Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8882 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ta' tletin (30) sena li fis-snin 1994-98 (is-sentejn inklużi) ikkommettew reat kriminali u tressqu l-qorti? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kienet il-piena inflitta mill-qorti u kemm kien in-numru ta' persuni li wara l-ewwel każ quddiem il-qorti reġgħu ittellgħu fuq xi każ ieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #8892 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Postijiet ta' divertiment — Tfal taħt l-eta'

Question

Peress li qed ikun hemm diversi rapporti li tfal taħt l-eta' - kemm Maltin kif ukoll barranin - qed ikunu f'inħawi ta' divertiment speċjalment f'Paceville, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna li m'għandhiex sittax (16)-il sena nqabdu f'xi wieħed minn dawn il-postijiet ta' divertiment matul Ġunju u l-ewwel ġimgħa ta' Lulju? Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet inqabdu? X'passi ttieħdu kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet? Kemm minn dawn is-sidien inqabdu b'żgħażagħ fl-istabbiliment tagħhom li ma kellhomx l-eta' tal-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-01.06.99 fil-Mistoqsija, il-Pulizija għamlet 307 spezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment madwar Malta u Għawdex li minnhom irriżulta każ wieħed fejn 6 żgħażagħ taħt is-16-il sena nqabdu preżenti waqt attivita` li nżammet f'Ta` Qali fis-6 ta' Ġunju, 1999. Il-persuna li f`isimha nħarġet il-liċenzja għal din l-attivita` ser tiġi mressqa l-Qorti. Fir-regolamenti l-ġodda, hemm previst multa ta' Lm100 għal kull persuna taħt 16-il sena li tinstab f'post ta' divertiment.
Leg 9 PQ #8970 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi l-Qorti in konnessjoni ma' ħlas ta' kumpens għall-esproprjazzjoni? Kemm hemm kwestjonijiet pendenti ta' esproprjazzjoni sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 li għadhom iridu jibdew il-proċeduri legali msemmija quddiem il-Qrati tagħna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm 122 kawża quddiem il-Qorti in konnessjoni ma' ħlas ta' kumpens għall-esproprijazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li sa l-aħħar ta' Ġunju 1999, kien hemm 52 kwestjoni oħra li għad iridu jibdew il-proċeduri legali dwarhom quddiem il-Qrati.
Leg 9 PQ #8971 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Exproprjazzjoni ta' art u bini

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1998? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata? Kemm minn dawm il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini li nbdew matul l-1998 kien ta' 66. Ninsab infurmat ukoll li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija jrid isir eżami tal-files u records manwali li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.
Leg 9 PQ #8972 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għal esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1970? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata u kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ċertu records tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, fosthom dawk li dwarhom intalbet informazzjoni, bdew jinżammu mill-1972. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni part tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8971 f'din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #8973 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art u bini

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1971? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata? Kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8972 f'din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #8974 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art u bini

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1980? X'valur huwa kkalkolat li ttieħed? Kemm-il tomna ġiet hekk esproprijata? Kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li n-numru ta' proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini li nbdew matul l-1980 kien ta' 57. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8971 f'din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #9137 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xlendi - Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex sena wara l-oħra, speċjalment fil-weekends u x-xhur tas-sajf, sar prattikament impossibbli li tinżel jew titla' mill-bajja tax-Xlendi minħabba l-konġestjoni tat-traffiku li jkun hemm ħdejn disco popolari? Għaliex minbarra diżorganizzazzjoni fil-queue li ġieli jibqa' ħiereġ sa nofs it-triq, il-pulizija tippermetti double parking u parking fuq iż-żewġ naħat tat-triq? Għaliex il-pulizija mal-bieb tad-disco fl-ebda ħin ma jintervjenu biex jikkontrollaw it-traffiku jew ma jħallux li jsir parking bl-addoċċ? Jaħseb il-Ministru li għandu jsir xi ħaġa biex dan l-inkonvenjent jinqata' darba għal dejjem?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija tieħu passi biex tikkontrolla s-sitwazzjoni tat-traffiku fil-post u ż-żmien imsemmi mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li hemm partijiet twal, in-naħa ta' fuq tat-triq, li huma wiesa biżżejjed li jippermettu parking fuq iż-żewġ naħat. Qed tiġi studjata l-possibilita` li f'partijiet oħra tat-triq tiġi ntrodotta Towing Zone.
Leg 9 PQ #9160 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Mellieħa — Torri l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli Din l-Art Ħelwa tkun tista' tibda x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri l-Aħmar, il-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-permess għar-restawr tat-Torri l-Aħmar ngħata lil Din l-Art Ħelwa fil-21 ta' Lulju 1999.
Leg 9 PQ #9175 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rilaxx ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-pulizija milli tirrilaxxja l-makna diesel Perkins (model Pharser) li ddaħħlet reglorament fuq il-vapur Lipa, nhar il-24 ta' Jannar, 1999 bil-bill of lading numru LON/MLA/005? Jista' l-Ministru jindaga għaliex hemm kollox regolari u xorta waħda l-pulizija qed tgħid li hemm "sinjali ta' double punching"?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9186 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' stupru kienu rrapportati lill-pulizija mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? F'liema lokaliajiet seħħew ir-reati? Ta' liema nazzjonalita' kienu l-vittmi u l-allegat aggressur (fejn dan hu indikat) f'kull każ irrapportat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher hawn taħt : Lokalita` Nazzjonalita` tal-vittma Nazzjonalita` ta' l-allegat aggressur/i Attard Maltija Maltija Valletta Maltija Maltija St. Julians Maltija Libjana x3 B'Kara Maltija Maltija St. Julians Żvediża Żvediża St. Julians Norveġiża Amerikana Sliema Franċiża Torka Barra minn dawn il-każijiet kien hemm rapport ieħor f'Ġunju li rriżulta li kien rapport falz. Naturalment, mhux kull każ rapportat bħala stupru, fil-fatt kien jikkostitwixxi dan ir-reat.
Leg 9 PQ #9268 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Eżamijiet - Reviżjoni ta' karti

Question

Fl-isfond li l-kuntistabbli, li ismu qiegħed jintbagħat separatament, li kien weħel fl-eżami għal surġent u li ġie promoss għal grad ta' surġent wara li ntalbet revision of paper, jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw kuntistabbli għal revision of paper u kemm għaddew mill-eżami wara li saret revision of paper?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kien hemm 4 kuntistabbli li applikaw għar-revision of paper wara r-riżultat ta' l-eżami għal grad ta' surġent. Ninsab infurmat ukoll li saret ir-revision of paper ta' żewġ applikanti u f'każ minnhom il-persuna konċernata ġiet promossa filwaqt li l-persuna l-oħra xorta ma għaddietx. Il-każijet taż-żewġ applikanti l-oħra għadhom pendenti.
Leg 9 PQ #9269 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qawra - Għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġiet akkwistata l-għamara l-ġdida li daħlet fl-għassa tal-pulizija tal-Qawra? Jekk saru xi donazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid minn min saru u kif dawn ta' l-aħħar kienu akkwistawhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Għaqda Qraba tal-Membri tal-Korp tal-Pulizija għamlet donazzjoni ta' skrivanija, u ta' airconditioners u ceiling fans biex jintużaw fl-Għassa li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #8207 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) jekk inħarġitx sejħa għall-offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl-Uffiċċju tal-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999 sar b'direct order mid-ditta General Cleaners Co. Ltd. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-irevuti konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8211 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BORG, TONIO)

Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8004. Fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #8252 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' faċilitajiet sportivi li l-gvern, permezz tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, jikri lill-għaqdiet, clubs, organizzazzjonijiet, eċċ? Fejn huma, lokal lokal, dawn il-faċilitajiet? Kemm titħallas kera fis-sena faċilita' faċilita' u x'tip ta' faċilitajiet huma? Kemm minn dawn il-faċilitajiet għaddew lill-għaqdiet sportivi b'riżoluzzjoni parlamentari u meta?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, print out li turi l-faċilitajiet sportivi li l-Gvern jikri lill-organizzazzjonijiet sportivi. 23 minn dawn il-faċilitajiet ġew mgħoddija lill-organizzazzjonijiet sportivi permezz ta' Riżuluzzjoni tal-Parlament li kienet saret f'Ottubru 1997.
Leg 9 PQ #8663 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-permess dwar l-applikazzjoni li l-file No. tagħha qed jintbagħat separatament, inħariġx? F'każ li għadu ma ħariġx, konxja l-awtorita' li kważi ta' kuljum qed isir xi xogħol? X'passi ttieħdu f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dwar l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, wara li nħareġ permess fis-27 ta' Lulju 1998, id-DCC ħass li kellu jagħmel kjarifika ta' waħda mill-kundizzjonijiet li kienet imposta rigward il-bżonn ta' 'clearance' minn dipartimenti tal-gvern. Il-perit inkarigat mix-xogħol appella u l-Bord ta' l-Appell ikkonferma l-bżonn li l-applikant iġib 'clearance' addizzjonali. Din il-'clearance' waslet u għandhom jiġu mposti kundizzjonijiet oħra skond din il-'clearance', liema kundizzjonijiet iridu jiġu mposti skond proċeduri stabbiliti. Ninsab infurmat ukoll li fl-ebda ħin ma ġie rtirat il-permess oriġinali, ġaladarba waħda mill-emendi ta' l-1997 tal-liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp ħassret il-kawżola oriġinali tal-Liġi ta' l-1992, li kienet tagħti poter lill-Awtorita` tal-Ippjanar biex tirrevoka permess maħruġ skond il-liġi.
Leg 9 PQ #8733 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xogħol ta' piraterija

Question

Meta skond l-Association Against Copyright Theft 95% tal-playstations, 40% tal-videos u 20% tas-CDs mibjugħa f'pajjiżna huwa xogħol ta' piraterija kummerċjali, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija matul din is-sena kontra dan l-abbuż? X'każi qabdet matul l-1999 ta' dan it-tip ta' serq? X'każi oħra qabdet s'issa fl-1999 dwar bejgħ ta' arloġġi, ħwejjeġ u oġġetti oħra b'tikketti foloz?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, naħseb li t-tagħrif li tajt fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 6250 u 8418, jagħtu stampa ċara tal-ħidma li l-Pulizija qed twettaq kontra dan l-abbuż. Ninsab infurmat li matul din is-sena, sas-7 ta' Lulju, il-Pulizija qabdet 6 każijiet ta' videos, audio cassettes u C.D.s tal-mużika u tal-Playstations ikkupjati, kif ukoll 9 każijiet ta' ħwejjeġ, arloġġi u oġġetti oħra b'tikketti foloz. Kien hemm ukoll 6 każijiet oħra, fejn ma kienx hemm provi biżżejjed sabiex jittieħdu proċeduri bil-Qorti.
Leg 9 PQ #8753 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Paceville/San Ġiljan - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet kummerċjali ġo Paceville u San Ġiljan illum u kemm ingħataw permessi ġodda, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ġo Paceville u San Ġiljan, hemm 452 ħwienet kummerċjali filwaqt li f'dawn l-aħħar għaxar snin, fl-istess lokalitajiet, inħarġu dawn il-permessi ġodda : 1989 36 1994 57 1990 48 1995 56 1991 17 1996 37 1992 22 1997 50 1993 55 1998 28
Leg 9 PQ #8754 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati reati matul ix-xahar ta' Ġunju lill-pulizija, x'tip ta' reati kienu u kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittma ta' xi reat matul Ġunju li għadda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.