Residenza San Vinċenz de Paul – Management Committee
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Management Committee tar-Residenza San Vinċenz de Paul flimkien mar-rwol ta’ Kap Eżekuttiv issotitwewx xi strutturi oħra ta’ management li kienu fis-seħħ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ta’ Tmexxija li appunta dan il-Gvern fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma ssostitwixxa ebda struttura oħra ta’ maniġment. Madankollu nħasset il-ħtieġa li din l-istruttura tiġi msaħħa peress li ma kinitx biżżejjed għall-kobor ta’ din ir-residenza li tilqa’ fiha mal-1,200 resident/a u kważi l-istess ammont ta’ impjegati. Kien proprju għalhekk li dan il-Gvern mill-ewwel ġimgħat tiegħu fit-tmexxija ra urġenza li jsaħħaħ din l-istruttura ta’ maniġment u f’qasir żmien ħatar Kumitat ta’ Tmexxija biex jitjieb l-operat tar-Residenza bil-għan li nwasslu kura aħjar lill-anzjani tagħna.
Ministeru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu allegat każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni li jingħata?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti li qed jaħdmu fuq l-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali? Kemm qed jitħallsu biex jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Yana Mintoff Bland hija l-persuna li qed taħdem bħalha konsulenta fuq l-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Bħalha ħlas qed titħallas skala tas-salarju 3 pro-rata skond in-numru ta’ sigħat u linja tal-mowbajl u ADSL residenzjali sa massimu ta €815.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegata
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġiet impjegata fil-Ministeru tagħha? Jekk iva, tista' tgħid x'inhuma r-rwol u r-responsabiltajiet li għandha? X’inhuma l-kwalifiċi u l-esperjenza li għandha biex taqdi din il-funzjoni? X’pakkett ta’ salarju u perkaċċi għandha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-persuna kkonċernata huwa li tikkordina attivitajiet marbuta mal-qasam soċjali organizzati mill-Ministeru jew l-entitajiet li jaqghu tahtu. Ir-responsabiltajiet tagħha huma li tippjana, torganizza u tassisti fil-ħidma organizattiva ta’ dawn l-attivitajiet.. Il-persuna msemmiija għandha esperjenza organizzattiva biżżejjed biex tkun fdata bix-xogħol li qed jingħatala minn dan il-Ministeru.
Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji tal-impjegati ġodda kollha li daħlu fil-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) inklużi dawk li jaħdmu fi tliet aġenziji li huma s-Sapport, l-Appoġġ u s-Sedqa, mid-9 ta Marzu ’l hawn? Tista' tgħid x'inhu l-grad tagħhom, il-kwalifiċi tagħhom u kemm qed jirċievu remunerazzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm intefqu flus s’issa fuq l-istrateġija kontra l-faqar inkluż il-ħlas ta’ konsulenti, loġistika għall-attivitajiet, ħlas lill-orkestri u nfiq ieħor? Tista’ tagħti breakdown tan-nefqa kif saret?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4957 u tgħid kemm saru transfers għad-day u mid-day centres tal-anzjani minn wara l-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Fejn intbagħat kull ħaddiem trasferit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section - overtime
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4959, tista’ l-Ministru tgħid kemm sar overtime xahar b’xahar minn kull ħaddiem fl-Active Ageing Section (dik li qabel kienet l-Entertainment Section) tar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-elezzjoni ’l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull impjegat li għamel l-overtime?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4960 u tgħid kemm ġew approvati każijiet ta’ home help min wara l-elezzjoni ’l hawn, skont kull raħal f’ Malta u Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4961 u tgħid kemm ġew approvati sigħat ta’ home help mill-elezzjoni 'l hawn u jekk bediex jingħata dan is-servizzi u telenka l-informazzjoni skont ir-raħal tal-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ sigħat ta’ home help li ġew approvati mill-elezzjoni ‘l hawn u beda jingħata s-servizz jammonta għal 396 siegħa. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sigħat allokati skont il-lokalità.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4944 u tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4945 u tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema li tirrigwarda l-pensjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – baġit approvat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5141, tista’ l-Ministru tgħid jekk hi bħala Ministru hijhiex informata kif ġie mnaqqas il-baġit tal-Ministeru tagħha? X’kienet ir-raġuni wara dan it-tnaqqis? B’kemm tnaqqas il-baġit bħala ammont totali u bħala persentaġġ? Liema huma (numru u isem) il-line items li tnaqqsu? X’konsegwenzi se jkollu dan it-tnaqqis fuq il-ħidma tal-Ministeru tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex qed tħallas l-ammont ġust fuq il-kera tar-residenza tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali tad-dħul tal-konjuġi kkonċernati jammonta għal-€32,409,60. Dan l-ammont jinkludi wkoll l-għaxra (10%) fil-mija tad-dħul tal-wild. Peress li din il-familja qabżet d-dħul ta’ € 19,274 mhijiex intitolata għall-ebda sussidju fuq il-kera. Għaldaqstant il-kera li din il familja hija obbligata li tħallas hija ta’ €1,327.74, ċjoè €331.94 kull tlett xhur. Mitluba wkoll sabiex iħallsu €163.06 fis-sena tal-partijiet il-komuni.
Tista’ l-Ministru tara li jiġi revedut il-benefiċċju soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li taħseb li hemm xi żball?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tas-sinjura reġa' ġie rivedut u instab li huwa maħdum tajjeb.
Il-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-miktub.
Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi trasferita minn dar tal-anzjani għal oħra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna inkwistjoni trid timla l-applikazzjoni ta’ rilokazzjoni biex ikun jista’ jsir tali trasferiment. Il-persuna ħa titbagħtilha il-formula b’email.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha ommha residenti f’Casa Arkati fuq l-iskema tal-Gvern u minkejja li ilha hemm sentejn u nofs minn Jannar, qegħdin jitolbuha ħlas addizzjonali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna ġiet ikkuntattjata u l-każ tagħha qiegħed jiġi investigat.