Jista' l-Ministru jara x'jista isir sabiex il-problema tad-drenaġġ li hemm fl-indirizz li qed jintbagħat separatament tkun tista' tisolva, peress li kull meta tagħmel ħalba xita, d-drenaġġ jidħol ġewwa u dan minbarra l-intejjen ta' drenaġġ kuljum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tender biex jinbidel il-main tad-drenaġġ fit-triq imsemmija ġiet ippubblikata u x-xogħlijiet ser jibdew dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid separatament:
(1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru;
(2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti;
(3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti?
(PQ waslet 6/6/2001)
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija numru 26812 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar.
Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment ta' l-Ambjent jikkordina programm ta' upgrading tat-toroq u tal-Ambjent fl-inħawi taz-Zokkorija l-Mosta sabiex dawn l-inħawi residenzjali jkollhom ambjent aħjar? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jara li jsir tindif fi Ġnien Joanne f'Ħal Tarxien li jinsab kollu trab li nqala' meta dan l-aħħar ġew asfaltati xi toroq fl-inħawi (partikolarment l-area tal-Ġnien faċċata ta' Triq Pawlu Schembril-isfel lejn il-ħwienet fl-istess ġnien? Jaf l-Ministru li l-kunsill lokali qed jgħid li dan mhux inkarigu tiegħu u r-residenti saħansitra personalment ġabru xi trab f'kaxxi li tħallew hemm hekk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25379, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 30/5/2001)
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25813. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li ssir rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet konċernati sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-pont ta' ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza, Mosta, minħabba xi ħsarat ikkaġunati minn vetturi kbar li jgħaddu minn fuqu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25364, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25813. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi ħsarat fl-Impjant ta' Sant Antnin? Jekk iva, meta se jissewwew? X'qed isir mill-materjal li jiġi proċessat għall-kompost meta l-impjant ma jkunx qed jiffunzjona?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fl-Impjant ta' Sant'Antnin ma hemm l-ebda ħsara bħalissa.
Jista' l-Ministru jara li fi triq George Mitrovich il-Mosta jsir it-tindif meħtieġ minħabba li kawża ta' l-iskart qed ikun hemm ħafna ġrieden? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jerġa jivverifika jekk hux qed jittieħed kompost mill-impjant ta' Sant Antnin lejn il-Magħtab? Xi jsir mill-kompost li ma jinbiegħx lill-bdiewa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li l-iskart ikun separat mekkanikament fl-Impjant ta' Sant'Antnin, il-parti biodegradable tmur fil-boroż ta' l-Ecopod fejn tinżamm għal tlettax-il ġimgħa.
Wara li jinħareġ mill-boroż, il-materjal ikun jonqsu żmien biex jimmatura sewwa u peress li fl-Impjant ta' Sant'Antnin hemm nuqqas ta' spazju, dan jittieħed il-Magħtab fejn jinżamm mill-inqas sitt xhur sakemm ikun jista' jiġi raffinat biex jinbiegħ bħala compost lill-bdiewa.
Minn kemm ilu jaħdem l-Impjant ta' Sant'Antnin qatt ma ġara l-każ li baqa' xi compost li ma jkunx hemm suq għalih.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema obbligi legali l-Gvern daħal responsabbli biex jiffinanza l-bini mill-ġdid tal-gabbana f'Fond Għadir f'Tas-Sliema
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qiegħed isir sar bħala parti mit-tisbieħ tal-promenade ta' Triq it-Torri. Il-kiosk li kien hemm qabel kien qdiem u anke kellu deterjorazzjoni strutturali u kien hemm ħtieġa li d-disinn tal-kiosk jaqbel mal-kumplament tad-disinn ġdid tal-promenade.
L-uniku interess li kellu u li għandu l-Gvern fuq dan is-suġġett huwa li jkun hemm proġett integrat għall-promenade ta' tas-Sliema.
It-Taqsima Xogħlijiet infurmat bix-xogħol kollu li jirrigwarda l-kiosk lit-Taqsima Propjeta' tal-Gvern biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa fir-rata tal-kera li titħallas mill-inkwilini.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25355, jista' l-Ministru jgħati lill-Kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 22/5/2001)
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25813. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment ta' l-Ambjent kontra min abbużivament bena monstru ta' ħajt tal-konkos bla permess fil-by pass ta' l-Imtarfa' u qered parti mit-taffal sensittiv li hemm f'dawn l-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jirriżulta li biex isir dan il-ħajt tal-konkos, iżżarmat parti miż-żurżieqa taflija li kien hemm. Dan ikkaġuna mpatt viżwali negattiv, kif ukoll interruzzjoni fl-abitat li din iż-żurżieqa kienet toffri lil għadd ta' ħlejjaq.
Irriżulta wkoll li wara ntervent mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-impatt viżwali tal-ħajt ġie mitigat billi tnaqqas l-għoli oriġinali tal-ħajt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ġie ttestjat il-kompost prodott fil-impjant ta' Sant Antnin biex jiġi verifikat jekk hux tassew tajjeb għall-użu mill-bdiewa jew jekk fiha elementi li jagħmlu iżjed ħsara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa llum ma jeżistux standards fuq il-kwalita' tal-compost.
Il-compost prodott fl-Impjant ta' Sant'Antnin ġie ttestjat diversi drabi u jipparaguna tajjeb ma' l-istandards tad-direttiva 86/278/EEC dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent u partikolarment tal-ħamrija, meta sludge mid-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġie njorat għall-kollox rapport fuq drenaġġ li ilu ħiereġ xhar minn mal-ħajt ta' Blk C ta' flats ġodda ta' Bormla li qed igerbeb fin-niżla ta' Sta Liena min kantuniera ta' Triq Hanover, Bormla? Id-Dipartiment ħa xi azzjoni fuq il-ħsara u għalfejn dan daqshekk biex tittieħed azzjoni u jiġu evitati aktar problemi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat jinvestiga dan il-każ.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fid-drenaġġ fil-blocks il-ġodda li hemm f'santa Liena, Bormla bil-konsegwenza li qed joħroġ id-drenaġġ minn mal-blokk li hemm fit-taraġ ta' Triq Santa Liena, Bormla
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat jinvestiga dan il-każ.