Jista' il-Ministru jgħid jekk instabx post alternattiv sabiex iservi bħala uffiċċju għall-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li għalkemm s'issa għadu ma nstab l-ebda post alternattiv sabiex iservi bħala uffiċju għal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, qed jiġi konsidrat użu ta' propjeta' tal-gvern li ser tiżvojta dalwaqt.
Raħal Ġdid — Triq Brittanja - Skola tal-Kindergarten
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskola tal-Kindergarten li tinsab fi Triq Brittanja, f'Raħal Ġdid hix se tiftaħ? Jekk le, lest il-Ministeru jiftaħ diskussjoni mal-kunsill lokali biex din il-proprjeta' tiġi utilizzata mill-kunsill lokali għall-ġid tar-residenti tal-Parroċċa ta' Lourdes?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tħossx li jkun fl-interess tat-tfal li tagħtihom l-esperjenza ta' kinderkarten li ma tkunx fl-iskola primarja. Għalhekk, m'hemm l-ebda ħsieb li terġa tiftah l-iskola tal-Kindergarten li tinsab fi Triq Brittanja, f'Raħal Ġdid li kienet ingħalqet fl-aħħar tas-sena skolastika 1996/1997.
Il-Ministeru beħsiebu juża dan l-ispazju għal sevizzi oħra konessi ma' l-edukazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Kirkop sa nofs ta' Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm zgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena u bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta Mejju 2004 kien hemm 55 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Ħal Kirkop.
Ħal Kirkop Taħt l-20 sena Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 Total
-24 sena -29 sena -44 sena sena 'l fuq
Irġiel 4 3 5 11 15 38
Nisa 6 5 0 4 2 17
Total 10 8 5 15 17 55
Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Santa Venera
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Santa Venera sa nofs ta' Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 136 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Santa Venera.
Santa Venera Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn it-30 Minn 45 sena Total
sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena 'l fuq
Irġiel 20 11 12 34 38 115
Nisa 3 8 6 2 2 21
Total 23 19 18 36 40 136
Nisa
Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Ħal Qormi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Qormi sa nofs Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 447 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru f'Ħal Qormi.
Ħal Qormi Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 sena Total
sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena 'l fuq
Irġiel 39 46 47 112 133 377
Nisa 27 18 3 14 8 70
Total 66 64 50 126 141 447
Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Ħal Luqa
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Luqa sa nofs Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 111 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Ħal Luqa.
Ħal Luqa Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 Total
sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena sena 'l fuq
Irġiel 7 17 9 31 24 88
Nisa 5 4 1 9 4 23
Total 12 21 10 40 28 111
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema fl-iskola primarja ta' Tal-Pieta' mhux se jitħallew jipparkjaw aktar fi spazju provdut lilhom u dan minħabba li l-awtoritajiet tas-saħħa mhux se jippermettu li dan isir? Jaħseb il-Ministru li dan se jkun ta' inkonvenjent anke minħabba li wħud minnhom huma facilitators u kindergarten assistants?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-deċiżjoni dwar il-parkeġġ għada qegħda tiġi diskussa.
Eżamijiet tal-MATSEC u SEC — Żbalji fil-karti ta' l-eżamijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti li fl-eżamijiet tas-SEC u l-Matsec, fost l-oħrajn fil-fiżika u l-matematika fil-livell SEC u fil-pure maths fil-livell tal-Matsec, li kien hemm siltiet li kienu barra mis-sillabu kif ukoll li kien hemm xi żbalji li wasslu sabiex il-karta, jew aħjar biċċiet minnha ma setgħetx tinħadem? Min ser jimmarka l-karti ser jagħti każ ta' dawn l-affarijiet hawn fuq imsemmija anke minħabba l-fatt li l-istudenti huma demoralizzati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn ġew investigati. Jirriżulta, fost l-oħrajn, li fil-Fiżika u l-Matematika fil-livell tas-SEC ma kienx hemm mistoqsijiet jew partijiet ta' mistoqsija li kienu barra mis-sillabi u lanqas ma kien hemm żbalji. L-istess jirriżulta fil-Matematika Pura fil-livell avvanzat, filwaqt li fil-livell intermedju kien hemm kontestazzjoni dwar il-validita ta' parti ta' mistoqsija fuq integration by substitution, li mhix eskluża mis-sillabu. Bħala regola kull bord ta' eżaminaturi jimxi fuq skema ta' l-immarkar imfassla minn qabel iżda jagħtu kas ukoll ta' tweġibiet mhux mistennija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx għalliem tat-Technical Design fil-Liċeo Vassalli tal-Ħandaq? Fin-nuqqas ta' dan l-għalliem, min qed igħallem dan is-suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola tal-Ħandaq - Liceo Vassalli hemm erba' għalliema tat-Technical Design u bħalissa ma hemm ebda nuqqas ta' għalliema fis-suġġett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6107 u cioe' billi saru diversi stqarrijiet min-naħa tal-Prim Ministru li diversi ħaddiema li ġew issensjati mill-azjendi u kumpanniji li kienu jaħdmu magħhom reġgħu ġew ingaġġati mill-istess ditti, jista' il-Ministru jagħti lista komprensiva - ditta b'ditta - ta' kemm issensjaw nies u kemm minnhom reġgħu ġew ingaġġati ma' l-istess kumpanniji bejn l-1 ta' April sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob lil Onorevoli Interpellant jispeċifika liema perjodu qed jirreferi għalih.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji f'Mejju 2004 u bl-etajiet - taħt it-30 sena u 'il fuq minn 30 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw wara li sfaw issensjati (redundants) f'Mejju 2004 maqsuma skond l-etajiet kien hekk :-
Sensji Taħt il-25 sena Minn 25 sena 'il fuq Total
Mejju 2004 60 123 183
MCAST — Studenti li qed isegwu kors ta' Electrical and Electronics Technician Diploma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif wieġeb l-istut tal-inġinerija tal-MCAST għall-ittra li ntbagħtet xahar ilu (14 ta' Mejju 2004) f'isem studenti li jattendu t-tielet sena tal-kors ta' l-Electrical and Electronics Technician Diploma ta' l-istess istitut u li kopja tagħha ntbagħtet lil diversi istituzzjonijiet u persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi koppja ta' l-ittra tal-Prinċipal ta' l-MCAST dwar il-każi.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qed tagħmel il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Meta daħlet taħdem u x'kien ix-xogħol oriġinali tagħha? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-ħlas u l-benefiċċji li din il-persuna qed tieħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari numru 4376 imwieġba fit-8 ta' Marzu, 2004, Seduta numru 108.
Jista’ il-Ministru jghid liema huma dawk l-għaqdiet eċċ. li għandhom il-kirjiet kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4713 u li ma għandhomx il-ħlasijiet tagħhom regolari? Meta ħallsu l-aħħar u kemm hija s-somma li trid titħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidhirli li din il-Mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni għaliex il-ħlas taċ-ċnus u kirjiet isiri lill-Kummisarju ta' l-Artijiet.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, f'dawn l-ahhar għaxar snin, mill-1994 sa din is-sena, fejn ġara li għaqda sportiva ma ħallsitx dak dovut minnha bħala kirja u għalhekk ma tħallietx tkompli tuża dawk il-faċilitajiet assenjati lilha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Isports ma kellu l-ebda post mikri minnu lill-Għaqdiet Sportivi. B'hekk ma kien hemm l-ebda kera dovuta.
Informat ukoll li hemm lista' ta' kredituri magħmula minn Għaqdiet Sportivi li sal-lum għadhom qed jagħmlu użu mill-faċilita' tal-Pixxina. Fil-futur hemm il-ħsieb illi Għaqdiet li għandhom kera dovuta jinżammu milli jidħlu.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta sabiex nipprovdi lill-Onorevoli Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjonji jista' jintuża aħjar.
It-tagħrif ta' dawn l-aħħar sentejn, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Issa li bdew l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' invigilators li jintużaw f'dawn l-eżamijiet? Jista' jgħid kemm minn dawn huma pensjonanti? Jista' jgħid ukoll kemm mit-total huma ex għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet fi 2004, uża madwar 400 invigilators fl-eżamijiet tal-MATSEC.
Madwar kwart minnhom huma persuni li għandhom iktar minn
60
sena. Ma tistax tingħata informazzjoni aktar preċiża dwar pensjonanti u
ex
-għalliema, minħabba li din l-informazzjoni bdiet tinġabar biss riċentament. Sa ftit taż-żmien ilu d-Dipartiment kien jiddistingwi biss bejn persuni li ġejjin mis-settur pubbliku u oħrajn mis-settur privat.
Jista' il-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata din is-sena lil dawk li jagħmluha ta' invigilators fl-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC? Kemm hemm li se jkunu l-ewwel darba li jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet din is-sena bħal fi snin imgħoddija, sejjaħ laqgħat għal dawk il-persuni li qed iservu kemm bħala supervisors u invigilators. F'dawn il-laqgħat ġew spjegati l-iktar punti importanti li wieħed għandu joqgħod attent għalihom meta iservi ta' supervisor jew invigilator. Tqassam ukoll ktejjeb li jispjega f'hiex jikkonsistu d-dmirijiet u r-responsabilitajiet ta' kull supervisor jew invigilator.
Din is-sena ġew użati madwar
45
persuna (minn total ta' madwar
400
invigilators, jiġifieri
11
fil-mija tat-total) li għamlu dan ix-xogħol għall-ewwel darba. Dawn tqassmu bejn
22
ċentru li fihom qed isiru l-eżamijiet tal-MATSEC.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu l-invigilators li jissorveljaw lill-istudenti li jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC? Kemm huwa stmat li l-Gvern se jħallas b'kollox għall-eżamijiet li qed isiru bħalissa? Kemm huwa l-ħlas kull siegħa?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.