Kunsill Malti għall-Isport (Sports Malta) – sit b’ċens lil Valletta FC – kuntratt taċ-ċens
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-ċens li permezz tiegħu l-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta, għaddiet art f’Ħal Farruġ lil Valletta FC li fuqha kellhom jibnu stadium u faċilitajiet anċillari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub mill-Onor. Interpellant.
Clubs lokali tal-Football – għotja ta’ art pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs tal-football Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika biex fuqha jkunu jistgħu jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid:
a) l-isem tal-
club
/assoċjazzjoni;
b) fejn jinsab is-sit;
c) x’daqs (f’metri kwardi) fiha l-art;
d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet;
e) humiex qed jiġu wżati bħala faċilitajiet sportivi u jekk le għalxiex qed jintużaw; u
f) meta ngħatalhom u b’liema titlu ngħatalhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 29511 - Clubs lokali tal-Football -għotja ta' art pubblika.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat ġiex imwaqqaf Kulleġġ ġdid ma’ dawk li diġà kienu eżistenti? Jekk iva, liema hu dan il-Kulleġġ u liema skejjel jinkorpora fih? Min ser ikun il-Prinċipal ta' dan il-Kulleġġ u fejn ser ikun l-uffiċċju ta' dan il-Prinċipal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassallo kien maħsub dal-aħħar snin u twaqqaf biex jiġbor fih skejjel/istituzzjonijiet post-sekondarji li jaqgħu taħt il-MEDE. Il-Prinċipal ta’ dan il-Kulleġġ huwa s-Sur Victor Galea u se jkun jopera kemm minn uffiċċju Għawdex u ieħor Malta minħabba n-natura ta’ dan il-Kulleġġ.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Jista’ l-Ministru jikkonferma t-timeline tat-tluq tal-Iskola Chiswick mill-Kappara? Jista’ jgħid f’liema lokalità ser tkun allokata bħala skola? Kemm se jkun kbir l-ispazju allokat għal skola ġdida speċjalment il-playing area ġaladarba l-ispazju ġol-Kappara huwa ħafna limitat għan-numru ta’ studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-iskola bil-ħsieb li jkun ikkunsidrat sit alternattiv għall-iskola msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-ramel li ntefa’ fil-Korsa tal-Marsa matul is-sena kollha tal-2016? Jista’ l-Ministru jgħid mingħand min ġie akkwistat dan ir-ramel u jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-akkwist tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ispiża fl-2016 kienet ta' €10,000. Infurmat ukoll li r-ramel ġie akkwistat mill-Kumpanija Philip Agius & Sons u biex ġie akkwistat ma nħarġitx sejħa pubblika iżda ntużat l-istess proċedura ta' diversi snin preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-ramel li ntefa’ fil-Korsa tal-Marsa matul Jannar 2017? Jista’ jgħid mingħand min ġie akkwistat dan ir-ramel u jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-akkwist tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ispiża fl-2017 hija ta' €33,850. Infurmat ukoll li r-ramel ġie akkwistat mill-Kumpanija Polimesh Ltd u biex ġie akkwistat ma nħarġitx sejħa pubblika iżda ntużat l-istess proċedura ta' diversi snin preċedenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni miktuba fil-Community Work Scheme Jobs Plus fl-4 ta’ Jannar 2016 u meta kienet id-data li ssieħbu fl-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ parteċipanti fil-Community Work Scheme fl-4 ta’ Jannar 2016 kien ta’ 581. Id-data ta’ meta dawn issieħbu fl-iskema kienet kif indikat fit-tabella hawn taħt, jiġifieri:
Data
Numru
Awwissu '09
14
Settembru '09
13
Ottubru '09
17
Novembru '09
7
Marzu '10
7
April '10
17
Awwissu '10
4
Ottubru '10
4
Jannar '11
1
Frar '11
6
Mejju '11
6
Ġunju '11
11
Lulju '11
7
Awwissu '11
1
Settembru '11
4
Ottubru '11
1
Novembru '11
1
Diċembru '11
3
Jannar '12
7
Frar '12
1
Mar '12
4
April '12
18
Mejju '12
2
Ġunju '12
13
Awwissu '12
8
Settembru '12
2
Ottubru ' 12
18
Novembru '12
15
Diċembru '12
3
Jannar '13
3
Frar '13
2
Marzu '13
5
April '13
6
Mejju '13
11
Lulju '13
98
Awwissu '13
4
Settembru '13
19
Ottubru '13
17
Novembru '13
14
Diċembru '13
12
Jannar '14
9
Frar '14
12
Marzu '14
6
April '14
9
Mejju '14
15
Ġunju '14
7
Lulju '14
12
Awwissu '14
4
Settembru '14
19
Ottubru '14
10
Novembru '14
18
Diċembru '14
10
Jannar '15
5
Frar '15
9
Marzu '15
12
April '15
9
Mejju '15
10
Ġunju '15
7
Settembru '15
1
GWU – Community Work Scheme – performance security
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tip ta’ performance security għandhom il-ħaddiema fil-Community Work Scheme mħaddma mill-GWU, x’inhu l-ammont u għal kemm żmien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema għandhom performance bonus ta’ 5% tal-paga fuq bażi ta’ sena kalendarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet tal-volontarjat li għandhom spazju minn fejn jaħdmu fl-Iskola tal-Imtarfa li skont miżura tal-Budget ta’ din is-sena, din l-iskola ser tkun qed tingħata biex issir Skola għat-tagħlim tal-Ingliż? Jista’ l-Ministru jgħid għal liema post ieħor ser ikunu rilokati l-għaqdiet li qed joperaw minn din l-iskola? Rigward l-għaqda ta’ Drama fl-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser tkun qed tingħata spazju alternattiv minn fejn se tibda topera?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-unika għaqda tal-volontarjat li tuża l-ex Skola Sekondarja tas-Subien tal-Imtarfa hija l-Mtarfa Drama Group. Din l-għaqda ilha tuża l-faċilitajiet tal-iskola għal dawn l-aħħar seba’ snin. L-iskola waqfet tiffunzjona bħala skola f’Ġunju tal-2015 u minn Ġunju 2014 il-kuntratt bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Għaqda beda jkun imġedded kull sitt xhur. Id-Direttorat qatt ma kkommetta ruħu li jipprovdi spazju alternattiv minn fejn tista’ topera din l-Għaqda.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhi l-pożizzjoni legali tal-ħaddiema li qegħdin ingaġġati fil-Community Work Scheme, u ċjoè jekk humiex impjegati legalment mal-Fondazzjoni direttament jew il-kumpanija li magħha jkunu dettaljati biex jaħdmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema huma kollha ingaġġati mal-Community Workers Scheme Enterprise Foundation.
Fondazzjoni tal-GWU – Community Work Scheme — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm ħaddiema impjegati mal-Fondazzjoni tal-GWU li tħaddem il-Community Work Scheme biex iħaddmu l-iskema u x’inhuma l-pożizzjonijiet tagħhom? Jista’ jindika wkoll għal kemm żmien huma impjegati mal-Fondazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-management mhux impjegat mal-Fondazzjoni.
Fondazzjoni tal-GWU – Community Work Scheme – ħaddiema ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fuq l-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Diċembru 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati mal-Community Work Scheme sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien ta’ 587.
Fondazzjoni tal-GWU – Community Work Scheme – sessjonijiet ta’ taħriġ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’sessjonijiet ta’ taħriġ saru mill-Fondazzjoni tal-GWU permezz tal-Community Work Scheme, u kemm attendew persuni għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena li għaddiet il-management kien impenjat li jqassam il-ħaddiema skont il-ħtiġijiet li hemm bżonn u li kull wieħed u waħda minnhom ikollhom designation tax-xogħol tagħhom. Issa li dan ix-xogħol wasal kważi fit-tmiem, il-management qiegħed jipprepara t-taħriġ li hemm bżonn skont kif meħtieġ mill-post tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jispjega kif u xi proċess għaddew minnu dawk li kienu interessati li jmexxu l-Community Work Scheme? X'sar biex fl-aħħar intagħżlet il-kumpanija li ntagħżlet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Jobsplus ħarget sejħa għall-interess permezz tal-Privatisation Unit. B’kollox kienu tlieta l-operaturi li kienu interessati u tefgħu l-offerta. L-offerenti ssottomettew żewġ pakketti, wieħed bl-offerta finanzjarja u l-ieħor bl-aspetti tekniċi. L-evalwazzjoni bdiet billi l-ewwel infetħu l-pakketti bl-informazzjoni teknika. Wara li ġie assigurat li kollha kienu jissodisfaw il-kriterji mitluba, infetħu l-pakketti bl-informazzjoni finanzjarja. Minn hawn irriżulta li l-orħos offerta kienet dik tal-GWU u għaldaqstant huma ġew inkarigati bit-twettiq tal-Fondazzjoni. Ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni miż-żewg offerenti l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir tibdil fil-Community Work Scheme u x'tibdil jixtieq jara?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni l-ewwel trid tistabbilixxi n-nomenklaturi u tfassal id-deskrizzjoni tal-impjieg ta’ kull ħaddiem. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju jkun possibbli biex fil-futur ikun hemm aġġustament fil-pagi sabiex jiġi assigurat li dawn il-ħaddiema jkunu mħallsa bl-istess mod ta’ kif jitħallsu ħaddiema ta’ kuntratturi li jfornu servizz lill-gvern.
Ir-Rabat Għawdex – skola primarja – bini minflok playing field
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hu li ħa d-deċiżjoni li l-Iskola Primarja l-ġdida tar-Rabat Għawdex tinbena minflok parti mill-playing field li hemm fiċ-Ċentru tar-Rabat jew inkella kenux uffiċjali tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) li waslu għal din id-deċiżjoni? Jista' jgħid jekk kienx hu li ħa din id-deċiżjoni u min tah il-parir biex wasal għal din id-deċiżjoni? Jekk kienet l-FTS li ħadet din id-deċiżjoni, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa tal-Bord tal-FTS ta’ fejn u meta ttieħdet din id-deċiżjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex tinbena fuq is-sit identifikat kienet deċiżjoni eżekuttiva wara konsultazzjoni pubblika u wara diskussjonijiet mal-partijiet kkonċernati u wara li ġew esplorati siti alternattivi differenti li ma setgħux jiġu aċċettati għal raġunijiet differenti, fosthom li huma żgħar wisq jew barra z-zona ta' żvilupp.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni f'position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 12-il persuna f’position of trust mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Bħalissa fil-Ministeru fadal 8 (tmienja) f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada f’April tal-2013 u kemm kien hemm impjegati mal-istess entità fl-aħħar ta’ Novembru 2016? Jista’ jagħti lista sħiħa bin-numru ta’ impjegati f’kull pożizzjoni li kien hemm f’April 2013 u fl-aħħar ta’ Novembru 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) kellha 20 impjegat f’April 2013.
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, sar ħafna xogħol u investiment kbir mill-FTS matul dawn l-aħħar tliet snin u nofs rigward bini ġdid u titjib infrastrutturali tal-binjiet eżistenti għall-benefiċċju ta’ kull min jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-iskejjel tal-istat. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra (Dok. ‘A’) lista ta’ proġetti li ġew kompluti fil-perjodu 2013 – 2016 kif ġiet ippreżentata mis-Sur Philip Rizzo, eks CEO tal-FTS, f'Ottubru 2016.
Is-Sur Rizzo bagħat ukoll rapport ta’
“key performance indicators”
li jispjega
“the greater achievements”
bejn l-2013 u l-2016 kif ipparagunati mal-2001 u l-2012. Dawn il-
performance indicators
li bagħat is-Sur Rizzo juru li għalkemm in-numru ta’ impjegati f’Novembru 2016 kien ta’ 41, il-produttività ta’ kull impjegat fl-FTS żdiedet b’27% mill-2012 għall-2016.
Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra (Dok. ‘B’) lista ta’ impjegati kif mitluba mill-Onor. Interpellant.