Peress li r-residenti f'Montana, Wied il-Bużbież, Landrijiet, l/o Rabat għandhom talba pendenti għal bozza ġdida fl-inħawi imsemmija, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova din t-talba mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Dipartiment tal-Kompetizzjoni Ġusta — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kompetizzjoni Ġusta? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi kien hemm trasferiment ta` impjegati mill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta. Dan sar minhabba l-esigenzi tas-servizz. Jekk fil-futur il-htigijiet ta` l-Ufficcju jitolbu li jkun hemm trasferimenti ta` haddiema, allura dawn isiru.
Peress li f'diversi inħawi fejn hemm il-ġonna fl-Imtarfa hemm ħafna bozoz maqtugħa, u naturalment qed jikkawżaw inkonvenjent lir-residenti ta' l-Imtarfa, jista'l-Ministru jawtorizza lid-dipartimenti responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet ħalli jagħmlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-bozoz li ghalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, u li jinsabu fil-gonna ta` l-Imtarfa, ma jaqghux taht ir-responsabbilta` tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jara li tiġi mdawwla Triq il-Preistorja, ix-Xemxija, u t-toroq residenzjali fl-inħawi? Peress li hemm residenti li ilhom jistennew li tiddawwal din it-triq aktar minn sitt snin, jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga u jirrimedja bl-aprovazzjonijiet neċessarji sabiex din it-triq tiddawwal mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba maghmula mill-Onorevoli Interpellant qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu fil-baċir numru 1, il-vapur li hemm bħalissa? Jista' jgħid kemm bejn wieħed u ieħor jonqsu sabiex joħroġ mill-baċir?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-vapur li hemm fil-Bacir Numru 1 dahal fil-bacir fis-7 ta` Jannar ta` din is-sena. Bhalissa ghad hemm xi xoghol li ghadu sejjer u hu ppjanat jitlesta sa l-ahhar ta` din il-gimgha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Gozo Channel? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma sar ebda trasferiment ta` haddiema fil-Kumpanija Gozo Channel. Fil-futur, trasferimenti jsiru jekk l-ezigenzi tal-Kumpanija jitolbu dan.
Jista'l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl-Imtarfa fil-mument? Kemm minnhom saru ġodda u x'ġara mir-riservaturi tas-servizzi? X'manutenzjoni saritilhom mid-dipartimenti konċernati matul l-1998 u 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ma ghandhiex informazzjoni dwar gibjuni fl-Imtarfa. Madanakollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita` tad-Djar, meta ftit taz-zmien ilu kienet qed tizviluppa dan il-post, ghamlet survey tal-gibjuni li hemm hemmhekk.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-arranġament li għamlet l-Enemalta mal-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar rigward numru ta' bozoz fi Triq is-Santwarju u jekk hux minnu li minkejja li l-Enemalta wegħdet li tixtri lampi u twaħħalhom dan ma kienx onorat?
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha sa l-aħħar ta' din is-sena l-
Enemalta biex issaħħaħ is-sistemi tad-distribuzzjoni ta' l-enerġija elettrika? X'xogħol se jsir fuq id-distribution centre tal-Marsa f'dawn il-pjani?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ghal din is-sena, il-Korporazzjoni Enemalta ghandha diversi pjani biex is-sistemi tad-distribuzzjoni ta` l-energija elettrika jissahhu. Fost dawn il-pjani ta` min isemmi:
a) il-bidu ta` mina bejn il-Marsa u Delimara
b) hrug ta` offerta biex isir cable iehor ta` 33 KV bejn Malta u Ghawdex
c) tkabbir ta` zewg transformers minn 15MVA ghal 22MVA fic-centru tad-distribuzzjoni ta` Hal Tarxien
d) xiri ta` art biex jinbnew progetti sabiex isiru zewg centri godda tad-distribuzzjoni, wiehed ghall-Belt Valletta u l-iehor ghal Marsascala biex tissahhah is-sistema tal-11 KV f`din il-parti ta` Malta
e) xoghol ta` preparazzjoni ghall-hrug ta` offerti biex jitkompla c-centru tad-distribuzzjoni tal-Mosta li bhala bini jinsab fi stadju avvanzat
f) tkomplija ta` cable gdid bejn ic-centru tad-distribuzzjoni tal-Marsa u s-Siggiewi
g) bdil tas-switchgear fis-substation tal-Warda, fil-Qrendi
h) cables godda ghal Pembroke mic-centru tad-distribuzzjoni ta` Paceville
i) tkomplija ta` tishih tas-sistema tal-11KV f`Tas-Sliema
j) tkomplija tal-progett biex jitnehhew parti mill-linji tal-11KV minn San Pawl il-Bahar u jinbidlu f`sistema taht l-art
k) tqeghid ta` cable biex tissahhah il-provvista f`Belt is-Sebh, il-Qasam tad-Djar tal-Floriana u parti mill-Isptar San Luqa
l) progett sabiex jitnehhew linji tal-11KV u jinbidlu f`cable taht l-art bejn ix-Xghajra u Haz-Zabbar
m) tqeghid ta` cable tal-11KV biex tissahhah il-provvista f`Santa Lucija, Hal Ghaxaq, il-Gudja, fiz-zoni tas-Sellem u Santa Marija Estate fil-Mellieha, fil-Qasam Industrijali tal-Marsa, fil-Kottonera in vista tal-progett tal-Cottonera Waterfront u fil-Qasam Industrijali ta` Ricasoli.
Huwa l-hsieb tal-Korporazzjoni li matul din is-sena, jitlestew diversi substations f`Malta u Ghawdex, pero` dan jiddependi minn diversi fatturi.
Tajjeb jinghad ukoll li nbeda x-xoghol fuq progett biex tissahhah il-provvista ta` l-elettriku ghall-kumpanija ST Microelectronics. Dan ix-xoghol ghandu jwassal biex jitwaqqaf centru tad-distribuzzjoni f`Hal Kirkop.
Il-pjani msemmija ma jaffettwawx ic-centru tad-distribuzzjoni tal-Marsa hlief ghal tqeghid ta`
B'riferenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' "The Malta Independent" tal-Ħamis, 3 ta' Frar, 2000 paġna Nru.1, fejn ġie allegat li numru ta' klieb ġew abbandunati f'diversi lokalitajiet f'Malta fosthom Xgħajra, Żonqor f'Wied il-Għajn u Ħal Far u li fosthom kien hemm ġriewi li ġew mifruda minn ommhom u li dan sar fuq ordni ta' uffiċjal għoli fil-Malta Shipbuilding, jista' l-management jinvestiga dan ir-rapport?
Billi fl-istess rapport intqal li qabel dawn il-klieb kienu jieħdu ħsiebhom l-istess ħaddiema tal-Malta Shipbuilding u li dawn ma tħallewx aktar jibqgħu jittimawhom, jista' l-management jispjega kif dawn il-klieb kienu qed itellfu f'dan il-post tax-xogħol tant li allegatament inħarġet ordni biex jiġu abbandunati f'diversi postijiet f'Malta bil-konsegwenza li wħud minnhom spiċċaw maqtula bruttalment b'tiri ta' arma tan-nar?
Jekk il-popolazzjoni tal-klieb fil-Malta Shipbuilding tant kibret, għaliex ma ntalbitx l-għajnuna ta' xi għaqda favur l-annimali biex in-numru ta' klieb jitnaqqas mingħajr moħqrija jew jiġu neutered?
Billi dak li sar jammonta għal moħqrija ta' l-annimali u riklam ħażin għal Malta Shipbuilding, jista' jiġi ddentifikat minn ħa din id-deċiżjoni, min ta l-ordni, min esegwiha u jittieħdu passi għax skond il-liġijiet ta' pajjiżna, moħqrija ta' l-annimali hi ksur tal-liġi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 13774, li kienet titratta l-istess materja, waqt is-Seduta numru 240.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-fabbriki li għalqu minn Settembru 1998 sal-lum? Liema huma dawk il-fabbriki li naqqsu n-nies, kemm f'kull każ, minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Settembru 1998 u Jannar 2000, kien hemm tmien fabbriki li waqqfu l-operat taghhom. Mill-banda l-ohra, matul l-istess perjodu, fethu hdax-il fabbrika gdida.
Minhabb d-dispozizzjonijiet dwar kunfidenzjalita` kontemplati fl-Att dwar l-Izvilupp Industrijali, mhux possibbli li jinghata t-taghrif dwar ismijiet ta` fabbriki.
Dwar l-ahhar parti tal-Mistoqsija, nissuggerixxi li din issir lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta Freeport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma sarx trasferimenti ta` haddiema fil-Malta Freeport. Jekk fil-futur ikun hemm htiega li jsiru trasferimenti minhabba l-interessi ta` l-azjenda, allura dawn isiru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tat-Tarzna? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol isemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi saru 14-il trasferiment fit-Tarzna ta` Malta. Dan ic-caqlieq sar minhabba struttura gdida fl-azjenda, promozzjonijiet, ragunijiet medici u mili ta` vakanzi. F`azjenda bhalma hija t-Tarzna ta` Malta dejjem jista` jkun hemm lok ghal trasferimenti ghar-ragunijiet li semmejt.
Jista' l-Ministru jivverifika għaliex, minkejja diversi talbiet, il-ħsara li hemm f'telephone number 441259 (fuq isem Gauci) għadha ma ssewwietx? Jista' jassigura li t-tiswija ssir?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mir-rekords tal-maltacom jirrizulta li n-numru tat-telefon in kwistjoni kien irrapurtat li hu bil-hsara fl-20 ta` jannar 2000, u meta saru t-testijiet mehtiega permezz tal-`line test system` instab li fil-fatt ma kienx hemm hsara. L-ufficjal inkarigat ipprova jaghmel kuntatt mal-klijenta biex jinfurmaha b`dan, pero`, ma rnexxilux ghaliex meta cempel fuq in-numru irrapurtat bil-hsara ma kienx hemm twegiba u l-klijenta ma hallietx `contact number` iehor meta rrapurtat il-hsara. Ghalhekk min-naha tal-Maltacom il-kaz gie maghluq.
Wara li fid-9 ta` dax-xahar il-kaz kien riferut lill-Maltacom, `lines technician` mill-Exchange ta` Birkirkara rega` fetah il-kaz u ghal darb`ohra ma nstabet ebda hsara. Id-dar tal-klijenta ma kien hemm hadd u thallitilha nota biex tikkuntattja lill-ufficcju biex ikun jista` jsir appuntament halli jsiru testijiet mill-master switch il-gewwa.
Sadanittant, il-klijenta, proprju dakinhar stess, marret personalment fl-Ufficcju Centrali tal-Maltacom fil-Marsa u sa dakinhar wara nofsinhar it-telefon kien qed jahdem tajjeb, tant li l-Public Affairs Executive tal-Kumpanija tkellem mal-klijenta li min-naha taghha kkonfermatlu li ma kienx fadlilha problemi.