Jista' l-Ministru jserraħ ras ir-residenti ta' Testaferrata Street, Ta' Xbiex, kif ukoll in-negozjanti li għandhom negozji ġo dik it-triq, illi Testaferrata Street se tibqa' two-way b'karozzi li jkunu liberalment jistgħu jgħaddu u jidħlu mill-Imsida u mill-Gżira kif jgħaddu llum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-mument, il-Board għall-Kontroll tat-Traffiku m`għandu ebda ħsieb li jibdel is-sistema tat-traffiku fi Triq Testaferata, Ta` Xbiex, minn dik li teżisti llum.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7178 u b'riferenza għall-mistoqsija supplimentari tiegħi verbali li saret fis-Seduta Nru. 127 tat-22 ta' Ġunju, 1999 li l-Ministru rrisponda fis-sens li se jara x'jista' jsir biex il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ma joħroġx flus biex Triq Lapsi u Triq il-Kbira jingħataw it-tarmac mill-ġdid, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt x'kienet il-konklużjoni finali dwar min se jħallas l-ispejjeż biex it-toroq imsemmija jingħataw tarmac mill-ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol ta` asfaltar fi Triq Lapsi tlesta u ser jitħallas mid-Dipartiment tat-Toroq.
Jien infurmat ukoll li `l quddiem, il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment jaraw x`jista` jsir dwar Triq il-Kbira.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9158, minħabba li l-art in kwestjoni ilha li ġiet esproprjata aktar minn 25 sena ilu u filwaqt li napprezza li x-xogħol isir skond il-prioritajiet tad-dipartiment, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti indikazzjoni meta se jibda x-xogħol minħabba li r-residenti tat-triq huma inkwetati għax spiss ikun hemm inċidenti tat-traffiku u minħabba li l-ħajt li qiegħed f'kondizzjoni ħażina ħafna issa beda jaqa' u għaldaqstant huwa ta' periklu għal min jgħaddi minn hemm?
Jista' l-Ministru jordna lid-direttur tat-toroq biex jirranġa l-ftit metri li fadal mhux asfaltati fi Triq Lia, Żabbar?
Billi d-direttur tat-toroq ġie miegħi personali u jaf xi straġi jkun hemm f'din it-triq meta tagħmel ftit xita, jista' fl-aħħar jieħu passi biex din it-triq issir qabel ix-xitwa?
Billi anki l-Ministru jaf bil-problema ta' din it-triq, ma jaħsibx li mhux ġust li jibqa' ma jsir xejn, filwaqt li d-deputati tad-distrett jibqgħu jaqilgħu it-tgħajjir dwar din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sejħa għall-offerti ħarġet u qed tiġi aġġudikata biex ix-xogħol ikun jista` jitwettaq.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata kisja diċenti, issa li reġa' wasal l-istaġun tax-xitwa, Triq Louis Schikluna fil-Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi jkun jista jitlesta wara li jiġu stabiliti l-prijoritajiet tad-Dipartiment tat-Toroq, u wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha huma fil-post.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi t-triq il-ġdida li hija ppjanata li tgħaqqad ir-Regional Road ma' l-area ta' quddiem il-ġnien tal-Gżira, kif se jkun jista' jgħaddi t-traffiku mit-toroq ta' madwar, turi liema toroq se jsiru one-way, turi kif se jgħaddi l-flow tat-traffiku u liema se jsiru two-way?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li s-sistema tat-traffiku f`dawn it-toroq għadha qed tiġi kkunsidrata u eventwalment għad trid tkun mifthema mal-Kunsilli Lokali responsabbli mit-toroq effettwati, għad m`hemmx pjanti finaliżżati biżejjed biex jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Ġiljan — Triq Dragonara - Traffic Control Board
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7665, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ġiex konsultat dwar it-talba u d-deċiżjoni tal-pulizija u tad-Direttur tat-Toroq? Jekk il-kunsill lokali ġie konsultat, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-parir jew ir-rakkomandazzjoni tal-kunsill lokali msemmi? U jekk il-kunsill ma' ġiex konsultat, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta` tat-Toroq u kien qabel li l-`flow` tat-traffiku f`din it-triq isir `two way` bi prova.
Sa llum is-sistema għadha qegħda taħdem u d-Dipartiment ma` rċieva l-ebda talba biex is-sistema tinbidel.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi sabiex Triq Tamburin, fiż-Żejtun tiġi rranġata? Jista' jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li din issir billi jagħti target date ta' meta din se ssir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta` d-Dipartiment. Dan sintendi meta t-twittija u l-bini tal-bażi tat-triq ikunu saru sew minn min għandu l-propjeta tħares fuq din it-triq kif ukoll wara li jiġi żgurat li t-triq fiha s-servizzi kollha fil-post.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8792 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern ċentali wasal biex jasfalta ġewwa l-lokalita' tal-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq li l-Gvern ċentrali ser jasfalta fil-Marsa qed jiġu ddentifikati mid-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali. Naturalment, dawn ix-xogħolijiet isiru skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment kif ukoll jekk is-servizzi kollha huma diġa fil-post.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2518, jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol indikat se jibda, speċjalment minħabba li kif inhi t-triq bħalissa hija ta' periklu u spiss ikun hemm inċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-art inkwestjoni diġa ġiet esproprijata u se tidħol fil-pjanijiet, sintendi x-xogħol isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li ssir barrier f'kurva ħdejn l-impjant ta' riċiklaġġ fil-Bypass ta' Wied il-Għajn, peress li f'dan il-post jidher li s-sewwieqa spiss jitilfu il-kontroll tal-karozza tant li fi żmien ġimgħat hemm tliet postijiet ta' ħabtiet differenti fi spazju żgħir fil-ħitan li hemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment qed jieħu passi biex jitwaħħlu `crash barriers` fil-post imsemmi. Sfortunatament inċidenti bħal dawn indikati mill-Onor. Interpellant jiriżultaw minħabba ppjanar ħażin fil-mument tal-kostruzzjoni tat-toroq. Bħalissa d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprova jidentifika partijiet simili għal dan indikat biex il-periklu jkun jista` jitneħħa.
Ġentilment nixtieq inkun naf il-pożizzjonni tal-Ministeru u ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku rigward il-liberalizzazzjoni li suppost tibda mis-sena elfejn?
Nixtieq inkun informat ukoll jekk hux se tingħata ukoll xi tip ta' protezzjoni lill-coach operators diġa' eżistenti u li għamlu investiment qawwi billi xtraw coaches ġodda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ftehim li kien sar bejn l-Awtaorita`
dwar it-Trasport Pubbliku u l-`Unscheduled Bus Service (UBS)
fl-1994, is-settur tal-`coaches` kellu jkun liberaliżżat b`mod
sħiħ b`seħħ mill-1 ta` Jannar 1998. F`Diċembru ta` l-1997 sar
qbil bil-fomm bejn l-Awtorita` u l-operaturi tal-`coaches`, li
x-xogħol li jsir minnhom ikun liberaliżżat b`seħħ immedjat,
tant li lejlet il-Milied kien pubblikat Avviż Legali għal dan
l-iskop, filwaqt li l-liberaliżżazzjoni sħiħa tas-settur tkun
posposta sa l-1 ta` Jannar 2000.
Il-Gvern jemmen li l-ftehim isiru biex jinżammu għalkemm dejjem jibqa` jkun hemm lok għal diskussjoni jekk jinqalgħu problemi.
Jista' l-Ministru jara li tinfetaħ parti minn Triq Redeemer, f'Ħaż-Żabbar liema parti hi ta' periklu għat-traffiku u iktar għal pedestrians barra li qed iċċaħħad l-użu ta' garaxx, proprju f'kantuniera ma' Triq it-Tut?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi saret parti biss min Triq Fossa tal-Qamħ fiż-Żejtun u ma saritx kollha, u fil-każ meta se ssir il-kumplament ta' din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mhux qed isir mid-Dipartiment tat-Toroq.
Peress li Triq San George, San Pawl il-Baħar, ilha maqlugħa xhur u naturalment qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex isiru immedjatament ix-xogħlijiet pendenti f'din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-dipartiment tat-Toroq kellu jistenna aktar minn normal biex din it-triq tkun tista titlesta minħabba problemi ta` `wash outs` mill-W.S.C. li minħabba fihom ma` setax isir ix-xogħol ta` `connections` għad-djar. Wara li dawn il-problemi ġew solvuti x-xogħol l-ieħor tkompla, u fil-fatt it-triq diġa nfetħet.