Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31651 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern għall-kulleġġ tal-Biedja issa li se jifforma parti mill-kulleġġ tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31653 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Plant Biotechnology Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta intalbu u meta fil-fatt ħarġu l-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp tas-serer speċjaliżżat li nbnew fil-Plant Biotechology Centre? Min kienu l-esperti responsabbli minn dan il-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-applikazzjoni għall-permess (2492/97) għall-bini tas-serra speċjalizzata kienet saret fl-24 ta' April 1997 u l-permess ħareġ fit-18 ta' Settembru 1997. L-esperti responsabbli minn din il-kostruzzjoni kienu dawn: Ing. Giacomo Scarascia Mugnozza (min naħa tac-CIHEAM) Arch. Althea Camenzuli (Ko-ordinatrici tax-xogħol) Ing. Oliver Debono (Inginier Strutturali) Ing. Raymond Muscat (Inginier Mekkaniku) Ing. Stephen Buttigieg (Inginier Elettriku)
Leg 9 PQ #31798 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30781 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tat-laħam tat-tiġieġ matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tat-tiġieġ fl-2001 kienet ta' madwar 7,775 tunnellata, iżjed mis-snin ta' qabel b'medja ta' 8% . Il-prezz medju lill-produttur kien ta' 45c -il kilo ħaj. Iċ-ċifra ta' 7,775 tunnellata hi globali peress li xi tjur li jitrabbew Għawdex jista' jkun li jinqatlu Malta.
Leg 9 PQ #31645 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Plant Biotechnology Centre

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa għaż-żewġ serer speċjalizzati li nbnew fil-Plant Biotechnology Centre? Meta fil-fatt bdew jinbnew dawn is-serer u meta tlesta x-xogħol fuq l-infastruttura tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispejjeż li saru kienu dawn: Is-serra speċjalizzata (maqsuma fi tnejn) ġiet tiswa' Lm190,251.05. L-ispejjeż kienu maqsumin hekk: Skavar Lm5,619.09 Kostruzzjoni strutturali, pedamenti u servizzi Lm45,451.15 Materjal tas-serra,twaqqif u assistenza teknika Lm 139,180.81 Ix-xogħol beda fis-16 ta' Dicembru 1997 u s-serra ġiet kummissjonata fis-6 ta' Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #31646 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-ħsarat kawżati fil-Biċċerija u fuq linji tal-qatla taċ-ċanga u tal-majjal matul is-sena l-għaddiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul is-sena 2001 intefqu Lm15,000 għal ħsarat u manutenzjoni fil-Biċċerija.
Leg 9 PQ #31648 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm tal-Għammieri — Raba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru sabiex il-persuna li isimha qed jintbgħat separatament tuża r-raba tal-Farm tal-Għammieri? Meta saru dawn l-arranġamenti u meta ħarġet is-sejħa mid-dipartiment? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dan it-tagħrif u l-arranġamenti li ntlaħqu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-persuna li għaliha qed jirriferi l-Onor Interpellant m'hix qed tagħmel użu minn xi raba' fil-Farm tal-Għammieri.
Leg 9 PQ #33546 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tarxien — Triq Ħal Luqa - Siġar Miżbura

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu miżbura sewwa ż-żewġt siġar li hemm quddiem Blk III, Triq Ħal Luqa, Tarxien għaliex dawn kibru tant li xi anzjani li jgħixu fl-istess blokk ma jistgħux jaraw isfel meta jħabbat il-bieb tal-blokk għax dawn saru goffi u jrid ikollhom xi lifter biex jkunu jistgħu jiġu miżbura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġar imsemmija nżabru fit-3 ta' Mejju 2002.
Leg 9 PQ #31642 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċeremonja — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa tal-materjal li tqassam fiċ-ċeremonja ta' 6 ta' Ottubru, ta' l-inawgurazjoni tal-Plant Bio technology Centre? Kemm swew ir-riċevimenti u min kienu l-mistiedna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li għall-okkażjoni tal-ftuh uffiċjali taċ-ċentru msemmi kienu stampati brochures u posters li swew Lm1,498.45. Dawn ma ntużawx kollha għall-ftuħ uffiċjali u għadhom jintużaw sal-lum. Ir-riċeviment sewa Lm488.58 u l-mistiedna kienu jinkludu l-Prim Ministru, il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, uffiċjali tal-Ministeru, rappreżentanti ta' ditti u Dipartimenti li ħadmu fuq il-proġett, il-President tac-CIHEAM, id-Direttur ta' l-Istitut Agronomiku ta' Bari u uffiċjali ta'l-istess istitut u l-ambaxxatur Taljan għal Malta.
Leg 9 PQ #31643 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċentru ta' San Luċjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal-ħsarat li seħħew fiċ-Ċentru ta' San Luċjan matul l-2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-nefqa totali għall-materjal u servizzi, għall-manutenzjoni, riparazzjoni u xogħlijet ġenerali matul is-sena 2001 fiċ-Ċentru Malti għat-Taħriġ fix-Xjenzi tal-Ħut, kienet ta' Lm 15,799.78c. Dan jinkludi l-vot kapitali kollu u kull manutenzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #33498 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Vakanzi ta' Kok — Interviews

Question

B'riferenza għall-sejħa għall-vakanzi ta' kok mad-diviżjoni tas-saħħa li ħarġet xhur ilu jista' l-Ministru jgħid jekk sarux l-interviews u jekk dan il-post inteliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31629 Sitting 737 2002-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Processed Product Price Comparison

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija għamlet il-processed product price comparison li għamel id-dipartiment tas-servizz veterinarju? Meta sar dan ir-rapport? Meta tlesta u kemm sewgħa? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-mejda tal-kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sar studju dwar is-Sectorial Analysis of the Maltese Beef and Pork Industry li tlesta fis-7 ta' Settembru 2000 mill-EMCS (Economic and Management Consultancy Services Ltd). Dan l-istudju sewa Lm7,475. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita' għar-rigward l-informazzjoni li taw dawk konċernati ma nħossx li hu moralment ġustifikat li nippubblikaw ir-rapport.
Leg 9 PQ #31630 Sitting 737 2002-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Processed Products Price Comparison

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk ġiex analizzat l-impatt ta' kif il-processed products price comparison li għamel id-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju se jaffettwa l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet ta' l-ikel peress li jirriżulta min dan ir-rapport li se togħla kemm-il materja prima ta' l-għalf tat-tjur u l-bhejjem u l-prodotti ta' l-ikel iproċessati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li kull studju li jsir hu relatat man-negozjati li se jsiru u nassiguraħ li qiegħed isir minn kollox biex il-ħajja mhux togħla izda torħos.
Leg 9 PQ #31636 Sitting 737 2002-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm tal-Għammieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq l-art li ftit tal-ġimgħat ilu inżergħa l-qamħ fil-farm tal-għammieri issa saru arranġament sabiex persuna partikolari li mhux impjegata mad-Dipartiment titħalla tiżra ż-żriegħ tal-patata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-informazzjoni li ngħata l-Onor. Interpellant hi żbaljata għax l-ebda persuna privata ma żergħet patata f'xi art tal-Gvern fl-Għammieri u wisq anqas f'xi art miżrugħa bil-qamħ.
Leg 9 PQ #31512 Sitting 736 2002-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dwieli — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jħallas l-50ċ għad-dwieli li ttieħdu mill-istaff tal-Ministeru mill-farm, billi dawn jammontaw fuq 1,000 waħda? Lil min fil-fatt ingħataw dawn id-dwieli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li kull sena jitqassmu xi dwieli b’xejn. Dan sar ukoll fi żmien li l-Onor Interpellant kien il-Ministru responsabbli mill-biedja. Filwaqt li l-għadd ta’ dwieli u żraġen mhux imlaqqma li tqassmu b’xejn din is-sena kien ta’ madwar 2,000, fl-1998 kienu tqassmu b’xejn aktar minn 3,300 bejn dwieli u żraġen mhux imlaqqma. Dawn iċ-ċifri jitkellmu weħidhom u persważ li jifhimhom kulħadd.
Leg 9 PQ #31513 Sitting 736 2002-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Inspector

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'kienet ir-raġuni li inspector li ismu qed jintbgħat separatament, spiċċa jmexxi l-proċess tal-bejgħ tax-xitel tal-basal? Kemm fil-fatt, imbieħ xitel u kemm inġabru flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-persuna li għaliha qed jirriferi l-Onor Interpellant hi uffiċjal tas-sigurta' u ntalbet tmur l-Għammieri biex tikkontrolla l-kju ta' nies li marru biex jixtru l-basal għat-tħawwil. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li kull sena wkoll, impjegati tad-Dipartiment tal-Biedja u tal-Ministeru li jkunu interessati jingħataw bla ħlas minn dawn ix-xtieli tal-basal, partikolarment minn dawk il-kampjuni li jibqgħu ma jinbigħux. Dan ma sarx biss din is-sena, iżda wkoll fis-snin l-imħhoddija, inklużi fis-snin 1997 u 1998 meta l-Onor Interpellant kien il-Ministru responsabbli mill-biedja. Jien infurmat li fl-ebda sena ma jinżammu rekords ta’ xtieli tal-basal li jkunu tqassmu b’xejn. Tajjeb li jingħad li filwaqt li ż-żriegħ tal-basal ikun bejn wieħed u ieħor l-istess kull sena, din is-sena nbiegħu b’kemm jiswew Lm1,041.20 xtieli (bil-prezz ta’ 30c kull mitt xitla). Filwaqt li fis-snin 1997 u 1998 inbiegħu biss b’kemm jiswew Lm596.60 u b’Lm586.50 xtieli rispettivament. Dan ifisser kważi n-nofs li nbiegħ din is-sena. Dak iż-żmien ukoll il-prezz kien ta’ 30c kull mija. Dawn iċ-ċifri jitkellmu waħedhom u persważ li jifhimhom kulħadd.
Leg 9 PQ #31514 Sitting 736 2002-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-ħaddiema tal-Farm qed jispiċċaw jħallsu huma għal xi spejjes li jkun jirrikjedu l-inġenji tal-Farm imbgħad jitħallsu xhur wara mid-dipartiment, inkuż meta jsir puncture fuq xi vettura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma jidhirx li xi ħaddçma qed ikunu mġçgħla jħallsu għal xi spejjeż kif allegat. Biss meta xi nġenji jkunu barra fuq il-lant tax-xogħol u tinqala' xi urġenza fejn l-ispejjeż ikunu taħt it-Lm 3 (u għalhekk m'hux prattiku li ssir Purchase Order), jekk irid l-indivdwu jista' joħroġ l-ispejjeż u jingħata lura l-ammont meta jasal lura l-uffiċċju. Fejn l-ammont jeċċedi t-Lm3, normalment toħroġ Purchase Order. Jien infurmat li l-uniku żmçn fejn il-ħlas jista' ma jsirx mill-ewwel hu bejn nofs Diċembru u nofs Jannar, fejn is-sistema ta' l-accounts tirrikjedi li jingħalqu l-kontijçt kollha, inkluż il-Petty Cash minn fejn jitħallsu dawn l-ispejjeż minimi. Sakemm jibdew jintużaw l-accounts ġodda tas-sena ta' wara u joħroġ ċekk ġdid u jissarraf, jistgħu jgħaddu madwar ġimagħtejn. Jekk kçn hemm xi każi fejn l-individwu dam xhur bçx jitħallas, wisq probabbli li l-individwu jkun dam xhur bçx jippreżenta l-irċevuta.
Leg 9 PQ #31464 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar tal-farm esperimentali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.
Leg 9 PQ #31465 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar tas-settur ta' l-akwakultura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp u ristrutturar tas-settur tas-sajd tingħata hekk kif pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Preżentament qed jitfasslu proġetti li l-għan tagħhom hu li jgħinu fl-iżvilupp u ristrutturar tas-settur tas-sajd, u nżid li fis-settur ta' l-Akwakultura, l-Unjoni Ewropea, permezz tal-programmi tagħha dwar riċerka, tista' tgħin biex dan is-settur ikompli jiżviluppa.
Leg 9 PQ #31466 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar tas-settur tas-Sajd?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31465.
Leg 9 PQ #31467 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-Biedja u s-Sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar ta' l-iżvilupp rurali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31427.