Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Venda tal-karozzi tal-linja

Question

Tista' tittieħed deċiżjoni biex il-venda tal-karozzi tal-linja f'Pembroke titneħħa minn Triq Arnhem u titpoġġa quddiem il-Luxol Grounds u jinbnew kmamar biex ikunu jistgħu jinqdew ix-xufiera tal-linja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru xi diskussjonijiet bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali biex jinstab sit alternattiv għal dak li fil-preżent qed jintuża bħala venda.

Posta — Belt il-Ħażna

Question

Billi ġewwa Belt il-Ħażna, fejn kien hemm il-mechanic's store tal-Posta u li issa għadda fl-aħħar ġimgħa ta' April f'idejn l-uffiċċju tal-liċenzji, hemm makna tal-minerali li taħdem bid-dawl u li qed tieħu mingħand il-gvern, jista' l-Ministru jgħid meta twaħħlet, min ta l-permess, u min qaed jieħu l-profitt li jsir mill-bejgħ minn din il-makna? Din se tibqa' hemm għal dejjem?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din il-magna tal-minerali tqegħdet fil-post preżenti u ngħatat id-dawl meta il-Mechanic`s Stores kienu għadhom f`idejn il-Posta. Malli dawn l-istores ġew f`idejn id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet, sid din il-magna tal-minerali ġie avżat li l-provista tad-dawl li kienet qed tieħu mingħand il-Mechanic`s Stores kienet se tinqata`. Fil-fatt din il-provista ġiet maqtugħa.

Ministru tat-Trasport — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir min xi kumpannija privata jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta` tindif fl-uffiċċini tal-Ministeru u s-Servizzi Korporattivi bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-21 ta` Ġunju 1999 sar parti minn impjegati tal-Gvern u parti sar b`kuntratt minn kumpaniji privati kif ser ngħid: First Direct General Services Ltd (kuntratt li kien fis-seħħ qabel l-elezzjoni u li għalaq fl-4 ta` Diċembru 1998) Settembru 1998 Lm307 Ottubru 455 Novembru-Diċembru 502.50 TOTAL 1264.50 General Cleaners Co. Ltd. (Kuntratt li beda fis-7 ta` Diċembru 1998) Diċembru 1998 Lm94.50 Jannar 1999 103.50 Frar 103.52 Marzu 129.37 April 103.50 Mejju 127.50 TOTAL 773.69

Manikata — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq beħsiebu jiksi u x'toroq ġodda beħsiebu jagħmel fil-Manikata matul ix-xhur li fadal mill-1999? X'xogħlijiet simili se jsiru fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qiegħed isir xogħol ta` `formation` fit-triq l-Għabex Manikata u x-xogħolijiet oħra jsiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li ser jiġu stabilti mid-Dipartiment.

Xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi u/jew veikoli oħra xahar b'xahar, is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta u-jew veikoli oħra li nxtraw fil-perjodu ndikat huwa hekk: Xahar Vetturi Ġodda Vetturi 2nd Hand(Impurtati) 1998 1999 1998 1999 Jannar 736 8 154 152 Frar 705 9 112 160 Marzu 913 1340 176 169 April 1081 1087 172 211 Mejju 1116 1504 147 142 Ġunju 1036 1296 164 165 Lulju 1220 185 Awissu 1192 160 Settembru 926 134 Ottubru 1231 157 Novembru 1194 182 Diċembru 943 195

Raħal Ġdid — Toroq - tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jingħataw it-tarmac f'Raħal Ġdid mill-Gvern Ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq identifikati mill-Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq huma dawn li ġejjin. Ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment. Triq Anġelo Psaila Triq Ġdida fi Triq Ninu Cremona Triq Maria Addolorata BHALA RIKOSTRUZZJONI Triq Antoine de Paule Triq il-Belt Valletta Triq Ħal Tarxien Triq Raħal Ġdid Triq Santa Monika Triq Baċir Triq Gurbell Triq l-Isqof Buħaġiar Dawn it-toroq ikunu jistgħu jingħataw it-tarmac wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jkunu fil-post.

Port — Insurance għal ħaddiema

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 8680, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-PORT WORKERS PENSIONS AND COTINGENCY FUND COMMITTEE?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent il-membri tal-`Port Workers Pension Contingency Fund Committee` huma: Mr Emanuel L. Micallef - Chairman Mr Ronnie Fleri - Member (MMA representative) Mr John E. Sullivan - Member (Employers` representative) Mr Joseph Bowman - Member (Employers` representative) Mr Godwin Abela - Member (Contractors` representative) Mr Mario Bondin - Member (Representing Port Workers) Mr Ronnie Pellegrini - Member (Representing Port Workers) Mr Charles Mizzi - Member Mr Nazzareno Borg - Member Mr Francis Grima - Secretary

Pembroke — Triq Misraħ il-Fortizza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li f'Pembroke tinbena Triq Misraħ il-Fortizza li issa ilha pendenti għal aktar minn erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fis-sajf ta` l-1996 kien ingħata kuntratt mid-Dipartiment tat-Toroq biex din it-triq tkun asfaltata, iżda peress li nstabu ħafna `cables` tat-telefons fil-wiċċ ix-xogħol ma setax isir. Qabel ma jsir ix-xogħol meħtieġ fuq dawn il-`cables`, ix-xogħol fuq it-triq imsemmija ma jistax jibda.

Luqa — Ħal Farruġ - Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jiġu rranġati t-toroq madwar il-blokki tal-flats f'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol huwa wieħed ta` `resurfacing` li normalment isir mill-Kunsill Lokali.

Luqa — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li tibda tipprovdi servizz tat-trasport f'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-inħawi ta` Ħal Farruġ diġa huma moqdijin bis-servizz tar-Rotta 35. Barra minn hekk il-karozzi tal-linja li jitilqu minn Ħal Luqa lejn il-Belt filgħodu (Rotta 37) qed jgħaddu mill-istess inħawi.

Wied il-Għajn — Pelican crossing

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se ssir il-pelikan crossing fil-bypass ta' Wied il-Għajn li hija triq arterjali fejn din tiltaqa' ma' Triq San Ġużepp jew fil-viċinanzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel xogħol neċessarju sabiex isir `survey` u pjanti biex issir il-`Pelican Crossing`.

Santa Venera — Tiswiija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq l-Imħallef Ġuże' Flores, Santa Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq l-Imħallef Ġuże Flores hija waħda mit-toroq li ngħatat kuntratt għalihom biex jiġu asfaltati u x-xogħol wasal biex jinbeda mill-kuntrattur.

Delimara — Fanal

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat jinsab il-Fanal ta' Delimara? Jista' jgħid jekk dan il-post għandux, fil-preżent, xi forma ta' sorveljanza? Jekk le, hemm xi ħsieb li dan jiġi pprovdut biex jevita iktar vandaliżmu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-fanal ta` Delimara huwa mgħammar b`apparat awtomatiku u għalhekk m`hemmx għalfejn ikun hemm ħaddiema permanenti. Uffiċjali ta` l-Awtorita` Marittima regolarment jissorveljaw dan il-fanal. L-Awtorita` Marittima kienet għamlet studju dwar kif jista` jsir użu aħjar mill-fanal ta` Delimara u fil-fatt għad hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex il-fanal jiġi rinovat.
Leg 9 PQ #9049 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Attard — Notabile Road - Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għal deċiżjoni li s-siġar li kien hemm fir-roundabout f'Notabile Road, Attard, "quddiem il-pompa tal-petrol" li tqaċtu minflok ġew maqlugħa u miżruha post ieħor?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kien talab id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura biex jieħu ħsieb li s-siġar fis-`central strip` jitneħħew. Id-deċiżjoni dwar x`għandu jsir minn dawn is-siġar ittieħdet mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura.

Żabbar — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-pelican crossings fil-Bypass ta' Wied il-Għajn f'Ħaż-Żabbar, liema crossing kien approvat mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku s-sena l-oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari Nru. 8866.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda fit-triq, xahar b'xahar minn Settembru 1998 'l hawn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` vetturi li ħarġu ġodda fit-triq xahar b`xahar minn Settembru 1998 `l hawn, huwa kif ġej: Settembru 926 Ottubru 1,231 Novembru 1,194 Diċembru 943 Jannar 887 Frar 992 Marzu 1,340 April 1,087 Mejju 1,504 Dan jindika total ta` 10,104 meta mqabbel ma total ta` 8,541 għax-xhur Settembru 1997 sa Mejju 1998 jew inkella żieda ta` 18.3%.

Marsa — Triq Qormi - Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu pelican lights fiż-zebra crossing ta' Triq Qormi, il-Marsa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma jidhirx li hemm bżonn li ż-żebra crossing li hemm f`Qormi Road issir `Pelican Lights`.

Ministeru għat-Trasport — Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza? Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda Nru. 4259, jien infurmat li n-nefqa totali f`petrol u diesel għall-użu tal-Ministeru għal perjodu Frar-Ġunju 1999 hija Lm1598. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba li tagħmel paragun ma infieq f`diesel u petrol ta` karozzi ta` diretturi u chairpersons fid-dekasteru ta` dan il-Ministeru f`perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta` qabel.

Manoel Island — Link road

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tiswa l-link road li se tinbena minn Manoel Island sa Regional Road?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li l-proġett għall-bini tal-`link road` għadu qiegħed jissawwar, għalissa ma tistax tingħata din l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Manoel Island — Xogħlijiet

Question

Billi jridu jinqalgħu diversi toroq ġewwa l-Gżira biex jitwassal xi servizz neċessarju infrastrutturali biex ikun jista' jsir ix-xogħol fuq Manoel Island u Tigne', jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol huwiex se jitħallas minn min se jingħata l-proġett jew mill-poplu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li l-mistoqsija parlamentari tikkonċerna t-tqegħid ta` servizzi l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.