Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23160 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Equipment and Furniture in School Vote

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 20231, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq equipment fil-playground space, skola skola, mill-1995 sas-sena 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22884 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22693 li oriġinarjament saret lil-Viċi Prim Ministru u ċioe jista' jgħid jekk żgħażagħ li huma illiterati u bla snajja', jew inkella semi-skilled jew li għandhom livell ta' edukazzjoni medju, hux qed jew hux ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-programm Leonardo hemm opportunitajiet għall-ħaddiema mill-postijiet tax-xogħol biex jieħdu sehem fi proġett ta' Mobility. Il-programm Leonardo ma jimponi ebda livell ta' kompetenza akkademika jew vokazzjonali.
Leg 9 PQ #22919 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola ta' Santa Venera

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-persuna li tgħallem l-IT fl-iskola sekondarja tas-subien ta' Santa Venera meta se tingħata l-opportunita' li tagħmel il-Conversion Diploma Course fil-Computer Studies Education fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Ċirkulari li ħarġet fit-22 ta' Mejju 2000, ref: OPS 4/2000, għalliema tas-Sekondarja ġew mitluba biex japplikaw biex jgħallmu s-suġġett "ICT Applications". Dawk li kienu se jiġu magħżula kienu ser jintbagħtu biex jagħmlu 'Conversion Diploma Course in Computer Studies' fl-Universita` ta' Malta. Sfortunatament għal din is-sejħa applikat persuna waħda li ma kinitx eliġibbli skond is-sejħa ta' l-imsemmija ċirkulari. Huwa maħsub li din iċ-ċirkulari terġa toħroġ din is-sena fejn fiha sejra tiġi mogħtija l-opportunita` biex l-għalliema fis-sekondarja jkunu jistgħu japplikaw.
Leg 9 PQ #22920 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 u 2001 s'issa kemm kien hemm diretturi li rtiraw bl-eta' mill-ħatra tagħhom fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Min kienu? Kemm minn dawn kien hemm li ngħataw estensjoni tas-servizz? Min kienu? Kemm minn dawn żammew il-poter li jonfqu mill-budget tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Min huma? Liema line items għandhom awtorizzazzjoni jonfqu minnhom? X'nefqiet għamlu minn dawn il-line items fis-sena 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Kien hemm żewġ diretturi li rtiraw bl-eta` mill-ħatra tagħhom fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn kienu Ms Carmelina Debono u Mr Joseph Sammut. Ħadd minnhom ma ingħata estensjoni tas-servizz u ħadd ma żamm il-poter li jonfoq mill-budget tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #22921 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Guidance/PSS Teachers

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 22514, jista' l-Ministru jgħid kemm-il guidance and PSS teachers attendew għal-laqgħa dwar is-sena Ewropea tal-Lingwi? Kien hemm mill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti? Jekk fl-affermattiv, kemm attendew minn dawn l-iskejjel? Min liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntbagħtet ċirkulari lill-iskejjel kollha, Statali, tal-Knisja u Indipendenti. Attendew 110 Guidance Teachers li numru minnhom jgħallmu wkoll il-PSE. 95 kienu mill-Iskejjel ta' l-istat. 16 kienu mill-Iskejjel tal-Knisja 1 minn Skola Indipendenti.
Leg 9 PQ #22958 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Casa Gaspe - Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-ħsieb li jitwaħħal lift ġewwa Casa Gaspe, fil-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għad-Dipartiment tal-Kultura fi Triq ir-Repubblika, Valletta, informat li l-lift ġie stallat u kummissjonat f'Settembru 2000.
Leg 9 PQ #23135 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm persuni marru fil-Mużewijiet f'Malta u f'Għawdex, wieħed wieħed, xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Tabella li turi kemm persuni żaru l-Mużewijiet f'Malta u Għawdex tul is-sena 2000, tas-siti kollha, xahar b'xahar, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni reġa` nfetaħ għall-pubbliku f'Awissu tas-sena 2000 filwaqt li l-Mużew tal-Gwerra kien magħluq għall-pubbliku matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju ta' l-istess sena.
Leg 9 PQ #23137 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Faċilitajiet sportivi — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet, kemm persuni/għaqdiet għamlu użu mis-servizzi f'dawn il-faċilitajiet sportivi, xahar b'xahar: (i) pixxina nazzjonali, Tal-Qroqq; u (b) kumpless sportiv tal-Marsa, faċilita' b'faċilita'?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar il-Pixxina Nazzjonali, Tal-Qroqq, għadha qed tinġabar. Informat li t-track ta' l-Atletika "Matthew Micallef St John" hija miftuħa għall-pubbliku. Sadanittant il-Clubs kollha ffiljati mal-MAAA jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom hemmhekk. Bosta skejjel privati, ta' l-istat u diversi għaqdiet oħra organizzaw l-Isports day ukoll. Matul is-sena 2000 ir-Rugby Association, il-Baseball Association, Gvern u Parastatali organizzaw il-leagues tagħhom fil-grounds l-oħra. Sadanittant Floriana F.C., Valletta F.C., Pieta' F.C. u Marsa F.C. għalu użu regolari għat-taħriġ tagħhom. Clubs u għaqdiet oħra għamlu użu mill-istess grounds. Sadanittant Malta. International Airport, Pieta' Hotspurs organizzaw tournaments ta' tlett ijiem fl-istess grounds. Skolasport jagħmlu użu ta' nofs ta' nhar sħiħ mill-kumpless kollu kull nhar ta' sibt. In-Netball Association u l-Gvern u Parastatali jorganizzaw leagues tan-Netball fil-courts tal-Marsa. Fil-Marsa ma jinżammux dettalji tal-partiċipazzjoni individwali jew in-numru tal-gruppi.
Leg 9 PQ #23144 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care — Ms Barbara Burkley

Question

Jaqbel l-Ministru li l-Universita' ta' Malta għandha tikkunsidra li tagħti xi ġieħ lil Ms Barbara Burkey li tat kontribut kbir u siewi lill-Institute of Health Care fi ħdan l-Universita' ta' Malta lil professjoni tan-nursing?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Institute of Health Care fi ħdan l-Universita` ta' Malta ta ġieh lil Ms Barbara Burkey għall-kontribut li tat bejn l-1988 - 1995, fi ħdan id-diviżjoni tan-Nursing. Dan sar meta ġie inawgurat 'Clinical Skills Laboratory' li ġie msemmi għaliha. Dan sar fis-26 ta' Ġunju 2000. L-inawgurazzjoni tal-'Barbara Burkey Clinical Skills Laboratory' sar f'serata fejn diversi proġetti ta' gradwati fil-livell Masters ġew ippreżentati. B'danakollu ser inġib din il-Mistoqsija u t-tweġiba għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Universita`.
Leg 9 PQ #23146 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-Żgħażagħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22858, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ser tingħata din l-għajnuna finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadha ma ġietx deċiża ġurnata meta ser tingħata din l-għajnuna.
Leg 9 PQ #23147 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Riżoluzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22859 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u ċioe' jista' jgħid kemm kienu talbu spejjeż marbutin mal-kuntratti nfushom, il-clubs u l-għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl-1997? Jista' jagħti l-figuri b'mod separat għal kull kuntratt li ġie ffirmat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-clubs u l-Għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl-1997 ma talbu ebda spejjeż għall-kuntratti nfushom. Fil-fatt il-clubs u l-Għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti ħallsu għall-kuntratti li ġew ippublikati minn Nutar privat. Il-ħlas li sar bejn kull klabb u Għaqda lin-Nutar kien fuq bażi individwali u personali bejn il-partijiet konċernati. Ma hemm ebda rekord ta' kemm kien kull ħlas għand il-Kunsill Malti għall-Isports.
Leg 9 PQ #21922 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għas-snin imsemmija hija kif ġej: Dipartiment 1997 1998 1999 Lm Lm Lm Ministeru ta' l-Edukazzjoi } Segretarjat Parlamentari } 364,610.00 197,235.00 204,250.00 Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni} Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1,657.00 241.00 214.00 Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji 8,671.00 9,554.16 10,293.94 Dipartiment tal-Mużewijiet 13,429.00 19,279.00 17,926.00 Dipartiment tal-Kultura 9,332.00 135.00 1,840.00 Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport 2,061.81 9,167.07 (bejn Jannar '98 u Ġunju '99)
Leg 9 PQ #22242 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Staff mhux Akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-istaff mhux akkademiċi ġewwa l-Universita' li marru fuq xi scholarship/kors jew żjarat barra minn Malta matul din is-sena? Fuq liema kors kull wieħed minnhom mar? Kemm hu t-tul ta' żmien? Jekk humiex marbutin b'xi kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2000 Ms Joanna Felice, Assistant Librarian ingħatat scholarship mill-Universita` ta' Malta. Din ingħatat scholarship fuq part-time basis (żjara ta' ġimgħatejn fl-Universita` ta' Wales kull sena fis-snin 2000, 2001, 2002) bil-kuntratt tas-soltu li kull impjegat ta' l-Universita` jiffirma meta jingħata scholarship. Mrs Felice qed issegwi kors li jwassal għall-M.Sc in Management of Library and Information Services. Mr Kevin Ellu, Assistant Librarian, żar l-Universita` ta' Amsterdan u l-Uffiċji ta' l-Eurydice ġewwa Brussel biex jipprepara għal miġja ta' l-istudenti ta' l-Erasmus li bdew iżuru Malta fuq is-Socrates/Erasmus Exchanges. Mr Christopher Camilleri, Executive Officer, beda perjodu bħala stagaire ġewwa s-Socrates, Youth & Leonardo Technical Assistance Office ta' Brussel. Is-Sur Camilleri ifirma kuntratt li jaħdem ma' l-Universita` ta' Malta wara l-istage ġewwa Brussel.
Leg 9 PQ #22767 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21549, jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet akkademiċi ġodda tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti? Fiex inħolqu dawn il-pożizzjonijiet? X'talba qed titpoġġa għal postijiet akkademiċi ġodda fis-sena 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nħolqu sitt postijiet akkademiċi ġodda tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija. Il-postijiet inħolqu fil-farmaċija prattika, fil-farmaċija farmacokimika u fil-farmaċeutika. It-talba hija għal tlett postijiet ġodda fis-sena 2001.
Leg 9 PQ #22809 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unviersita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21523, jista' l-Ministru jgħid il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jikkonfermax jekk il-prattiċi tal-laboratorji fil-kimika farmaċewtika twaqqfux kompletament? Kien hemm xi prattiċi tal-laboratorji oħra li twaqqfu? X'kienet in-nefqa fuq il-prattiċi fis-sena akkademika 1999-2000? X'intalab bħala nefqa fuq il-prattiċi għas-sena akkademika 2000-2001? X'taħriġ qed jieħdu l-istduenti fil-postijiet tax-xogħol? Fuq liema bażi jiġu magħżula n-nies li jagħtu dan it-taħriġ? Xi kwalifiċi għandhom dawn in-nies? Xi kwalifiċi għandhom ikollhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Prattiċi fil-klinika farmaċewtika qed jiġu reveduti u mmodernizzati. In-nefqa fuq il-prattiċi fis-sena 1999-2000 kienet dik ta' salarji u overheads. Saret ekonomija biex ma jsirx ħela u jintuża materjal li jista' jintuża mingħajr ma jinxtara materjal ġdid. In-nefqa għal laboratorji li ntalbet fis-sena 2001 hija ta' madwar Lm300,000. It-taħriġ huwa kemm jista' jkun possibli simili għax-xogħol li wieħed ikun jagħmel meta jigradwa. It-taħriġ fuq ix-xogħol li qed jieħdu l-istudenti tal-farmaċija huwa fl-industrija, fil-kommunita` u fl-isptarijiet u fil-laboratorji. In-nies li jagħtu dan it-taħriġ jiġu magħżula fuq il-bażi li jixtiequ jagħtu dan it-taħriġ u li huma jipprattikaw dak ix-xogħol fejn hu possibli. Il-kwalifiċi li normalment huma meħtieġa biex jagħmlu dan ix-xogħol hu li jkunu "Practitioners" jekk jista' jkun "Pharmacist practitioners" jiġifieri li jipprattikaw il-professjoni tagħhom, jekk jista' jkun bil-warrant ta' spiżjar.
Leg 9 PQ #22813 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21553, jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonfermax il-kap tad-dipartient tal-farmaċija illi erba' minn ħames visti kienu bħala stedina? Għaliex intalbu l-flus mingħand l-Academic Works Resources Fund għal dawn l-istedini? Fuq liema bażi intalbu flus lill-International Office u s-Socrates Offices? Jista' l-Kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont sħiħ tat-talbiet li ressaq u n-nefqa ta' kull żjara li għamel tul is-sena 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22830 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Statali — Tuckshops

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni, kumpanniji li qed imexxu t-tuckshops/canteens ta' l-iskejjel Statali ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista tal-persuni jew kumpaniji li qed imexxu t-Tuckshops fl-iskejjel statali ta' Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22831 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun - Skola Nuzzo

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi l-iskola sekondarja tal-bniet Nuzzo tal-Ħamrun ingħatat permess tmur għal tmien xhur l-Awstralja? Min ħareġ il-permress lil din it-tifla? Lil min intalbu l-permessi meħtieġa? Min talab il-permessi meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenta li dwarha qed issir il-Mistoqsija ġiet mogħtija l-permess peress li kienet ser takkompanja lil ommha l-Awstralja. Il-permess intalab mill-omm li għandha sew il-kura u l-kustodja legali kif ukoll il-'patria potestas' tat-tifla.
Leg 9 PQ #22881 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-board li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjara lill-għaqdiet sportivi? Dan il-board jiddeċiedi wkoll dwar għotjiet lill-għaqdiet mhux sportivi? Jista' jgħid jekk jinżammux minuti ta' dan il-board?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi iltaqa' darbtejn minn meta ġie mwaqqaf. Il-Bord jiddeċiedi biss fuq talbiet minn għaqdiet sportivi. Il-Bord regolarment iżomm il-minuti tal-laqgħat imsejjħa.
Leg 9 PQ #22976 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari nru. 22712 biex niġi provdut b'analiżi ta' kif dipartimenti u kumpaniji tal-gvern kellhom nies impjegati magħhom f'Ottubru 2000, u f'Novembru 2000, peress li skond it-tweġiba, f'Ottubru 2000 id-dipartiment ta' l-edukazzjoni kellu 3,228 raġel u 4,287 mara impjegati full-time miegħu, u f'Novembru 2000, fl-istess dipartiment kellu 2,886 raġel u 3,749 mara, jiġifieri f'xahar seħħ tnaqqis ta' 880 impjegat full-time, tista' jekk jgħoġbok tispjega r-raġunijiet għal dan t-tnaqqis sensazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-differenza li għamel referenza għaliha l-Onor. Membru, hija spjegata mill-fatt li waqt li fl-analiżi għax-xahar ta' Ottubru 2000, l-impjegati tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ġo Għawdex ġew inklużi fil-figuri għal Malta, fix-xahar ta' Novembru 2000, dawn l-impjegati kienu inklużi taħt il-figuri għal Għawdex.