royalty Income from Patents’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda impriża li bbenifikat fl-2014 u fl-2015 taħt l-iskema Royalty Income for Patents.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Micro Guarantee’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Micro Guarantee, żewġ impriżi zgħar u medji bbenifikaw fl-2014 filwaqt li tlett impriżi zgħar u medji bbenifikaw fl-2015. Fl-2014 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €136,760 waqt li fl-2015 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €107,300.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li fl-2007 u l-2008 ingħataw xogħolijiet lil Gonzi Associates Advocates li jammontaw għall-€11,830 u €4,834, rispettivament. Ix-xogħol ingħata b’Direct Order.

MIMCOL — ħlasijiet lid-diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22705 u jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Malta Investment Management Company Limited (MIMCOL) maħtura mil-Gvern, inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom, bejn l-1990 u l-1993?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-awdituri preżenti u dawk li kien hemm fl-2012, 2013 u fl-2014 f’dawn l-entitajiet: (a) Mimcol; (b) MGI; (c) MITA; (d) KGT; (e) MCA; (f) MGA; (g) Malta Enterprise; (h) Malta Industrial Parks; u (i) Malta Freeport Corporation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Investment Aid Tax Credits 2014-2020’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Investment Aid Tax Credits 2014 - 2020, il-kreditu ta' taxxa mogħti taħt dan inċentiv huwa ddikjarat fit-tax return tas-sena ta' wara li l-investiment ikun sar. F'dan ir-rigward, iċ-ċifri tal-2014 jiġu kkompilati fl-2016, filwaqt li iċ-ċifri tal-2015 jiġu kkompilati fl-2017.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Microinvest 2014’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Micro Invest, 897 impriża bbenifikaw fl-2014 u 1,193 impriża bbenifikaw fl-2015. Fl-2014 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €5,736,658 waqt li fl-2015 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €9,285,657.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Advisory Services’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Business Advisory Services, 45 impriża bbenifikaw fl-2014 u l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €26,750.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Development Scheme’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Business Development Grant, 17-il impriżi (14 minnhom kienu żgħar u medji u 3 kbar) bbenifikaw fl-2014 u 19-il impriża (14 minnhom kienu żgħar u medji u 5 kbar) bbenifikaw fl-2015. Fl-2014 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €2,097,200 li minnhom €1,626,950 ingħataw lil kumpaniji żgħar u medji waqt li fl-2015 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €2,465,070 li minnhom €1,745,070 ingħataw lill impriżi żgħar u medji

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14714, jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Gozo Transport Grant Scheme’ u kemm ingħatat għajnuna (aid) kumplessivament taħt din l-iskema? Jista’ jaqsam l-informazzjoni sena b’sena (għas-snin 2014 u 2015) u skont id-daqs tal-intrapriża li bbenefikat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjonijiet li daħlu taħt il-Gozo Transport Grant Scheme, għall-ispejjeż imwettqa fl-2014, ġew sottomessi 28 il-applikazzjoni li qegħdin jiġu proċessati mill-Korporazzjoni. Minn naħa l-oħra, l-applikazzjonijiet għall-spejjeż imwettqa fl-2015 għad iridu jiġu sottomessi sa’ Novembru 2016

Ta’ Qali – Proġett tal-Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' €9 miljuni mħabbar fi Frar 2015 għal Crafts Village f'Ta' Qali u li minħabba fih l-MIP ġiegħlet lill-inkwilini preżenti jidħlu għal ċnus ġodda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentarti Nru 18616.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar –konsulenzi mqabbda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistosija parlamentari 14621 u ċjoè jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għal konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sa Diċembru 2014? F’kull każ jista’ jgħid: (a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) meta tqabbad; (ċ) kemm sewa jew se jiswa; (d) kif intgħażel il-kuntrattur; (e) min għażel il-kuntrattur; u (f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.