Legislature:
Category:
Reset
Active:

Twelid — Użu ħażin minn sustanzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa matul dawn l-aħħar 10 snin li kienu ommijiet u li jew kienu tqal u kienu qed jagħmlu użu ħażin minn sustanzi, sena b'sena u kategorija, kategorija? Kemm kien hemm nisa tqal li waqt it-tqala tagħhom kienu taħt programm ta' riabilitazzjoni? Kemm twieldu tfal minn dawn in-nies fil-perjodu msemmi? Irriżultaw xi diffikultajiet fit-tfal mat-twelid b'konsegwenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għada qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Reġistrar Għax-Xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pensuni jirreġistraw għax xogħol li għandhom degree u/ jew post-graduate degree ta' l-Universita'? Kemm ilhom jirreġistraw u x'degree għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li f'Ottubru 2000 kellhom degree jew post graduate degree u kienu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol. It-tabella turi wkoll kemm kienu ilhom jirreġistraw.

SVPR — Swali - Refurbishment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-refurbishment tas-swali F7/8 u MS/6 tal-Kumpless San Vinċenz de Paule? Min kienu l-kuntrattur jew kuntratturi li wettqu dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għar-refurbishment tal-Wards F 7/8 u M 5/6 fil-Kumpless San Vinċenz de Paule hi kif ġej: F 7/8 - Lm16,959.51 M 5/6 - Lm24,125.48 Diversi suppliers ipprovdew il-materjal filwaqt li ħafna mix-xogħol sar mill-ħaddiema ta' San Vinċenz stess.

Impjiegi — Gradwati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' gradwati jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jaqsamhom skond id-degree tagħhom u f'nisa w irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni dwar persuni gradwati li kienu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 2000.

Home Help — Rikonsiderazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra l-każ ta' anzjana li għandha 73 sena u għadha kif għamlet operazzjoni serja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li talbet għall-Home Help u ġiet irrifjutata? Jista' l-każ tagħha jerġa' jiġi nvestigat peress li huwa każ ġenwin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani irċieva l-applikazzjoni mingħand il-persuna kkonċernata f'Ottubru u sarilha l-assessment minn Social Worker. Il-pass li jmiss huwa li l-każ jiġi riferut lill-Bord tal-Allokazzjoni biex jiddetermina jingħatax servizz jew le.

Overtime

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Impjiegi — Reklamar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 20357 dwar permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-kampi parastatali, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra t-tweġiba peress li skond risposti parlamentari ta' Ministri oħra dawn il-figuri ma jaqblux? Fil-fatt il-figuri huma ferm għola milli dawk mogħtija.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Servizzi Soċjali — Uffiċċji

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21764, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex l-area offices tad-dipartiment tas-servizzi soċjali li m'humiex aċċessibbli jsir ix-xogħol meħtieġ fihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru ser jagħmel studju biex jiġi determinat liema mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, li preżentement mhumiex aċċessibbli, jistgħu possibilment isiru aċċessibbli u x-xogħol u l-ispiża meħtieġa biex dan isir.

Direct Orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta li kien ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5127 ta' l-10 ta' Marzu 1999.

Housing Authority

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Housing Authority minn Settembru 1998 sal-lum? Min liema lokalita' ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sas-6 ta' Diċembru 2000 daħlu sitt impjegati ma' l-Awtorita' tad-Djar. Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: San Ġwann Kappara Tarxien Żurrieq Kalkara Qormi

UE

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu jew naqsu nies li kienu jirċievu l-pensjonijiet ta' l-eta' u sickness allowance sena sena mill-1995 sal-lum u bħala total? Kemm kien hemm benefiċċji ġodda għall-istess benefiċjarji fil-perijodu indikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

SVPR — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum, x'bidliet kien hemm fil-policy dwar il-flus li jinżammu mid-dħul tal-pensjoni u depożiti fil-bank ta' l-anzjani li joqogħdu fl-Isptar San Vinċenz? Mill-anzjani ta' San Vinċenz x'ġabar il-gvern fl-1999, fis-sema 2000 u kemm huwa stmat li se jiġbor fis-sena 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Koperattiva għat-Trobbija tal-Majjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi rrakkmandat li jittieħdu l-Koperattiva għat-Trobbija tal-Majjali ma' dawk il-produtturi li ma laħqux il-kwota tal-majjali? X'passi fil-fatt ittieħdu? Kien hemm xi każ fejn il-koperattiva mmultat xi produttur u l-ministru ried li tinħafer din il-multa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM) għandha l-policy tagħha fejn timmulta lil dawk il-produtturi li joqtlu anqas jew aktar mill-kwota ta' majjal li għandhom stabbilita. Kien hemm ta' l-anqas każ wieħed fejn il-KIM ma mmultatx produttur għax il-kumitat ta' tmexxija deherlu li kien każ ġenwin. Kien hemm imbagħad każ ieħor fejn produttur ressaq talba quddiem il-Bord tal-Koperattivi għaliex allega li ġie mmultat talli ma ħax majjal għal qatla fid-data meta suppost kellu l-booking. Il-Bord tal-Koperattivi fid-deċiżjoni tiegħu, iddeċieda li dan il-każ kien żball ġenwin min-naħa tal-produttur u għalhekk il-Bord ordna lill-Koperattiva biex tirrifondi l-multa lill-produttur. Bis-setgħat mogħtija lilu bil-liġi (Artikolu 109 ta' l-Att 26 ta' l-1978) il-Ministru kkonferma d-deċiżjoni tal-Bord.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex l-armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament miin din il-mistoqsija ilha ma tirċievi l-pensjoni tagħha? Tista' din l-anzjana tiġi avżata personalment dwar ir-raġuni għal dan id-dewmien u jinstab rimedju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex b'mod kunfidenzjali jgħaddi aktar informazzjoni dwar il-persuna kkonċernata. Skond n-numru ta' identifikazzjoni mogħti, l-persuna qatt ma rċeviet pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.