Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2888 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li japprova l-overtime, dipartiment, dipartiment fid-dipartimenti kollha li jaqgħtu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-`overtime' jiġi approvat mid-Diretturi fid-diversi Direttorati li għalihom huma responsabbli. Fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern, l-`overtime' jiġi approvat mid-Direttur għas-Servizzi Korporattivi. Fil-każ tan-`nurses', `health assistants' u `hospital auxiliaries', l-`overtime' jiġi approvat mid-`Departmental Nursing Manager', pero' f'każ ta' xi emerġenza jiġi approvat min-`Nursing Officer in Charge' mis-sala u wara jiġi kkonfermat mid-`Departmental Nursing Manager'.
Leg 9 PQ #2889 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Amministrattur Mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jitbagħat separtament ġiet appuntata Amministrattur Mediku fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna li qed isemmi l-Onor. Interpellant kopriet lill-Amministratur Mediku ta' l-Isptar San Luqa li kien jinsab fuq `leave'. Ninsab infurmat li dan l-arranġament intuża wkoll meta l-Onor. Interpellant kien il-Ministru responsabbli għas-Saħħa.
Leg 9 PQ #2871 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Sleep laboratory

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz ta' l-isleep laboratory fl-isptarijiet governattivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-offerti li daħlu wara l-pubblikazzjoni tat-tender għas-Sleep Laboratory għadhom qed jiġu kkunsidrati. Għalhekk id-Dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni jgħid meta ser jibda jingħata dan is-servizz.
Leg 9 PQ #2872 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Lift vans

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans? Għal kemm-il lift van kienet it-tender? F'liema stadju waslet din it-tender? Meta mistennija jaslu l-lift vans il-ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans saret fis-26 ta' Ġunju 1998 u għalqed fit-23 ta' Lulju 1998. It-tender kienet saret għal sitt lift vans. L-ebda offerta mit-tlieta mitfugħa ma kienet skond il-bżonnijiet tad-Dipartiment u għalhekk ġew irrifjutati kollha. Id-Dipartiment qed jagħmel il-preparamenti sabiex jixtri lift vans `second-hand' mill-Ingilterra kif kien ġa talab f'Mejju tal-1997 liema talba ma kienetx ġiet aċċettata mill-MInisteru tal-Finanzi dakinhar.
Leg 9 PQ #2874 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trasferimenti ta' l-infermiera

Question

Billi fid-dibattitu tal-budget fuq is-saħħa nhar it-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 intqal illi t-transfers tan-nurses jingħataw u hija responsabbilta' għalihom id-Direttriċi tan-nurses, jista' l-Ministru jgħid, grad grad, fid-Dipartiment kollu tas-Saħħa min hu nkarigat li jagħti u jerfa' ir-responsabbilta' tat-transfers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħal ma tennejt fit-tweġibiet oħra, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #2883 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid hijiex l-intenzjoni tiegħu li jibgħat membri mill-minsteru jagħmlu żjarat għall-għarrieda fis-satra tal-lejl lin-nurses u t-tobba li jkunu xogħol kif kien isir b'mod regolari fi żmien il-gvern preċedenti? Jista' l-Ministru jgħid hijiex il-politika tiegħu li jħalli l-istrutturi diġa' eżistenti jikkontrollaw u jagħmlu sorveljanza fuq membri ta' dawn iż-żewġ professjonijiet u mhux ikun hemm idħil minn membri tal-ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-isptarijiet u l-professjonijiet għandhom l-istrutturi maniġerjali tagħhom u dawn l-istrutturi għandhom jiġu msaħħa u mhux injorati. Il-policy tiegħi hi li f'kull livell il-kontroll u s-sorveljanza jiġu eżerċitati minn dawk li huma appuntati biex jagħmlu dan bil-poteri kollha li tagħtihom il-job description u l-istruttura maniġerjali nfisha. L-attitudni tal-gvern preċedenti dwar din il-materja wasslet biex fl-istrutturi maniġerjali jidħlu d-demotivazzjoni u l-apatija.
Leg 9 PQ #2884 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Direttur tan-Nursing Services

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk id-Direttur tan-Nursing Services hijiex qed tiltaqa' b'mod regolari ma' membri ta' din il-professjoni li jkunu jixtiequ jiltaqgħu magħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttur tan-Nursing qegħda tiltaqa' ma'membri ta' din il-professjoni kull nhar ta' Ħamis filgħodu. Sa issa, diġa' ġew aktar minn erbgħin impjegat sabiex iressqu xi ilmenti jew suġġerimenti, minbarra numru akbar ta' membri li ġew sabiex jitkellmu fi ġranet oħra apparti nhar ta' Ħamis.
Leg 9 PQ #2885 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Professional Unit - Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħed overtime xahar b'xahar minn Awissu 1998 sa Novembru 1998 fil-Professional Unit? Min jawtorizza li l-ħaddiema fil-Professional Unit jitilqu ta' spiss minn fuq il-post tax-xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Professorial Unit. It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija - xejn. Dwar it-tieni mistoqsija - fix-xogħol tagħhom dawn l-impjegati jkollhom joħorġu mill-uffiċċju biex jitkellmu mad-diversi Konsulenti u tobba. Irrid ngħid li ma kien hemm l-ebda tibdil f'dak li qed jagħmlu dawn l-impjegati u dak li qed jagħmlu issa kienu wkoll jagħmluh qabel il-5 ta' Settembru 1998.
Leg 9 PQ #2886 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Principal Health Inspector

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif persuna li ħadet promozzjoni b'mod speċifiku biex taħdem f'Għawdex ġiet trasferita lejn Malta filwaqt li l-post tagħha dak ta' Principal Health Inspector f'Għawdex huwa issa vakanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna li qiegħed jirreferi għalija l-Onor. Interpellant fid-domanda tiegħu ġiet trasferita għal Malta a bażi tal-parir preliminari tal-Ombudsman bid-data 26 ta' Awissu 1998, li ġiet komunikata lil dan id-Dipartiment fil-wieħed u tletin ta' Awissu 1998. Nikkonferma li l-post ta' Spettur Prinċipali tas-Saħħa f'Għawdex issa huwa vakanti.
Leg 9 PQ #2887 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Watchmen/gatekeepers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gatekeepers u/jew watchmen jaħdmu fiċ-ċimiterji tal-gvern? X'inhuma l-ħinijiet tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ħadd mill-impjegati fiċ-ċimiterji tal-Gvern ma għandu l-grad ta' gatekeeper jew watchman. Ninforma wkoll li tmien (8) persuni minn diversi gradi differenti jaħdmu bħala gatekeepers matul il-ġurnata waqt li tmien (8) persuni minn diversi gradi differenti jaħdmu bħala watchmen matul il-lejl. Il-ħinijiet li jaħdmu dawn il-ħaddiema bħala gatekeepers u watchmen huma: _____________________________________ Gatekeepers 6.30am sas-1.10pm 7.00am sas-2.00pm 7.00am sal-5.00pm _____________________________________ Watchmen 5.00pm sas-7.00am _____________________________________
Leg 9 PQ #1953 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Chairman

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid min hu bħalissa ċ-Chairman ta' l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Isptar ħatar internament ad hoc Hospital Management Team biex ikun jista' jkompli bix-xogħol tiegħu. L-Acting Superintendent u Direttur Kliniku ta' l-Isptar, għandu l-inkarigu ta' Chairman ta' dan il-Management Team.
Leg 9 PQ #2140 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema fil-mammography unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-mammography unit? Xi training għandhom dawn in-nies? Jekk għandhom training speċjalizzat, kemm dam dan it-training?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Mammography Unit hemm 3 Radjoloġisti u 10 Radjografisti. Mit-tliet konsulenti fuq imsemmija, tnejn irċevew it-training bażiku tagħhom waqt l-istudju postgraduate li għamlu, waqt li l-ieħor għamel snin itwal jaħdem f'dan ix-xogħol u għalhekk għandu esperjenza iżjed vasta. L-għaxar radiographers imsemmija kollha għandhom basic training fl-iscreening tal-mammography. Meta inġieb l-apparat, dawn l-għaxra ngħataw kors ta' training speċjali u ngħataw ċertifikati relattivi li attendew dan il-kors b'suċċess. Irid jingħad li dawn l-impjegati kollha huma mmonitorjati kontinwament u jeżistu quality controls biex jiggarantixxu servizz tajjeb. Ta' min ifakkar li dan l-apparat sofistikat (li nġieb fl-1995) jillokalizza anki ``foci ta'cancer'' żgħar ħafna, u għalhekk hu importanti li n-nies li jaħdmu f'din is-sezzjoni jgħarrfu dawn il-leżjonijiet anki f'dan iċ-ċokon, waqt li mill-banda l-oħra ma jirrapportawx riżultati foloz jew skorretti.
Leg 9 PQ #2273 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Paramedic aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il bord kienu ż-żewġ persuni li tressqu l-qorti in konnessjoni mal-kwestjoni tal-paramedic aides? Minn min kienu nominati għal dawn il-karigi?X'rimunerazzjoni kellhom għax-xogħol li kienu jwettqu? Ir-rimunerazzjoni li kienu jieħdu, jekk kienu jieħdu, kienet skond l-ordni li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-1997 li ħadd mill-impjegati fis-segretarjati tal-Ministri ma jista' jirċievi remunerazzjoni għal xogħol li jwettqu f'bordijiet jew kumitati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Miż-żewġ persuni i tressqu l-Qorti nkonessjoni mal-kwestjoni tal-paramedic aides, is-Sur Martin Sultana kien fuq il-kumitat ta' l-Isptar Zammit Clapp. Mhux magħruf min kien innominah għal din il-kariga. Is-Sur Sultana kellu renumerazzjoni ta' Lm1000 fis-sena għal xogħol li kien iwettaq. Is-Sur Sultana kien iservi ukoll bħala Registrar tan-Nursing and Midwifery Board mill-ex-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja. Prima facie r-renumerazzjoni tas-Sur Martin Sultana ma kienx skond l-ordni li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-1997. Il-persuna l-oħra s-Sur F. Ripard kienet fuq il-Boards: Nursing and Midwifery Board, Hospital Management Committee St. Luke's Hospital u Mental Health Reform Commission. Dan ma kien jirċievi l-ebda renumerazzjoni. Kien ġie nominat għal dawn il-karigi mill-ex-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.
Leg 9 PQ #2290 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Refurbishment

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 847, jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern Laburista fuq refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' gvern Laburista, sena b'sena, u kemm beħsiebu jalloka fondi l-Gvern Nazzjonalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 intefqu Lm943,229.59 fuq ir-Refurbishment tal-Isptar San Luqa. Għas-sena li ġejja ġew ivvutati Lm250,000.
Leg 9 PQ #2306 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-perjodu 1 ta' Novembru 1998 sat- 30 ta' Novembru 1998, id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ta' kuntratt wieħed għal għamara ta' uffiċini, dak għall-imwejjed "L" 'shaped'. 1. Il-persuni li għamlu l-'award' kienu l-Prinċipal ta' l-Accounts(għal min kienet l-għamara) u l-Assistent Direttur (Amministrazzjoni). 2. Intalbu 4 'quotations' mingħand il-kumpaniji Melco, BIM, Invicta u Bezzina. 3. Il-kwotazzjonijiet riċevuti kienu:- BIM Ltd - Lm202.75 Melco - Lm223.00 Invicta - Lm314.00 4. Rebaħ il-kuntratt ta' l-irħas aġent:- Lm202.75 kull wieħed Total:Lm405.50 5. Ma ngħatawx estensjonijiet fuq il-kuntratt oriġinali. 6. Nil 7. NIL Ma ngħataw ebda kuntratti għal għamara ta' uffiċini mid-dipartiment tas-Saħħa fl-istess perjodu.
Leg 9 PQ #2395 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Xiri ta' ophtalmic angiography machine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender għal xiri ta' ophthalmic angiography machine u jekk fin-negattiv meta beħsiebu jagħmel dan, peress li hemm lista konsiderevoli ta' pazjenti li qed jistennew din l-investigazzjoni tant importanti għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment qed jieħu l-passi neċessarji sabiex jinxtara apparat ġdid.
Leg 9 PQ #2397 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema kategorija huma? F'liema sptarijiet qed jaħdmu? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' Nurses li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa jammonta 1156. Dawn in-nurses huma mqassmin kif jidher hawn taħt: Grad Irġiel Nisa ___________________________________________ Airport Health Office Enrolled Nurse 4 - Boffa Hospital Departmental Nursing Manager 1 - Deputy Nursing Officer 2 4 Enrolled Nurse 20 28 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 4 4 Staff Nurse 3 8 Head Office Director Nursing Services - 1 Nursing Officer 1 - Health Infor. Systems Enrolled Nurse 1 1 Staff Nurse - 4 Health Policy & Planning Deputy Nursing Officer 1 - Institute of Health Care Enrolled Nurse 1 - Enrolled Nurse - 1 Nursing Officer - 3 Staff Nurse - 10 Mount Carmel Hospital Departmental Nursing Manager 3 - Deputy Nursing Officer 4 5 Enrolled Nurse 80 64 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 10 7 Staff Nurse 8 19 Primary Health Care Manager Nursing Services 1 - Deputy Nursing Officer 1 5 Enrolled Nurse 16 59 Nursing Officer 5 4 Staff Nurse 5 39 Public Health Staff Nurse - 1 St. Luke's Hospital Departmental Nursing Manager 3 4 Deputy Nursing Officer 34 20 Enrolled Nurse 122 187 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 33 17 Staff Nurse 85 205 Tal-Ferħa Enrolled Nurse 1 3 Nursing Officer 1 -
Leg 9 PQ #2400 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptarijiet San Luqa u Karen Grech, fl-operating theatres rispettivi tagħhom, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa Operating Theatre huma:- Sena Surgical/Orthopaedic E & A Endoscopy __________________________________________________ ____ 1988 9921 515 720 1989 / / / 1990 7774 655 3588 1991 7001 565 3797 1992 7999 333 4469 1993 7754 493 4237 1994 7561 457 3783 __________________________________________________ ______ Operazzjonijiet li saru fl-Isptar Karin Grech Operating Theatre huma: Sena Gynae/Maternity ENT Ophthalmic Fairyland __________________________________________________ __________ 1988 3266 1731 1814 154 1989 / / / / 1990 3765 1634 1490 643 1991 3909 962 1513 628 1992 4878 1545 1457 701 1993 4738 1638 1646 673 1994 4283 1678 1536 692 __________________________________________________ ___________ Jidher li r-records ta' l-1989 ġew spustati, u għalhekk il-figuri ma jistgħux jingħataw għalissa. Dawn jiġu mogħtija appena jinstabu. Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech saru 22,037 operazzjoni matul l-1995, 22,708 operazzjoni matul l-1996, 23,316 operazzjoni matul l-1997, u 16,502 operazzjoni minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #2405 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Dipartiment ta' l-Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew invistati nies fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nies invistati fid-Dipartiment tal-Out Patients, tal-Isptar San Luqa f'dawn l-aħħar għaxar snin hu hekk: Sena Każi Ġodda Follow-ups ________________________________________________ 1988 87,704 254,493 1989 - - 1990 95,777 237,413 1991 85,811 227,233 1992 77,434 234,785 1993 78,393 240,156 1994 80,034 245,957 1995 80,708 234,103 1996 83,292 254,378 1997 75,493 244,958 1998 56,262 185,036 (sa l-aħħar ta' Settembru) __________________________________________________ Ir-records għas-sena 1989 għadhom qed jinġabru.
Leg 9 PQ #2760 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Air Malta — Saħħa tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-vetturi li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani u t-terminal qed jikkaġunaw irritazzjoni fl-għajnejn u sogħla fil-ħaddiema ta' l-Air Malta minħabba emission qawwija ta' fumes? Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema qed isoffru minn dawn l-effetti u jekk id-Dipartiment tas-Saħħa talabx biex tinfetaħ investigazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li f'dawn l-aħħar sitt xhur ma kien hemmx ħaddiema ta' l-Air Malta li ġew irreferuti l-Airport Health Office minħabba irritazzjoni fl-għajnejn jew sogħla, b'konsegwenza ta' ħruġ qawwi ta' foga jew fwar mill-vetturi li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani u t-terminal. B'rispett nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant illi din il-materja taqa' taħt il-kumpanija Air Malta u tajjeb, jekk jixtieq, jitlob aktar tagħrif mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi.