Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 s'issa ġewx rapportati każi ta' rape fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-snin imsemmija ma kienx hemm rapporti ta' rape ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħareġ il-permess lill-persuna - id-detallji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex toqgħod hawn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm l-Uffiċċju Prinċipali tal-Immigrazzjoni kif ukoll id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates m'għandhomx xi talba pendenti sabiex il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tingħata permess tidħol f'Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inżammu seduti mill-Kummissarji tal-Ġustizzja matul din is-sena, wieħed b'wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' seduti li kull Kummissarju tal-Ġustizzja ippresjeda f'kull Tribunali Lokali ta' Malta u Għawdex matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Awissu, kien kif inhu indikat hawn:
Tribunal
Kummissarju
Numru ta' Seduti
Żejtun
Dr L Vella
120
Birkirkara
Dr Ramon Rossignaud
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Matheus Brincat
199
12
4
Żurrieq
Dr Deborah Farrugia
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Ramon Rossignaud
91
2
1
Qormi / Msida
Dr A Farrugia Sacco
265
Sliema
Dr Robert Mangion
Dr Deborah Farrugia
Dr Ramon Rossignaud
148
44
8
Gozo
Dr Grazio Mercieca
Dr Matthew Brincat
90
5
Mosta
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Matthew Brincat
23
226
Fgura
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Grazio Mercieca
Dr Deborah Farrugia
Dr A Farrugia Sacco
74
8
2
4
Valletta
Dr Benny Delia
135
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li nstabu li ħadu d-droga waqt li kienu l-ħabs din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2004 minn 606 priġunier li daħlu l-ħabs mill-bidu tas-sena ħamsa u erbgħin (45) instabu pożittivi għad-droga.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fiż-żjarat li saru biex jiġi żgurat li kull post ta’ divertiment huwa attrezzat kif suppost skond il-liġi għal affarijiet bħal ħruġ ta’malajr minħabba ħruq jew inċidenti oħra, liema kienu dawk il-lokalitajiet li nstabu b’nuqqasijiet? Kemm saru żjarat din is-sena? Jeżisti l-poter ta’għeluq tal-post jekk in-nuqqasijiet ikunu serji?
Dipartiment ta' l-artijiet — Ħsara fis-soqfa ta' garaxx
Question
Jista' il-Ministru jara li tissewwa l-ħsara li hemm fis-soqfa tal-garaxx - tender no. 72595?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern kienet irreferiet il-każ lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura sabiex jittieħdu il-passi neċessarji dwar il-ħsara fil-garaxx imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilliera u sindki, lokal lokal f'Malta u Għawdex, li rriżenjaw sena b'sena minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali fil-gżejjer tagħna?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qedha tinġabar, u din tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8053 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u cioe' peress li ġejt informat li l-plot huwa tal-privat, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-kunsill lokali jieħu passi sabiex is-sid ta' dan il-plot ma jħallihx fl-istat li hu?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali — Avukati u prokuraturi legali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm avukati u prokuraturi legali impjegati fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, il-grad tagħhom u kif inhu mqassam ix-xogħol bejniethom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Grad Numru Dipartiment
Ċivili Kriminali
Attorney General
1
Assistant Attorney General
2
1
1
Senior Counsels
6
3
3
Counsels
3
3
-
Junior Legal Officers
2
1
1
Senior Legal Procurators
3
2
1
Local councils contracts unit — Xogħlijiet għal kunsilli lokali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista tax-xogħol kollu li qed isir mil-local councils contracts unit għal kull kunsill lokali u għal kull biċċa xogħol jindika meta hu mistenni li jispiċċa x-xogħol u kemm se jħallas il-kunsill lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Local Councils Contracts Unit (LCCU), illum tissejjaħ Central Districts Office (CDO) u tagħmel parti mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi x-xogħol kollu, kif ukoll l-istima tiegħu, li qiegħed isir bħalissa (sat-22 ta' Settembru 2004) għal Kunsilli Lokali. Dwar id-data ta' meta ser jistlesta x-xogħol, din ma tistax tingħata għaliex tiddependi minn ħafna fatturi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rifjutati persuni milli jidħlu Malta din is-sena s'issa, għaliex u ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 kien hemm 411 persuna li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Ir-raġunijiet li għalihom dawn in-nies intbagħtu lura kienu prinċipalment li:
Ma jkollhomx id-dokumenti kollha neċessarji
Ikollhom dokumenti falsifikati
Ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f'Malta
Jiġi stabbilit li ma jkunux ġew Malta għal skop ġenwin ta' turiżmu
Ma jkollhomx biljett għar-ritorn
Ikunu suġġetti ta' xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew xi raġuni oħra
Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:
Algeria
Bulgaria
Egypt
Libya
Philippines
Turkey
Angola
Cameroon
Guatemala
Moldovia
Romania
Ukrania
Bangladesh
Chad
India
Morocco
Russia
Venezuela
Belarus
Chile
Iran
Nepal
Sri Lanka
Yugoslavia
Belgium
China
Jordan
Nigeria
Syria
Bosnia
Colombia
Kenya
Pakistan
Tunisia
Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid jekk sarx jaf b’rapporti f’gazzetti Ingliżi li jgħidu li Niġerjan Anthony Ibafuna weħel il-ħabs fl-Ingilterra talli daħal fil-pajjiż minn Malta b’passaport falz li seraq mingħand sieħbu Ferdinand Nove waqt li kien f’pajjiżna? Jaf li l-Imhallef Ingliż kien sorpriż li tħalla jitlaq minn Malta għax ir-ritratt fuq il-passport ma kien jaqbel xejn? Jista’ jgħid il-Ministru jekk il-pulizija Ingliża nfurmatx lill-pulizija Maltija dwar dan il-każ? Saret xi inkjesta hawn dwar kif din il-persuna tħalliet titlaq minn Malta b’passaport falz li skond l-Imħallef Ingliż kellu ritratt li ma kien jaqbel xejn ma’ dak ta’ Ibafuna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija Maltija ma kellha ebda tagħrif mill-Pulizija Ingliża dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid x’jgħidu r-regolamenti dwar in-numru ta’nies li jitħallew jidħlu f’night clubs? Peress li kelli ilmenti minn xi żgħażagħ li ħafna drabi tant ikun hemm nies f’ċerti night clubs f’Paceville li jkunu ppakkjati bin-nies, jista’ jgħid jekk il-pulizija jagħtux daqqa t’għajn biex jaraw li dawn il-liġijiet qed jiġu osservati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-regolament numru 12 tar-Regolamenti biex jinżamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment, għandu jiġi stipulat fuq il-permess jew il-liċenzja li jkunu jawtorizzaw li jsir xi party jew disco f'xi lokalita' ta' divertiment, l-akbar numru ta' persuni li jistgħu jiddaħħlu f'dik il-lokalita' ta' divertiment. Meta n-numru ta' persuni f'xi lokalita' ta' divertiment ikun jeċċedi l-akbar numru stipulat fil-permess jew liċenzja relattivi, il-proprjetarju u s-sid jew l-amministratur ta' dik il-lokalita' ta' divertiment ikunu ħatja ta' reat u jistgħu jeħlu l-istess pieni bħal dawk stipulati fis-sub-regolament (4) tar-regolament 6 ta' dawn ir-Regolamenti.
Infurmat ukoll li l-Pulizija ser tkompli tagħmel spezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment għal xi ksur tar-regolamenti.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid kull meta jsiru spezzjonijiet f’night clubs u postijiet oħra ta’divertiment biex jiġi żgurat li kull ħaġa tkun kif suppost jekk jinqala’ xi każ ta’ ħruq jew inċident serju ieħor f’dawn il-lokalitajiet? Minn min isiru? Isir rapport uffiċjali? Din is-sena kien hemm postijiet fejn instabu xi nuqqsijiet? Saru t-tibiliet neċessarji?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liċenzji għal postijiet ta' divertiment m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija, iżda mill-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu. Madankollu, ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment għal xi ksur tar-regolamenti. Jekk waqt dawn l-ispezzjonijiet ikun osservat li hemm xi ħaġa li tista' tkun ta' periklu f'każ ta' ħruq, isir rapport lill-Aworita' Regolatorja mill-liċenzja ta' dak l-istabbiliment.
Inżid ngħid illi l-Gvern, bis-saħħa tar-Regolamenti biex jinżamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment, kien waqqaf il-Health and Safety Monitoring Board. Dan il-Bord jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali; u għalhekk ġentilment nitolbu biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana lokal lokal f'Malta u Għawdex kemm-il serqa minn djar privati ġiet rapportata matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Kemm fil-fatt tammonta s-somma globali f'ċifra ta' flus rapportata li jiswew l-oġġetti misruqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-serq irrapurtat lill-Pulizija minn residenzi matul l-ewwel disa' xhur ta' dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
2000
2001
2002
2003
2004
Rapporti
548
431
509
502
562
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta' serq irrapurtat fl-istess perijodu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa saret minn lukandi, take aways, bars, ristoranti, supermarkets, fabbriki u stabilimenti kummerċjali oħra? Kemm fil-fatt tammonta s-somma globali f'ċifra ta' flus rapportata li jiswew l-oġġetti misruqa?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-serq irrapurtat lill-Pulizija minn lukandi, bars u stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel disa' xhur ta' dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
2000
2001
2002
2003
2004
Rapporti
1,263
1,141
1,441
1,422
960
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8095 u cioe' jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali fis-snin 2002 u 2003 separatament kull xahar? Għax-xogħol ordnat (inkjesti) minn kull maġistrat f'dawn is-sentejn, kemm ħallas il-gvern individwalment? Min kienu dawk l-esperti li rċevew ħlasijiet 'il fuq minn Lm3,000 fis-snin 2002 u 2003 u kemm irċevew kull wieħed u waħda minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u jrid jinġabar manwalment. Dan jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi sabiex jinġabar.
Ma jidhirlix li l-użu ta' dan il-ħin u riżorsi biex jinġabar hu ġustifikat.