Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4155 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2310 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei, u jagħti u n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Nitolbu jagħti informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti li ilhom jistennew: Bejn 3 u sitt xhur; bejn 7 u 12-il xahar; bejn 13 u 24 xahar; bejn 25 u 36 xahar; u aktar minn 36 xahar.

Response (FARRUGIA, GODFREY)

B’referenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 2310 u 1068, in-numru ta’ interventi maqsumin skont id-dipartiment u x-xhur ta’ stennija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4156 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Għoti ta' mediċini — pjanijiet għal rifużjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' rifużjoni għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X’konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4157 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 69 u jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Medicines Entitlement Unit (MEU) joffri diversi servizzi sabiex jipprovdi aċċess effiċjenti lill-pazjenti li japplikaw għall-intitolament ta’ mediċini b’xejn skont il-liġi tal-Ħames Skeda ta’ l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Art 23. L-MEU huwa miftuħ għall-pubbliku it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn 7.30 – 14.30, fejn l-individwu jista’ jiddeċiedi li jħalli l-applikazzjoni l-MEU u din tiġi proċessata u mibgħuta direttament bil-posta. Persuna tista’ tagħżel ukoll li tibqa tistenna u tingħata servizz dirett u immedjat fil-ġurnata. Meta mhux miftuħ għall-pubbliku, l-applikazjonijiet jistgħu jitħallew fil-kaxxa postali tal-MEU. Ta’ kuljum l-applikazzjonijiet jaslu wkoll minn diversi entitajiet, bħal sptarijiet u polikliniċi, permezz tal-posta jew messaġġier. Bħala parti mill-wegħda elettorali dwar nuqqas ta’ burokrazija wara li l-proċess ġie analizzat, beda jiġi implimentat. Għalhekk riċentament ġie ntrodott servizz ġdid fejn konsulent jew delegat awtorizzat minnu jista japplika direttament permezz tal-applikazzjoni PDF disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għas-Saħħa. L-applikazzjoni mimlija tiġi mibgħuta direttament l-MEU permezz tal-posta eletronika fejn ta’ kuljum jiġu kkonfermati u pproċessati minn persuna professjonali fil-ġurnata. Dan is-servizz ġie ntrodott sabiex iħejji u jirrifletti iktar is-sistema tal-IT li ser tiġi ntrodotta fi żmien qarib. L-MEU joffri wkoll servizz ta’ customer care permezz tat-telefon li disponibbli għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 7.30 u 14.30 jew tal-posta elettronika fuq schedulev.mfh@gov.mt
Leg 12 PQ #4415 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tnaqqis jew hux ippjanat li jkun hemm xi tnaqqis mill-Budget approvat (kemm dak rikorrenti kif ukoll dak kapitali) għall-2013 għal kull dipartiment, fondazzjoni u/jew entità oħra fid-dekasteru tiegħu? Għal kull każ ta' fejn kien jew hu ppjanat li jkun hemm dan it-tnaqqis, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' minn fejn sar jew se jsir dan it-tnaqqis, u ta' kemm se jkun?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis fl-ispiża rikorrenti hu ta: Tnaqqis mill-Budget 2013 6203 Foundation for Medical Services € 50,000 6282 Occupational Health & Safety Authority € 100,000 6803 Office of the Commissioner for Mental Health € 10,000 Rigward l-ippjanar ta’ tnaqqis ieħor mill- budget tal-2013, dan jaqa taħt il-kompetenza tal-Ministru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #4417 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Diviżjoni tas-Saħħa — diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati għall-post ta’ diretturi fid-Diviżjoni tas-Saħħa li l-interviews tagħhom saru diġà?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onorevoli Membru għandu jkun infurmat li r-riżultati li qed jirreferi għalihom ma joħorġux minn dan il-Ministeru iżda mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #4418 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini out-of-stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Ghaldaqstant, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-pożizzjoni tal-istess stokk fil-213-l ispiżerija fil-Kommunita li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC]. Barraminhekk, mhux bilfors li l-mediċina out of stock tkun nieqsa mill-ispiżeriji kollha fl-istess ħin -- f’dan ix-xenarju l-POYC Unit jgħamel dak kollu possibbli biex jittrasferixxi dik il-mediċina partikolari minn spiżerija fl-Iskema tal-POYC għall-oħra sabiex il-pazjent jkun jista jinqedgħa. Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa. Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-mediċini li attwalment kienu out of stock matul dan il-perijodu.
Leg 12 PQ #4459 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Secretaries gradwati — impjieg

Question

Peress li f’Novembru 2012 iggradwaw 19-il student mill-MCAST bħala medical secretaries, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta hu intiż li jimpjega dawn il-gradwati fil-qasam tas-saħħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ medical secretaries isir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, dment li jkun hemm approvazzjoni mill-partijiet kollha kkonċernati. Infurmat ukoll li dawn kienu oriġinarjament ġew inklużi fil- Capacity Building tal-gvern preċedenti li sar mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u kura fil-Komunita fl-2012, u kienu tneħħew mill- Capacity Building tal-amministrazzjoni ta’qabel dan. Minħabba f’hekk il-gvern ta’qabel ma daħħalhomx bħala ( line item) fil-Budget 2013.
Leg 12 PQ #1334 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — xiri ta' software

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm sewa kull software fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħand liema kumpaniji nxtara u kemm tħallas f’manutenzjoni għalih għal dawn l-aħħar sitt snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, in-nefqa ta’ kull software ta’ dawn l-aħħar sitt snin li tammonta għas-somma ta: Nefqa kapitali: €12,434,958.00 Nefqa fuq Manutenzjoni: €12,839,543.00
Leg 12 PQ #2667 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Provvista ta’ mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw mediċini matul is-sena 2012? Jista' jgħid min kienu dawk l-operaturi li fornew il-mediċini matul l-istess sena, u kemm kien l-ammont dovut lil kull kumpanija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li xiri totali tal-mediċinali, equipment u servizzi relatati li nxtraw matul is-sena 2012 kienet ta wieħed u tmenien miljun, seba mija u tletin elf, ħamsa u għoxrin ewro, u ħamsa u erbgħajn ċenteżmi ( €81,730,025.450). Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal-operaturi li fornew il-mediċina u servizzi relatati mal-kura tal-pazjenti matul l-imsemmija sena. L-ammont dovut sal-31 ta’ Dicembru 2012 lil dawn l-operaturi kien ta’tlieta u għoxrin miljun, seba mija u tlettax il-elf , erba mija u erba u ħamsin ewro (€23,713,445).
Leg 12 PQ #3813 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Operat tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għall-operat tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u ċjoè jekk hux veru li se tinqasam f’żewġ partijiet? Jekk fl-affermattiv, jista’ jispjega xi proċeduri se jintużaw u jekk dawn l-istess proċeduri humiex skont guidelines internazzjonali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi l-operat kurrenti tal-Emerġenza jinqasam fi tlett sezzjonijiet li jiddependu fuq triage tal-pazjenti li jattendu dan id-dipartiment. Dan isir biex tingħata l-attenzjoni meħtieġa lil kulħadd skond l-urġenza medika tal-każ. Il-proċess li biħ il-pazjenti jiġu ammessi għal ġos-swali fl-isptar minn ġod-dipartiment tal-Emerġenza, qiegħed ikun diskuss mad-dipartimenti l-oħra sabiex jitħaffeff il-proċess kemm jista jkun, mingħajr ma jpoġġi il-pazjent fl-ebda riskju. Ukoll id-dipartiment tal-Emerġenza qiegħed jaddotta numru ta’ linji gwida mediċi internazzjonali sabiex dejjem jittejjeb is-servizz tiegħu. Irrid insemmi wkoll lis-sistema tat-triage qiegħda fil-proċess li tinbidel, fuq linji internazzjonali, sabiex id-dipartiment jintuża aħjar, kif wkoll ikun ta’ benefiċċju akbar għall-pazjenti li jattendu.
Leg 12 PQ #3814 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar tal-Onkoloġija – bed capacity

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-bed capacity tal-Isptar tal-Onkoloġija se tiżdied u jekk fl-affermattiv kemm se jkun in-numru ta’ sodod li se jkun hemm f’dan l-isptar? X’se jkun l-impatt, kemm finanzjarju u kemm amministrattiv, peress li dan hu proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea? X’se jkun l-impatt fuq iż-żmien ta’ meta hu maħsub li jibda jopera dan iċ-ċentru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ sodod inpatient ġewwa l-Isptar tal-Onkoloġija żdied minn 74 għall 87. In-numru ta’ sodod daycare żdied minn 22 għall 26. Il-bed capacity tal-Isptar tal-Onkoloġija għalhekk ser ikun ta’ 113. Din iż-żieda mhux mistennija li tħalli xi impatt finanzjarju u amministrattiv sinifikanti. L-ispiża ta’ €54 miljun (inkluż 18% VAT) hekk kif oriġinarjament proġettata għal dan il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea mhix ser tinqabeż. Din iż-żieda fil bed capacity mhux mistennija li jkollha impatt fuq iż-żmien ta’ meta huwa maħsub li jibda jopera dan iċ-ċentru.
Leg 12 PQ #3815 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għas-Saħħa fuq fuel matul ix-xhur ta’ April u Mejju 2013 f’kull sezzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3816 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – użu ta’ pompi tal-petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-pompi tal-petrol li qed jintużaw mill-Ministeru għas-Saħħa sabiex jimlew il-vetturi tal-istess Ministeru bil-fuel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3817 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Settur tas-Saħħa — Impjegati barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati barranin jaħdmu fis-settur tas-saħħa f’kull professjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 562-il impjegat barrani jaħdem mal-Ministeru għas-Saħħa: 266 fil-professjonijiet tal-infermera u qwiebel, 262 fil-professjoni medika, 16 fil-professjonijiet alleati mal-kura tas-saħħa, 8 fi gradi xjentifiċi, 6 paramedic aides, 2 dental technicians u 2 medical physicists.
Leg 12 PQ #3818 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill tal-Infermiera — Applikazzjonijiet pendenti minn nurses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn nurses barranin u Maltin quddiem il-Kunsill tal-Infermiera sabiex tinħarġilhom il-liċenzja professjonali? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa quddiem il-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel hemm pendenti 11-il applikazzjoni, sottomessa minn applikanti Maltin u 29 applikazzjoni, sottomessi minn applikanti barranin. Numru minn dawn l-applikazzjonijiet diġa ġew proċessati. Il-Kunsill qed jistenna aktar informazzjoni mingħand dawk l-applikanti, li ma’tawx l-informazzjoni kollha meħtieġa biex anki l-applikazzjoni tagħhom tkun tista’ tiġi proċessata. L-aktar applikazzjoni pendenti Maltin tmur lura għal April 2013, filwaqt li fost dawk barranin tmur lura għal Mejju 2013.
Leg 12 PQ #3905 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Spiża kurrenti għal kura tal-ażma

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1065 u 2549, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża kurrenti fis-sena li jonfoq il-Ministeru għas-Saħħa għal kura tal-ażma? Jista’ jagħti breakdown ta’ din in-nefqa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ispiża għall-kura tal-ażma għall-perjodu Jannar sa Diċembru 2012 kienet tlaħħaq is-somma ta’miljun, seba mija ħamsa u sebgħajn elf, sitt mija u erbgħa u sittien ewro (€1,757,664). Pagi Sptar Mater Dei €291,244 Mediċina Sptar Mater Dei €1,391,420 Konsulenti Sptar Mater Dei €75,000 Total €1,757,664
Leg 12 PQ #3906 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa u l-Isptar Mater Dei – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-operat tal-Isptar Mater Dei u/jew fil-Ministeru għas-Saħħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija mhuwiex impjegat tal-Isptar Mater Dei u għaldaqstant l-Isptar mhux f’pożizzjoni li jagħti l-kummenti tiegħu.
Leg 12 PQ #3907 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Advanced Pharmacy Practitioners — appointments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments tal-Advanced Pharmacy Practitioners li r-riżultat tal-interviews għalihom ħareġ fit-22 ta’ Frar 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba l-approvazzjoni tal-ħatriet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, għaldaqstant il-mistqosija trid issir lill-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #4039 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Studenti tal-mediċina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bħalissa jistudjaw il-mediċina? Kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li studenti jistudjaw il-mediċina jifformaw parti mill-Università ta’ Malta, u għaldaqstant nistieden l-Onorevoli Membru biex jqiegħed il-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Leg 12 PQ #4040 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tobba impjegati mal-Gvern Malti u kemm hawn tobba jaħdmu Malta, inkluż fil-privat? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mal-Gvern ta’ Malta hemm 1038-il tabib jaħdem. Minn dawn, 132 huma barranin, u 906 huma Maltin. Barra minn hekk, 615 huma rġiel u 423 huma nisa. M’għandniex informazzjoni dwar kemm hemm tobba jaħdmu mal-Privat.