Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistru tax-Xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu nies jirreġistraw u jaħdmu? Kemm minhom inqatgħu mir-reġistru mill-1-1-2000 sal-ġurnata tal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1 ta' Jannar sa 30 ta' Novembru 2000, sitt mija u tlieta u sebgħin (673) persuna nqabbdu jirreġistraw u jaħdmu. Konsegwentament, dawn nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid f'liema stadju ta' l-ipproċessar waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'possibbiltajiet għandha l-persuna indikata li tirnexxi fl-applikazzjoni tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna ndikata ma għandhiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol taħt Part 1, kull xahar minn Jannar sa Novembru 2000? X'kien in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol taħt Part II kull xahar minn Jannar sa Novembru, 2000? X'kien in-numru totali ta' nies li rreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba minn Jannar sa Novembru, 2000? X'kien in-numru totali ta' nies li nqatgħu mir-reġistrar minn Jannar sa Novembru, 2000? Kemm minnhom inqatgħu għax sabu impjieg full-time? Kemm minnhom inqatgħu għax sabu impjieg part-time? Kemm minnhom inqatgħu għax inqabdu jaħdmu illegalment? X'kien in-numru totali ta' redundancies minn Jannar sa Novembru, 2000? X'kien in-numru totali ta' job opportunities li bihom kienet infurmata l-ETC minn Jannar sa Novembru, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Aċċessibilita' għal Kulħadd — Konsulenza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-ħames periti sabiex jagħtu konsulenza fuq il-prinċipji ta' l-aċċessibilita' għal kulħadd? X'tip ta' ħlas qegħdin jingħataw dawn il-periti għal: i) kull applikazzjoni ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar li jivvettjaw? ii) konsulenza dwar il-liġi oppurtanijiet indaqs? iii) il-ktieb Design Guidelines - Access to All? iv) konsulenza oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) Il-periti ntagħżlu mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal dawn is-servizzi u li ġiet riklamata fil-gażetti kollha. Il-Periti eliġibbli kollha li applikaw ġew aċċettati fuq rakkomandazzjoni tal-bord tal-għażla mwaqqaf għal dan il-għan mill-KNPD. b) Dawn il-periti jitħallsu bis-siegħa għax-xogħol kollu li jagħmlu mal-KNPD. Ir-rata tal-ħlas hi Lm12 fis-siegħa.

Siġurta' Soċjali — Investigazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' raġel separat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija li ġie nformat b'ittra mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li qegħdin jgħidu li għandu Lm4,000 l-bank meta fil-fatt huwa għandu Lm2,110 biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara kemm huwa n-numru ta' kumpanniji li tressqu l-Qorti mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għaliex ma ħallsetx il-pagamenti dovuti għall-ħlas tas-Sigurta Nazzjonali (il-Bolla / tal-ħaddiema tagħhom?) Kemm huwa n-numru ta' dawn il-ħaddiema li l-bolli tagħhom ma ġewx imħallsa mill-kumpanniji tagħhom u kemm hija ċ-ċifra fi flus li fuqha qed jieħu l-passi legali id-dipartiment sabiex jiġbru dawn il-pagamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali m'għadux id-dipartiment responsabbli għal-ġbir u l-infurzar tal-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali. Din il-funzjoni għaddiet f'idejn il-Kummissarju tat-Taxxi Interni f'Jannar 1998. Matul din is-sena d-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħareġ 89 ittri uffiċċjali (għal ammont ta' ' fuq minn Lm610,000), 26 Sekwestri u 9 mandati ta' qbid, għal flus li għadhom dovuti għal-perijodi ta' qabel Jannar 1998. Peress li d-dipartiment iħarrek kumpanija u mhux persuna, l-ammont ta' ħaddiema impjegati f'kull kumpanija ma jkunx indikat.

Mtarfa — Landscaping Lighting Around Barrack Blocks

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani fiex waslet il-kwistjoni tal-landscaping lighting around barrack blocks fl-Mtarfa li qed iqajjem il-kunsill tal-Imtarfa? Jista' jinfurmani kemm hija l-ispiża involuta u meta se jsiru x-xogħolijiet ħalli jiġi evitat il-periklu għar-residenti inkluż it-tfal tal-Imtarfa? Jista' jirrimedja l-każ il-HAA 6/2000 kemm jista' jkun malajr ħalli l-familji kkonċernati iqatgħu Milied bla periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kwistjoni tad-dawl madwar il-barrack blocks fl-Imtarfa ġiet diskussa waqt laqgħa li saret fil-25 ta' Settembru 2000 fejn kien hemm preżenti l-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa, rappreżentanti ta' l-Awtorita' tad-Djar u l-Enemalta. Kulħadd qabel li ġaladarba sistemi bħal dawn ma jitqisux mill-Enemalta bħala dwal pubbliċi u minħabba l-fatt li saru ħsarat konsiderevoli fid-dwal minn meta ġew installati sitt snin ilu, l-aħjar soluzzjoni kienet li tiġi nstallata sistema ġdida mill-Enemalta stess. B'hekk id-dwal ikunu jistgħu jitqiesu bħala parti minn street lighting, u ma jkunx hemm għalfejn il-Kunsill iħallas għall-konsum u għall-manutenzjoni. L-Awtorita' għamlet talba formali lill-Enemalta biex issir stima, tax-xogħolijiet meħtieġa. L-Awtorita' qed tistenna li tirċievi din l-istima. Sadanittant minħabba l-ħsarat li saru fis-sistemi tad-dawl eżistenti, dawn ġew mitfija mill-Kunsill stess sabiex jiġi evitat kwalunkwe periklu għar-residenti.

EU — TARIC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani jekk il-Gvern għamilx studju dwar l-impatt li se jkollha fuq il-ħajja tal-poplu Malti l-introduzzjoni tat-TARIC, Integrated Tarrifs of the EU Communities, li Malta trid tkun konformi magħhom wara li ssir membru ta l-EU? Jekk iva, jista' jinfurmani bil-konklużonijiet u jpoġġieh fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16102 li jien tajt f'Seduta Numru 299.

Pensjonanti

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21668 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ex-servicemen mhux se jieħdu ż-żieda ta' Lm1.50 mħabbra mill-gvern fl-aħħar budget? Il-pensjonanti bl-eta' se jeħduha din iż-żieda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li pensjonanti li jirċievu pensjoni kontributorja tas-Sigurta' Soċjali bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati f'Malta jieħdu minimu ta' 2/3 taż-żieda ta' Lm1.50 (cioe' Lm1) fil-ġimgħa li ngħatat għall-għoli tal-ħajja. Ninforma wkoll l-Onor. Membru li l-istess żieda tingħata lil dawk il-persuni li jirċievu l-pensjoni ta' l-Eta'.

CSAs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21675 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm hawn CSAs bħalissa li jmorru jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom? Veru li dawn ma jistgħux jew mhux qed jingħataw aktar minn massimu ta' 30 siegħa fil-ġimgħa? X'inhi r-raġuni li dawn huma kkunsidrati bħala self-employed u mhux impjegati tad-dipartiment tas-saħħa ta' l-anzjani u qed ikollhom iħallsu bolla b'rata għolja u m'għandhomx sick/vacation leave waqt li biex jitilqu jridu jagħtu notice period bħala impjegati normali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Preżentement hemm 461 Casual Social Assistants li qiegħdin jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom. Kull Casual Social Assistant tista' taħdem massimu ta' 30 siegħa fil-ġimgħa. Għall-finijiet ta' kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali, skond kif joħroġ mill-Att tas-Sigurta' Soċjali, dawn il-Casual Social Assistants huma meqjusa bħala self-employed. Fl-interess ta' l-anzjani u l-kontinwita' tas-servizz, kull Casual Social Assistant li tkun qiegħda taħseb biex tħalli x-xogħol, hija mitluba li tavża lid-Dipartiment ħmistax qabel ma titlaq sabiex tkun tista' tinsab persuna li tkompli tagħti s-servizz minn flokha.

Servizz Ċivili — Principal officer

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li kienet taħdem bħala principal officer mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kellhiex performance rating reports u performance management programmes minn Marzu, 1988 sa Jannar 1996 skond kif trid l-Estacode?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Digital Video Broadcast

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 16639 li ilha pendenti żmien twil, cioe' tmien xhur?!

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari Numru 16639 qatt ma ġiet indirizzata lili u għalhekk huwa mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jirċievu benefiċċji soċjali, bħala perċentaġġ tat-total fil-pajjiż, persuni kategorizzati bħala self-employed? Jista' jagħti breakdown tagħhom, per eżempju, pensjoni ta' l-eta', mard, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Social Security — Miscellaneous receipts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' x'inhuma l-miscellaneous receipts taħt is-Social Security, Social Security Act, Care of the Elderly, Housing, Industrial and Employment Relations (Labour) kif inhu indikat fl-Estimi Finanzjarji fil-parti tar-revenue li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali fuq paġna 86?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il "Miscellaneous Receipts' taħt is-Social Security, Social Security Act, kif inhu ndikat fl-Estimi Finanzjarji fil-parti tar-Revenue li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali jirreferi għal dħul ta' flus bħal 'Conscious Money', refunds ta' overpayments li jkunu saru matul is-snin ta' qabel is-sena kurrenti, kif ukoll xi dħul ieħor li għalih m'hemmx indikat fl-estimi fejn irid jiġi mitfugħ. L-'Miscellaneous Receipts' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, huwa mistenni li jikkonsisti f'rifużjoni ta' salarji u xi dħul żgħir ieħor li jista' jkun hemm u li m'hemmx provvedimenti partikolari għalih fl-Estimi. Taħt id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi hemm dan id-dħul ta' flus kif indikat hawn taħt: Reimbursement of Loan re Self Employed Scheme Xiri ta' kopji ta' Industrial Tribunal Awards Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' Conditions of Employment (Regulations) Act Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' Wage Regulations Orders Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' National Standard Order Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' Industrial Relations Act Matul l-1999 u 2000 fid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali ma kienx hemm revenue taħt 'miscellaneous receipts'. Ammonti żgħar li kien hemm għas-snin ta' qabel kienu dovuti għal xi ħlas żejjed li sar mid-Dipartiment u li ġew rifużi lura.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15504, li ilha tmien xhur li saret? Jista' jagħti informazzjoni mitluba updated sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Membru reġa qiegħed jagħmel żball. Din il-Mistoqsija ngħatat Tweġiba fis-Seduta 304 u huwa l-Onor. Membru li għadu ma ndunax avolja għaddew kważi seba' xhur.

Social Welfare Serice — Social Workers

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm hemm social workers fil-fondazzjoni tas-Social Welfare Service, agenzija agenzija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' social workers impjegati maż-żewġ aġenziji li jaqgħu taħt il-Fondazzjoni għas-Social Welfare Services hu kif ġej: Social Welfare Development Programme - 64 Sedqa - 12