Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella hawn taħt: Sena Spiża 2008 € 8,055.27 2009 0 2010 0 2011 0 2012 € 3,138.57 2013 € 914.76 2014 € 617.13 2015 € 621

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13500 u 11298 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitlub tinsab fit-tabella hawn taħt : Board Name 2012 2013 2014 National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention € 1,164.69 €1,164.69 * Council of Maltese Living Abroad/Kunsill tal-Maltin li Jghixu Barra minn Malta € 22,872.86 €16,323.51 € 14,600.17 Committee of Inquiry (Deprivation of Maltese Citizenship) €1,155.69 Minn Marzu 2013, il-Kumitat m’għadux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Sanctions Monitoring Board - - - Total €25,193.24 €17,488.20 € 14,600.17 Il-Kunsill tal-Maltin li jgħixu Barra ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, imma jiena Chairman ex-ufficio tal-Kunsill. *Il-ħlas għall-2014 ta’ €1164,69 għandu jsir fl-2015

Ministeru għall-Affarijiet Barranin –spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament għal matul is-sena 2015?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huma in- National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention u s-Sanctions Monitoring Board. L-istima tal-ispiża għall-2015 għall-ħatriet tal-bord tan-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention hija ta' €2,329.38, li minnhom €1,164.69 huma ħlas dovut fl-2014. Huwa stmat illi s-Sanctions Monitoring Board mhux se jkollu spejjeż għal matul is-sena 2015. Il-Kunsill tal-Maltin li jgħixu Barra ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, imma jiena Chairman ex-ufficio tal-Kunsill. L-ispiża għall-ħatriet tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra għas-sena 2015 hija ta' €13,716.22
Leg 12 PQ #20060 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandux impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (VELLA, GEORGE)

Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f'leġiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta' natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.

Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija – applikazzjonijiet għal visas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19454 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ visas fil-Konsulat ta’ Malta ġewwa l-Alġerija fis-sena 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm mill-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ visas fil-perjodi hawn fuq indikat ġew aċċettati u allura kemm inħarġu visas fl-imsemmija perjodi wara applikazzjonijiet magħmula fil-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija? Jista’ jgħid mil-liema pajjiżi u kemm saru applikazzjonijiet ta’ visas għal kull pajjiż fil-Konsulat kif indikat? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom dawk kollha li nħarġitilhom visa wara applikazzjoni li saret fil-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija u kemm kien hemm visas maħruġa għal kull nazzjonalità?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Konsulat ġewwa l-Alġerija beda jirċevi l-ewwel applikazzjonijiet uffiċjalment f’Marzu 2014. Fis-sena 2014, il-Konsulat rċeva 6,680 applikazzjoni, li minnhom ġew approvat 3,407. Fis-sena 2015 sa 30 ta’ Settembru 2015, il-Konsulat rċeva 7,960 applikazzjoni li minnhom ġew approvat 3,374. In-nazzjonalita’ ta’ dawk li applikaw u dawk li ngħataw visa fis-sena 2014 u 2015, hija kif tidher hawn taħt : 2014 2015 Nazzjonalita’ Applikazzjonijiet Approvati Applikazzjonijiet Approvati Gordan 1 1 2 2 Indjan 1 1 2 1 Sirjan 5 3 2 2 Marokkin 1 0 0 0 Albaniz 2 0 0 0 Tunezin 2 2 1 1 Algerin 6,663 3,397 7,930 3,351 Ukrani 1 0 0 0 Palestinjan 1 1 3 0 Amerikan Samoa 1 0 0 0 Libjan 2 2 16 14 Gambja 0 0 1 1 Kameron 0 0 1 1 Ghana 0 0 1 1 Aland Islands 0 0 1 0 TOTALI 6,680 3,407 7,960 3,374
Leg 12 PQ #18107 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tifla li tinsab barra minn Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward it-tifla tiegħu li tinsab barra minn Malta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ li qed jirreferi għalih ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.
Leg 12 PQ #17757 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu safar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn siefer (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 12 PQ #17758 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – entitajiet — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’safar sar mill-Ministeru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista’ jgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Onorevoli Intepellant tifhem li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinħtieġ numru kbir ta' siegħat ta' xogħol u, għaldaqstant ta' spejjeż. Jekk l-Onorevoli Interpellant tixtieq informazzjoni dwar xi safra partikolari, nitlobha tindikali s-safra li dwarha tinħtieġ din l-informazzjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – servizz ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma utilizzawx is-servizzi tal-kumpanija li l-mistoqsija qed tirreferi għaliha.
Leg 12 PQ #19603 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Second Secretary — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18078 fl-intier tagħha u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fiż-żmien li ġej toħroġ sejħa għall-ingaġġ ta’ Second Secretary mal-Korp Diplomatiku?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultat tas-sejħa li ħarġet fil-11 ta' Novembru 2014 għadu validu. Jekk 'il quddiem tinħass il-ħtieġa ta' tktar ingaġġ, issir sejħa oħra skont il-proċeduri stabbiliti.
Leg 12 PQ #17741 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 5613 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 7 ta' Ottubru f Seduta 298)
Leg 12 PQ #18078 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Second Secretary — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ sejħa għal Second Secretary?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sejħa għal Second Secretary ħarġet fil-11 ta' Novembru 2014.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – nefqa f’petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 12 PQ #17714 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – entitajiet — użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi? Jekk fl-affermattiv min huma dawk l-entitajiet li huma awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards pubbliċi għal kull entità minn Marzu 2013 u jista’ jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 12 PQ #17713 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk hu jew xi membri fis-Segretarjat tiegħu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi li nħarġu f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu? Jekk fl-affermattiv min huma dawk awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards għal kull credit card minn Marzu 2013 u jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 12 PQ #17695 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi l-ebda membru fis-Segretarjat tiegħi li jitħallas minn xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħi. B'kollox għandi tmintax-il impjegat fis-Segretarjat tiegħi, inklużi il-messaġġiera u x-xufiera, minn compliment ta' 19.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru ħatar lill-individwu li qed jirreferi għalih bħala chairpeson fuq bord ta' inkjesta f'Mejju 2014. Il-ħlas għal din il-ħatra kien ta' €1,180.