Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2816 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta aktar computers fiċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt li aktar komputers fiċ-Ċentri tas-Saħħa dejjem ikunu utli, n-numru ta' komputers preżentament jaqdu l-ħtiġijiet ta' komputerizzazjoni fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-istadju preżenti.
Leg 9 PQ #2817 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tqassim ta' gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema gazzetti jitqassmu fis-swali ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule u l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ebda gazzetti ma jitqassmu fis-swali ta' l-Isptar San Luqa. L-Isptar San Vinċenz de Paule ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #2814 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Vinċenz de Paule — Attivitajiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attivita' soċjali organizzaw il-Welfare Fund fl-Isptar San Vinċenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #2815 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Security guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm security guards fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' mpjegati fil-grad ta' Security Guard fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa mija tlieta u disgħin (193).
Leg 9 PQ #2828 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Appuntament biex isiru braces

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2618 fis-seduta Nru.34, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għall-perjodu sakemm l-ispeċjalista nkarigat mill-Orthodentics jispiċċalu l-parental leave, u li l-persuna l-oħra li qed tispeċjalizza fl-istess linja u li baqgħalu sentejn biex jispeċjalizza, jiġi ngaġġat speċjalista barrani fuq kuntratt full-time skond il-linja li l-gvern preċedenti kien qed jissuġġerixxi lid-Direttur tar-riżorsi umani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant ser jiġi evalwat.
Leg 9 PQ #2829 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Test tal-HIV

Question

Jikkonsidra l-Ministru li bħala parti mill-eżami li jsir waqt il-booking visit ta' nisa tqal isir bħala rutina, s'intendi bil-kunsens ta' l-omm, it-test tal-HIV?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant illi nikkonferma li d-deċiżjoni biex isir test ta' l-HIV hija waħda personali u volontarja. Għaldaqstant m'għandiex issir pressjoni bla bżonn fuq nisa tqal biex isir it-test ta' l-HIV waqt il-booking visit.
Leg 9 PQ #2830 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' HIV

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm kienu l-każi ta' HIV matul is-snin li ttieħdet: (i) minn labar/siringi wżati; (ii) mill-omm għat-tarbija; (iii) minn transfużjoni ta' demm jew ta' prodotti tad-demm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' testijiet li rriżultaw posittivi għall-HIV mill-1985 sa llum huma 132. L-HIV mhix notifikabbli bil-liġi. Il-figuri kkwotati huma bbażati fuq riżultati ta' testijiet illi saru b'mod anonimu. Għalhekk wieħed ma jistax jeskludi l-possibilita ta' testijiet irrepetuti kif ukoll oħrajn li saru fuq persuni mhux residenti f'Malta. Il-kategorija ta' riskju assoċjat ma' dawn ir-riżultati huwa kif jidher fil-lista annessa u li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta. KATEGORIJA TA' TRAŻMISSJONI ASSOĊJATA MA' TESTIJIET TA' L-HIV Malta (1985 - 1998) SENA TA' TEST OMOSESSWALI UŻU TA' DROGA OMOSESSWALI TA' L-HIV FIL-VINA U UŻU TA' DROGA FIL-VINA ---------------------------------------- -------------------- 1985 3 - - 1986 2 1 - 1987 - 1 - 1988 1 - 1 1989 4 - - 1990 3 1 - 1991 9 3 - 1992 1 - - 1993 7 - - 1994 1 - - 1995 2 - - 1996 3 - - 1997 4 1 1 1998 4 - - Mhux 10 1 - magħruf -------------------------------------------------- ------ TOTALI 54 8 2 -------------------------------------------------- ------ SENA TA'TEST HAEMOPHILIA U TRASFUŻŻJONI KUNTATT MILL- TA' L-HIV PROBLEMI FIL- TA' DEMM ETERO- OMMM KOAGULAZZJONI SESSWALI GħAT- TAD-DEMM TARBIJA ----------------------------------------- ------------------- 1985 9 - - - 1986 8 1 - - 1987 1 - 2 - 1988 1 - 3 - 1989 1 - - - 1990 - - 3 - 1991 - 1 - - 1992 - - 1 - 1993 - 1 - - 1994 - - 1 1 1995 - - 2 - 1996 - - - - 1997 - - 2 - 1998 - 1 2 - Mhux 1 - 1 - Magħruf -------------------------------------------------- ------- TOTALI 21 4 17 1 -------------------------------------------------- ------- SENA TA'TEST MHUX TA' L-HIV MAGħRUF -------------------------- 1985 1 1986 1 1987 1 1988 4 1989 2 1990 1 1991 2 1992 1 1993 - 1994 1 1995 1 1996 1 1997 - 1998 - Mhux 9 Magħruf ------------------------ TOTALI 25 ------------------------
Leg 9 PQ #2746 Sitting 41 1998-12-17 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera li ngħataw transfer

Question

Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer? Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses? Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-tranfsers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba? Jista' l-Ministru jgħid minn fejn u għal-liema post ġew trasferiti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #2720 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċina Quinine Sulphate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli l-mediċina Quinine Sulphate preskritta mill-konsulent tal-pazjent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fit-13 ta' Lulju, 1998 għal perjodu ta' sena, tinħariġlu x-Schedule V form u tingħatalu din il-mediċina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina QUININE SULPHATE tingħata għat-trattament ta' kundizzjoni medika li mhix waħda mill-lista ta' mard elenkati fix-Schedule V. Għaldaqstant, din il-mediċina ma tistax tingħata fuq il-Kartuna s-Safra.
Leg 9 PQ #2677 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Livell ta' ċomb

Question

Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-livelli ta' ċomb: (i) fl-atmosfera; (ii) fil-ħobż Malti; u (ii) fil-ħamrija għas-snin li dawn huma available?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Risposta finali tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2680 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

WHO — Tipip

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar f'liema pożizzjoni tinsab Malta fil-lista ta' pajjiżi skond il-World Health Organisation (WHO) rigward it-tipjip in ġenerali fin-nisa u fl-irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Siltiet mill-aħħar informazzjoni mibgħuta mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #2300 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuna b'arma tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx min kienet dik il-persuna li skond kif ġie rrapportat fuq il-mezzi tax-Xandir nhar il-ġimgħa 13 ta' Novembru, 1998 kienet qed iġġorr arma tan-nar fl-Isptar San Luqa? Jekk il-Ministru jaf, jista' jgħid x'kienet u kemm tiswa l-ħsara li saret meta din l-arma sparat? Jista' jgħid ukoll jekk humiex se jittieħdu passi kriminali kontra l-persuna nvoluta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-każ li għalih qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu f'idejn il-pulizija. Sa issa l-persuna għadha ma ġietx identifikata, iżda jekk dan iseħħ, żgur li jittieħdu passi kriminali kontra tagħha. Il-ħsarat li saret meta l-arma sparat ikkaġunat toqba żgħira fis-saqaf tal-kuridur li jinfed mill-Isptar San Luqa għal Karen Grech Theatre. Din il-ħsara hi kkunsidrata minima.
Leg 9 PQ #2302 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward 10

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħalqu l-Ward 10 ta' l-irġiel u dik tan-nisa fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid x'se jsiru mill-pazjenti li normalment ikollhom bżonnhom jinżammu fis-single rooms għax jistgħu jkunu ta' ħsara għalihom jew għal pazjenti oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-problema tal-ward 10 ser tiġi solvuta fis-sena 1999. Qiegħed jiġi studjat proġett li permezz tiegħu l-male ward 10 tintuża biss għal priġunieri; il-female ward 10 tiġi adattata bħala medium term unit tan-nisa b'sezzjoni ta' sigurta' iżjed moderna u limitata; il-male ward 2 ukoll tiġi adattata bħala medium term unit ta' l-irġiel b'sezzjoni ta' sigurta' moderna u limitata; il-female ward 6 issir mixed short stay acute admission ward (bħal ta' St. Luke's u Għawdex) b'mixed day living area u b'sezzjonijiet ta' rqad separati. Din l-aħħar unit tiġi eventwalment trasferita għall-isptar il-ġdid, Tal-Qroqq.
Leg 9 PQ #2303 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Drug addicts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex drug addicts qed jiġu riferuti fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' kura dawn jingħataw f'dan l-isptar li ma tistax tingħata f'postijiet oħra? Jaħseb il-Ministru li dawn id-drug addicts ma jsofru mill-ebda mard mentali? Jaħseb ukoll li meta jkunu hemm jistgħu jkunu ta' ħsara għalihom jew għal ħaddieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Drug addicts ġieli jkollhom problemi oħra ta' natura psikjatrika, jew bħala marda mentali, inkella bħala difett fil-karattru tagħhom, jew inkella bħala mġieba perikoluża kkawżata mill-istat akut tal-abbuż tad-droga. Ukoll ċerti tipi ta' abbużi jistgħu huma stess jikkawżaw mar mentali li jirrikjedi li l-pazjent jidħol temporanjament ġo sptar mentali. Diversi pazjenti bi problemi differenti jistgħu jkunu ta' ħsara għal ħaddieħor u mhux possibbli li l-kategoriji kollha jiġu mifrudin minn xulxin. Huwa x-xogħol ta' l-isptar illi fejn pazjenti huma mħalltin ma' xulxin, jittieħdu l-miżuri meħtieġa skond ir-riżorsi li jeżistu biex din il-ħsara tiġi minimizzata.
Leg 9 PQ #2626 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed isiru appuntamenti għad-dental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi wara sena, per eżempju minn Settembru, 1998 għal Settembru, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond ir-records ta' l-Appuntamenti għad-Dental Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Qormi, l-ewwel appuntament disponibbli għal checkup huwa fi żmien tlitt ijiem, u dak għall-mili tas-snien huwa fi żmien sitt ijiem. JIsta' jkun il-każ li jingħata appuntament wara sena jekk ikun każ ta' ``follow-up'' għaliex fl-opinjoni tad-dentist li jkun qed jieħu ħsieb il-każ ma jkunx hemm bżonn li wieħed jarah qabel dan iż-żmien.
Leg 9 PQ #2627 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed idumu ma jingħataw appuntamenti għal mental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-appuntamenti tal-Mental Health Clinic huma tan-natura ta' follow-up. Ovvjament, appuntament ta' follow-up jingħata għad-data meta t-tabib jew l-ispeċjalista jidhirlu li hemm bżonn li jiġi invistat il-pazjent, liema żmien jista' jvarja minn xahar sa sitt xhur. Is-sitwazzjoni bħalissa hi li kull pazjent ingħata appuntament skond id-data li kien dovut jew mitlub mill-ispeċjalista li jarah.
Leg 9 PQ #2644 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum ma sar ebda xogħol fl-uffiċini tal-Ministeru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #2656 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Ġiorni — Berġa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1962, jista' l-Ministru jirrispondi l-parti ċioe' jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jiftaħ berġa f'Ta' Ġiorni peress li l-area msemmija tinsab 'il bogħod mill-bereġ li semma fir-risposta speċjalment għall-anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #2698 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Enrolled nurse

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2281 tat-3 ta' Diċembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mistoqsija parlamentari 2281 ttwieġbet fis-seduta numru 31.
Leg 9 PQ #2587 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ambulanzi li kienu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku din is-sena u kemm kienet l-ispiża biex dawn ġew irranġati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm erba' ambulanzi li kienu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku din is-sena. Waħda minnhom ma kellha ebda ħsara. L-istima għat-tiswija tat-tlieta l-oħra hi ta' Lm135, Lm49.50 u Lm10 rispettivament.