Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ma' l-Air Malta llum? Kemm kien hemm fil-bidu tas-sena? X'sar mid-differenza? Xi grad kellhom dawk li telqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħaddiema ta' l-Air Malta f'Ottubru 2004 kienu jgħoddu 1799, fil-waqt li fil-bidu tas-sena 2004 il-ħaddiema kienu jgħoddu 1877. Differenza ta' 78 impjegat. B'kollox telqu mill-Kumpanija 79 impjegat imqassmin kif ġej - Boarded Out 57 Mietu 3 Irriżenjaw 7 Irtiraw biż-żmien 8 Skema ta' irtirar kmieni 4 Total 79 Naħa l-oħra wieħed irid jikkonsidra l-ingaġġ ta' Chief Officer Human Resources and Corporate Services bħala parti mill-eżerċizzju ta reorganiżżazzjoni tat-Top Management. L-impjegati li telqu bl-iskema tal-Boarding Out jitqassmu hekk - Klerikali 32 Industrijali 17 Eżekuttivi 8 L-iskema ta' irtirar kmieni issa ġiet effettiva għall-uffiċċjali fil-gradi ta' Group Head u Head, li minn dawn telqu 3 u 1 rispettivament.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn l-impjegati tal-Malta Enterprise li jirċievu sew salarju f'Malta u sew allowances talli huma bbażati barra minn Malta huma nklużi fil-gradi ta' Heads u Managers?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-impjegat tal-Malta Enterprise li jirċievi salarju kemm f'Malta kif ukoll allowances talli huwa bbażat barra minn Malta, qiegħed fil-grad ta' Manager.

Ex impjegati MDC/IPSE/METCO

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk li kienu impjegati ta' MDC, IPSE u METCO u li ma ġewx integrati mal-Malta Enterprise għadhom ma nstabilhomx xogħol ieħor produttiv u permanenti u għadhom jiddependu minn xi qasam ieħor tal-gvern jew minn xi kumpannija li tagħha l-gvern huwa shareholder ewlieni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bastimenti — Bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jinnota li fil-preżent hemm preokkupazzjoni kbira mil-lat ambjentali fi sfond internazzjonali u Ewropew dwar il-kwestjoni ta' żmantellar ta' bastimenti li jġorru bandiera Maltija? Jaħseb il-Ministru li jista' ikun għall-benefiċċju tat-tarznari Maltin li jibdew joffru tali servizz u jiżufruwixxu ruħhom mill-bżonn li qed jinqala' li jkun hemm ċentru fejn jiġu żmantellati bastimenti b'mod regolat? Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx studju rigwardanti l-potenzjal li jibda jsir dan ix-xogħol f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

B'referneza għal Mistoqsija Parlamentari numru 7902, l-industrija tax-shipbreaking sa issa kienet ikkunsidrata bħala waħda li toħloq danni kbar għall-ambjent. Jidher li qed jikber l-interess minn regolaturi marittimi biex tarznari Ewropej jinvestu f'metodi ta' xogħol biex ix-shipbreaking isir anqas ta' dannu għall-ambjent. Madankollu, s'issa din l-industrija għadha ma qabditx art fl-Ewropa. It-Tarzna Maltija qed issegwi dak li qed jiżviluppa f'dan ir-rigward biex tara x'opportunitajiet jistgħu jinħolqu għal xogħol ġdid .

General Soft Drinks Co. Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li d-ditta General Soft Drinks jew xi sussidjarja tagħha ingħataw il-proprjeta' fejn sal-lum kien hemm ir-Refuse Disposal Centre (RDC) fil-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Fis-sena 2003, L-MDC approvat l-allokazzjoni ta' art lill-General Soft Drinks Co Limited. Għalkemm l-art għadha ma ġietx allokata, is-sit li qiegħed jiġi kkonsidrat huwa dak li irrefera għalih l-Onorevoli Interpellant.

WSC — Dħul ta' drenaġġ f'bir ta' residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li qed jilmentaw li hemm drenaġġ dieħel fil-bir tar-residenza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ħaddiema tat-Taqsima tal-Wastewater tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma iċċekkjaw is-sewer mainta' St. Michael Street, Senglea u ma nstab xejn ħażin. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sanita' qiegħed jagħmel testijiet fuq il-house connection privata biex jivverifika fejn qegħda l-ħsara.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Meta tieħu flimkien il-gradi ta' Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer, jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ huma dawn tat-total ta' l-impjegati kollha tal-Malta Enterprise?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-total ta' l-impjegati kollha mal-Malta Enterprise huwa ta' 95. Total tal-gradi msemmija i.e. Senior Analysts, Co-ordinators, Manager, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer, huwa ta' 38. Il-persentaġġ ta' dawn il-gradi, huwa għaldaqstant ta' 40% ta' l-impjegati kollha.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk li għandhom grad ta' Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer ma kenux impjegati ta' l-MDC, L-IPSE u METCO qabel ma ġew impjegati mal-Malta Enterprise?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Kemm minn dawk li ma kienux impjegati ta' l-MDC, IPSE u METCO qabel ma ġew impjegati ma' Malta Enterprise, kellhom esperjenza ta' mhux inqas minn sena fil-qasam ta' l-investment promotion jew trade promotion?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li f'din l-area ta' l-Investment/Trade Promotion, m'hemm ħadd ġdid. L-impjegati ta' l-M.E ġew mill-M.D.C. jew l-METCO.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'inhi l-ispiża totali għas-salarji ta' l-ogħla erba' gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ispiża totali għas-salarji ta' l-ogħla erba' gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ) hija ta' Lm460,323.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ hija l-ispiża tas-salarji ta' l-ogħla erbgħa gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.) ta' l-ispiża totali tal-Malta Enterprise fuq pagi u salarji?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ispiża tas-salarji ta' l-ogħla erbgħa gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.) ta' l-ispiża totali tal-Malta Enterprise fuq pagi u salarji hija ta' 52%.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il impjegat tal-Malta Enterprise jirċievi sew salarju f'Malta u sew allowances talli hu bbażat barra minn Malta u għal xiex jammontaw b'kollox dawn l-allowances?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Malta Enterprise għandha impjegat wieħed li qed jirċievi salarju f'Malta u allowance ta' LM6,240 fis-sena talli qiegħed barra minn Malta.

Birżebbuġa — Servizzi ġodda ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi servizzi ġodda ta' l-ilma f'Birżebbuġa wieqfa minħabba li l-kunsill ta' Birżebbuġa qed jirrifjuta l-permessi meħtieġa lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk fl-affermattiv, jista' jara għaliex il-kunsill qed jirrifjuta li jagħmel dan? Jista' jintervjeni biex tinstab soluzzjoni dejjiema għal dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena infurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha 2 applikazzjonijiet għal-servizz ġdid ta' l-ilma li ma tistax taqdihom għax il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġia ma jridx joħroġ il-permessi neċessarji biex ikun jista jsir ix-xogħol. Jirriżulta lill-Korporazzjoni illi s-Sindku ta' Birżebbuġia jrid jimponi bdil fil-proċeduri stabbiliti tal-Korporazzjoni dwar l-għoti ta' servizzi ġodda ta' l-ilma u li qed jirrifjuta li joħroġ dawn il-permessi biex jeżerċita pressjoni fuq il-Korporazzjoni ħalli jinbidlu dawn il-proċeduri.

Pieta' — Marina Street - ilma maħmuġ

Question

Jista' il-Ministru jieħu passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li hemm f'Marina Street, Pieta', fejn qed joħroġ ħafna ilma maħmuġ qalb ir-residenzi? Jista' jinnota li xi xhur ilu kienu saru xi ilmenti mir-residenti t'hemmhekk lid-dipartiment konċernat u kien ittieħed ukoll sample biex jiġi stabbilit jekk hux drenaġġ? Jista' jispjega għaliex għad li għadda żmien konsiderevoli għadhom ma ttieħdux il-passi neċessarji sabiex jissewwew il-ħsarat li x'aktarx hemm fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku tad-dintorni?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ilma msemmi fil-mistoqsija mhux drenaġġ iżda ilma tax-xorb ħiereġ minn kanna privata.

Freeport — privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-ħaddiema tax-xatt se jkunu affettwati mill-privatizzazzjoni tal-Freeport? Jekk dawn se jkunu affettwati, il-wirt tax-xogħol se jibqa' jintiret?

Response (GATT, AUSTIN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-port, għadhom kif iffirmaw ftehim ta' ħames snin mal-Malta Freeport Terminals Ltd., liema kumpanija ġiet ipprivatizzata. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, il-privatizzazzjoni tal-Malta Freeport Terminals Limited ma affetwat xejn lill-provedimenti ta' 1993 dwar il-ħaddiema tal-port li jirrigwardja il-wirt tal-ħaddiema.

Freeport — Kontijiet

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-kontijiet, awditjati jew le, tal-kumpanniji kollha tal-Malta Freeport tul dawn l-aħħar erba' snin sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Kap ta' l-Oppozizzjoni li kontijiet tal-Kumpaniji tal-Malta Freeport ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar tard din il-Ġimgħa filwaqt li dawk ta' Malta Freeport Corporation Ltd ikunu lesti madwar erba ġimgħat oħra għar-raġuni li l-bejgħ tas-sussidjarja "Malta Freeport Terminals Ltd" hi kunsidrata bħala "material post balance sheet event" u trid tiġi rappurtata.

Marsa — Power station - materjal ta' l-asbestos

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7586, jista' il-Ministru jagħti r-raġunijiet għalfejn din it-tender ġiet irtirata? Jista' jgħid lil min kienet ingħatat din it-tender? Jista' jgħid jekk laħaqx inbeda x-xogħol fuq it-tneħħija ta' l-asbestos skond din it-tender? Jista' jgħid fejn ġie ddepożitat il-materjal ta' l-asbestos maħruġ minn din il-power station?

Response (GATT, AUSTIN)

It-Tender li hemm referenza għaliha fil-mistqosija parlamentari ninforma lill-Onor. Interpellant li din kienet ġiet irtirata minħabba li l-orħos offerta ma kienitx skond l-ispeċifikazzjoni mitluba u ta' warajha kienet ogħla sew fil-prezz kwotat. It-tender ma ngħatatx u x-xogħol ma sarx.

Ċirkewwa — Faċilitajiet sanitarji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7624 u għar-risposta mogħtija peress illi l-uffiċċju tal-kumpannija jagħlaq fil-5.00 p.m., jista' il-Ministru jgħid x'faċilitajiet sanitarji jistgħu jużaw wara l-5.00 p.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

Kull min ikollu bżonn juża faċilitajiet sanitarji wara l-5.00 ta' fil-għaxija, jista' jagħmel użu jew tal-portable toilet booths li hemm fil-parkeġġ tal-karozzi tal-linja, jew dawk provduti mill-Cafeteria.

Medigrain

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' persuni li kienu jiffurmaw il-workforce tal-Medigrain? Fejn ġie ppostjat kull ħaddiem? Jista' jgħid jekk hux minnu li ftit ġimgħat ilu, wara li issa l-ħaddiema kollha sabu posthom, ġiet offruta skema ta' irtirar kmieni lill-istess ħaddiema? X'wassal biex inbidel il-pjan?

Response (GATT, AUSTIN)

Dettalji tal-workforce tal-Medigrain u fejn ġew ippostjati iżda mhumiex tal-post qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn ġew mistoqsija jekk jippreferixxux li l-MIMCOL tirranġalhom sabiex isiru tal-post mal-entita' fejn ġew ippostjati jew jaċċettawx is-somma ta' ħames ġimgħat paga għal kull sena li taw servizz lil Medigrain.