Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #633 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – assikurazzjoni f’eventwalità li jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-Servizz Pubbliku ma hemmx polza ta’ assigurazzjoni li tkopri ħaddiema li jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħra waqt il-ħin tax-xogħol. Madankollu, f’każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, il-Gvern jikkunsidra l-għoti ta' kumpens kull meta uffiċjali pubbliċi jweġġgħu jew imutu b’konsewgwenza ta' inċident li jirriżulta minn jew waqt ix-xogħol tagħhom. B'dan il-mod il-gvern joffri kopertura adegwata lill-uffiċjali pubbliċi.
Leg 13 PQ #770 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Special leave għall-uffiċjali pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li jibda jingħata special leave biex uffiċjali pubbliċi li jkollhom kemm ir-raġel jew il-mara morda kif ukoll l-ulied b'xi kundizzjoni medika, ikunu jistgħu jassistu l-membri tal-familja għall-appuntamenti mediċi mingħajr ma jużaw il-vacation leave? Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward special leave?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Servizz Pubbliku diġa jiehu hsieb kazijiet simili permezz tal-leave bank. Dan jithaddem b’linja gwida ċara kemm ghal dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni tal-leave tagħhom kif ukoll ghal dawk li jixtiequ jibbenefikaw minn dan il-fond. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kaz imsemmi se jkun qiegħed jigi segwit għal assistenza neċessarja mill-People & Standards Division.
Leg 13 PQ #143 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — position of Trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Leg 13 PQ #581 Sitting 15 2017-07-10 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur pubbliku — impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mas-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi kull xahar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jagħti lista tal-gradi u d-dipartimenti/entitajiet fejn ġew impjegati xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Leg 13 PQ #74 Sitting 14 2017-07-05 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — sponsorships

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.
Leg 13 PQ #136 Sitting 14 2017-07-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Third Country Nationals – permess ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #137 Sitting 14 2017-07-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #130 Sitting 13 2017-07-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport dwar żidiet fis-salarji ta’ Ministru jew Segretarji Parlamentari

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi parti mir-rapport li kien ikkumissjona hu f'April 2013 (Ombudsman, Awditur Ġenerali u Kummissjonarju Elettorali Prinċipali) dwar żidiet fis-salarji ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari li ħa jkun qed jimplimenta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-mandat li għandu l-Gvern hija li jigi eżaminat il-kunċett ta' Membri Parlamentari full time, hekk kif imfisser ukoll fid-diskors tal-President.
Leg 13 PQ #59 Sitting 12 2017-07-04 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Leg 13 PQ #44 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #19 Sitting 6 2017-06-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #20 Sitting 6 2017-06-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #21 Sitting 6 2017-06-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29842 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Provvista ta’ ilma sospiża

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġiet sospiża l-provvista tal-ilma f'Malta u f’Għawdex kemm kawża ta' ħsarat kif ukoll għal raġuni ta' manutenzjoni, separatament lokalità b'lokalità, matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Sena Sospensjoni minħabba Manutenzjoni Sospensjoni minħabba Ħsarat 2014 214 383 2015 264 384 2016 295 388 Il-livelli ta’ sospensjonijiet minħabba manutenzjoni u ħsarat hija fl-istess livell tat-tlett snin ta’ qabel. Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li 99% tal-qtugħ fil-provvista tal-ilma jkunu ta’ perjodu qasir ħafna u jkunu jaffetwaw triq waħda biss minn raħal jew belt. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba.
Leg 12 PQ #31819 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32820 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — Ġnien tas-Salib

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn 1 ta' April 2013 u l-6 ta' April 2017 qattx saret talba mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa lill-awtoritajiet (inkluż lid-Dipartiment tal-Artijiet) sabiex parti jew il-ġnien kollu (Ġnien tas-Salib) li jinsab bejn Triq il-Kbira u Triq tas-Salib fil-Mellieħa jingħatax għal użu ta' terzi persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #32433 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta’ Ċens – każ ta’ indivdwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #32724 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — Commuted Parking Scheme - Permessi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatari 32363 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ingħataw permessi f’Tas-Sliema li kienu jirrekjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme(CPPS) bejn l-2014 u l-2017? Jista’ jingħata rendikont tal-ammont totali ta’ flus u n-numru ta’ karozzi, abbażi ta’ liema ġie kkalkulat is-CPPS għal kull sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 32798.
Leg 12 PQ #32732 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 29 Information Services

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29602 u 31694 u jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif ser tkun qed titħallas u lil min ser ikun qed jitħallas il-finanzjament taħt Vot 29 Information Services għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm-il direct order sar u lil min saru taħt dan il-vot, u jekk kienx hemm pagament li sar b’proċess ta’ tender? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għall-informazzjoni li qed tidher taħt Vot 5 fl-Estimi Supplimentari.

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.