Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitħallsu lura l-flus ta' ċittadini Maltin u Għawdxin li rreġistraw l-ispiri tagħhom u ħallsu l-Lm100 bħala proċedura? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li wara li saru l-ispezzjonijiet fuq l-ispieri biex jigi ccertifikat li dawn tasew kienu antiki, jigifieri registrati qabel l-1955, dawk il-mitt lira li bhala procedura kienu thallsu fuq dawn l-ispieri se jibdew jinghataw lura.
Fil-fatt diga` kien hemm min ircieva l-imsemmi ammont. Hu mahsub li fi zmien ftit xhur ohra l-flus kollha dovuti jkunu thallsu.
Jista'l-Ministru jgħid meta se jieħdu l-ħatra dawk li għaddew mill-interview għall-senior administrators mal-Maltapost? Kemm għaddew? Kemm minn dawk li weħlu appellaw minn din id-deċiżjoni? Minn min kien iffurmat il-bord ta' l-appell? Meta se tingħata d-deċiżjoni ta' dan il-bord?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sa llum ma inghatat ebda hatra fil-grad ta` Senior Administrator. Il-hatriet f`dan il-grad mistennija jinghataw wara li l-Bord ta` l-Appelli johrog id-decizjonijiet tieghu.
Minn 183 applikant, ghaddew 56, waqt li 43 appellaw.
Il-Bord ta` l-Appelli kien iffurmat mic-Chairman tal-Maltapost, is-Sur Frank R. Dimech bhala Chairman u mill-membri s-Sinjura Paula Ganado u Dottor Joseph P. Farrugia, it-tnejn Diretturi tal-Maltapost.
Peress li l-process ta` l-appelli ghadu ghaddej, id-decizjoni tal-Bord ta` l-Appelli ghad trid tinghata.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed issir il-maintenance ta' Villa Portelli?
Peress li hu magħruf li dan il-post kien restawrat xi snin ilu taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista (1987 - 1996) wara li kien fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jara li l-affarijiet jerġgħu għal li kienu, inkluż il-persuna li kienet inkarigata fuq livell lokali f'dan il-każ u li l-isem u l-indirizz qed jintbagħtu separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-manutenzjoni ta` Villa Portelli qed isir skond il-htiega. Dan jirrikjedi li xi drabi parti jew ohra tal-villa tkun trid tinghalaq primarjament minhabba s-sahha u s-sigurta` ta` l-impjegati.
Jista' l-Ministru jikkonferma li parti minn Villa Portelli fil-Kalkara kellha tiġi magħluqa minħabba li tinsab fi stat perikoluż? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti r-raġunijiet kif waslet din is-sitwazzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija ta` qabel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kummerċ? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, haddiem wiehed gie trasferit mid-Dipartiment tal-Kummerc ghall-Ministeru tal-Politika Socjali fuq talba tieghu stess. Trasferimenti ta` haddiema, nkluzi dawk li jistghu jsiru fil-futur, isiru skond il-htigijiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara kif bozza fuq bieb numru 161, Merħba Street, Fgura, ilhom xhur li rrapportaw biex tissewwa u sal-lum għadha ma saritx?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isir l-istharrig necessarju u eventwalment tittiehed l-azzjoni mehtiega
Jista' l-Ministru jgħid kemm matul dan l-aħħar sena u nofs kemm ġew impjegati nies fil-Freeport, mil-liema lokalitajiet u kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul dawn l-ahhar sena u nofs gew impjegati 72 haddiem gdid mal-Malta Freeport. Dawn gejjin minn dawn il-lokalitajiet
persuna wahda kull wiehed minn dawn il-postijiet: Bahar ic-Caghaq, Balzan, Dingli, Gwardamangia, Gzira, Kalkara, Mellieha, Mqabba, Naxxar, Qrendi u San Giljan
zewg persuni minn kull wiehed minn dawn il-postijiet: Birkirkara, Birzebbugia, Floriana, Marsascala, Marsaxlokk, Paola, Rabat u Sliema
tlitt persuni minn kull wiehed minn dawn il-postijiet: Ibragg, Siggiewi, Tarxien, Zabbar u Zebbug
erba` persuni mill-Hamrun u erbgha ohra miz-Zurrieq, sitta mill-Fgura, 7 minn Hal Qormi u disgha mill-Belt Valletta.
L-informazzjoni dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija tista` tinkiseb mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, liema Korporazzjoni ma tifformax parti mid-dekasteru tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-air traffic control centre li kien inxtara mingħand id-ditta Taljana Alenia bediex jaħdem jew le? Jekk le, meta hu maħsub li dan jintuża? Kemm qam lil Malta dan l-apparat u meta tħallsu pagamenti u kemm kienu? Kemm nefqet l-MIA fuq dan il-proġett minħabba l-Y2K problem?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-sistema ta` air traffic control li ghaliha qed issir riferenza nxtrat mid-Dipartiment ta` l-Avvjazzjoni Civili. Ghalkemm is-sistema ma kinitx operattiva, il-flus xorta thallsu kollha. Ta` min jghid ukoll li s-sistema ma kinitx konformi mal-bzonnijiet tal-Y2K, avolja meta sar l-ahhar pagament, jigifieri fil-bidu ta` l-1998, kien hemm il-possibilta` li l-problemi jigu evitati. Madanakollu baqa` ma sar xejn.
Meta f`Ottubru tal-1998 gie appuntat il-Bord tad-Diretturi ta` l-M.I.A., ittiehdet id-decizjoni li kellu jsir dak li kien mehtieg biex din is-sistema, li giet tiswa aktar minn Lm3 miljuni, tibda tahdem bżmod effettiv. Dan sar u ninsan infurmat li dalwaqt ser jibdew l-operational trials fuq is-sistema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qam lill-MIA d-dappler weather radar li ġie mixtri mingħand kumpannija Ġermaniża s-sena l-oħra? Dan ir-radar qiegħed jaħdem u jekk iva, meta beda jaħdem? Jekk le, meta hu maħsub li jkun jista' jintuża u għaliex dam sa issa sabiex jintuża? Kemm ħallset flus l-MIA s'issa għal dan il-proġett u f'liema dati ġew imħallsa? Kemm fadal flus x'jitħallsu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-kuntratt tad-Doppler Weather Radar gie ffinalizzat mid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili f`Mejju ta` l-1998, jigifieri qabel ma` l-M.I.A. hadet ir-responsabbilta` ta` l-operazzjoni ta` l-airfield fl-Ajruport Internazzjonali ta` Malta. Il-prezz tal-kuntratt kien ta` 2,217,462 Marki Germanizi u Lm105,910 ghax-xoghol ta` inginerija civili. Il-flus ghadhom ma thallsux kollha ghax ix-xoghol li kellu jsir skond il-kuntratt ghadu ma sarx kollu. Bhalissa qed isir it-tahrig ta` nies mill-Ufficcju Meteorologiku u mill-Air Traffic Control Centre.
Ir-raguni li kien hemm dewmien biex jitlesta ix-xoghol fuq id-Doppler Weather Radar kienet li min issupplixxa dan it-taghmir kellu problemi ta` natura teknika. Ghaldaqstant l-M.I.A. ma riditx tghaggel ix-xoghol biex wara jkollha tiffaccja problemi akbar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li bozza li tinsab quddiem "Ninton" fi Triq Ħal Tarxien, Żejtun, u li ilha tiġi rrapportata minn Settembru 1999, għadha ma ġietx mibdula filwaqt li bozza oħra fl-istess triq ġiet mibdula eżatt kif ġiet rapportata?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie riferit lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex, jekk huwa l-kaz, tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-instrument landing system tar-runway 14 kellu l-glidepath transmitter mitfi għal kważi sena, peress li dan l-apparat ma nstabx li kien skond in-normi ta' l-ICAO meta ġie ċċekkjat mill-flight calibration, kemm f'Marzu kuf ukoll f'Ottubru tas-sena li għaddiet? Veru jew le li biex dan l-apparat reġa' ġie ċertifikat għall-użu ġew inġiniera barranin? X'inhi r-raġuni li kellhom jiġu dawn il-persuni minn barra? Jista' jgħid jekk fil-passat kienx hemm il-ħtieġa li jiġu inġiniera barranin biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk le, min kien jagħmel dan ix-xogħol? Kemm kienet l-ispiża sabiex inġieb dan l-inġinier barrani? Jista'l-Ministru jgħid kemm ilu jintuża dan l-apparat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Instrument Landing System tar-Runway 14 ghandha zewg sistemi li kull wahda tinkorpora zewg transmitters. Ta` min jghid li dawn iz-zewg sistemi t-tnejn ilhom jahdmu minn mindu gew installati, hlief f`xi perjodu meta kien hemm xoghol ta` servicing jew manutenzjoni. Waqt ix-xoghol ta` kalibrar ta` l-apparat li sar f`Ottubru ta` l-1999, giet identifikata problema, li ghalkemm mil-lat operattiv ma kinitx importanti, l-M.I.A. xorta wahda iddecidiet li titfi wiehed mit-transmitters ta` wahda mis-sistemi.
Wara investigazzjoni gie stabbilit li l-problema li kienet giet identifikata f`Ottubru tas-sena l-ohra, ilha fis-sistema minn meta nxtara f`Settembru ta` l-1993. Madanakollu min kien jikkalibra dan l-apparat qabel Ottubru ta` l-1999 xorta wahda hareg certifikat li kien juri li kollox kien sew.
Issa l-problema fit-transmitter giet irrangata.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema prezz qiegħed jinxtara iż-żejt mill-Enemalta issa li qalbet is-sena u l-ftehim tal-hedging li kien għamel il-Gvern Laburista?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-mistoqsija mhix cara. Wiehed irid izomm f`mohhu li l-Enemalta dejjem tixtri z-zejt skond il-prezz tas-suq fiz-zmien li jkun qed jitghabba dan il-prodott. Is-suq jelenka zewg prezzijiet - dak maghruf bhala `low` u dak maghruf bhala `high`. Id-differenza bejn iz-zewg prezzijiet tvarja bejn dollaru u tmien dollari, jiddependi mill-prodotti. Barra minn hekk jista` jkun il-kaz li jithallas `premium` fuq il-`high` jew `discount` fuq `low`. Pero` kif diga` ghidt, il-bazi dejjem ikun il-prezz tas-suq ta` meta jitghabba l-prodott. Ghalhekk mhuwiex il-kaz li wiehed jaghti l-figuri.
Tajjeb jinghad li l-ftehim tal-hedging huwa `paper agreement` u mhux tunnellati ta` zjut fizici.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iffrankat flus l-Enemalta bil-hedging agreements li saru taħt Gvern Laburista u li issa skadew fl-aħħar tas-sena 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bejn Jannar 1998 u Marzu 1999, b`rizultat tal-ftehim dwar il-hedging li kien sar fi zmien l-amministrazzjoni Laburista, il-Korporazzjoni Enemalta tilfet madwar 13-il miljun Dollari Amerikani. Bejn April u Dicembru tas-sena l-ohra, dan it-telf gie rkuprat u l-Korporazzjoni kellha bilanc favorevoli ta` 1.7 miljun Dollari Amerikani. Il-fatt li l-pajjizi li jiffurmaw l-OPEC inghaqdu u sahhew il-prezz taz-zejt, ghen biex il-Korporazzjoni ma tkomplix tirregistra telf minhabba dan il-ftehim. Dan il-fatt kien wiehed incidentali u li ma setax ikun previst b`mod konkret meta sar l-iffirmar tal-ftehim dwar il-hedging.
Jibqa` l-fatt li din is-sistema tal-hedging esponiet lill-Korporazzjoni Enemalta ghal riskju kbir minghajr ma kien hemm bazi xjentifika u b`hekk spicca bhala spekulazzjoni f`settur volatili hafna li seta` kellu konsegwenzi serji hafna ghal pajjizna.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13808, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': jistax jara li ssir telephone box fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, minħabba li hija ta' bżonn għal numru ta' ħaddiema tat-tarzna u residenti ta' dik l-area?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li fit-Tarzna hemm tmien cardphones, wahda minnhom fil-gate principali ta` Ghajn Dwieli, ghall-kumdita` tal-haddiema ta` din l-azjenda. Barra minn hekk hemm ukoll cardphone fit-Triq ta` Ghajn Dwieli, fiz-zona tal-pompa tal-petrol, sabiex il-pubbliku jkun jista` jinqeda.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tissolva darba għal dejjem il-problema ta' vultaġġ baxx f'diversi nħawi ta' Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u Wied il-Għajn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta bhalissa ghaddejja bi programm ta` tishih tas-sistema tal-vultagg baxx u feeders godda f`diversi toroq ta` Haz-Zabbar, iz-Zejtun u Marsaskala.
Barra minn dan hemm proposta biex tinbena substation gdida ghall-inhawi tal-Biccieni u l-madwar u ohra ghal Pjazza l-Princep ta` Wales u l-inhawi f`Haz-Zabbar u ohra ghall-Bajja ta` San Tumas u l-inhawi f`Marsaskala.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex tissewwa ħsara fi bracket tad-dawl li hu perikoluż li jinsab fuq il-bieb bin-numru 37, Nelson Street, Bormla? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li għalkemm saru diversi rapporti ma sar xejn biex dan jiġi rimedjat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-isqaq fejn jinsab dan il-bracket huwa dejjaq hafna u dan johloq problema biex jintlahaq tali bracket. Madanakollu jiena nfurmat li qed isiru l-arrangamenti mehtiega biex ix-xoghol ikun jista` jsir.
Jista' l-Ministru jara li tiddawwal Triq il-Friefet, Wied il-Għajn, minħabba d-dlam li din it-triq fiha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta diga` nstallat xi dawl f`din it-triq. Madanakollu jekk ikun hemm il-htiega li din it-triq tiddawwal aktar, il-Korporazzjoni ser tinkludi dan ix-xoghol fil-lista ta` xogholijiet li ghandha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu finanzi f'avviżi fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni, stazzjonijiet tar-radju u gazzetti/magazines matul is-sena 1999 mill-Air Malta p.l.c.? Jista' jagħti breakdown tal-finanzi minfuqa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali, ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li din tixxandar.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tad-diesel/petrol leaded u unleaded għax-xahar ta' Jannar 2000 u Jannar 1999 u 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-bejgh ta` litri ta` petrol, petrol bla comb u diesel matul ix-xahar ta` Jannar f`dawn l-ahhar tlitt snin kien hekk:
1998 1999 2000
Petrol 5,693,070 4,972,020 4,465,440
Petrol bla Comb 2,170,880 2,182,900 2,380,300
Diesel 5,433,050 5,413,320 5,975,220
Total 13,297,000 12,568,240 12 ,820,960
Peress li f'Labini Street, Rabat, hemm bozza maqtugħa b'detriment li qed tkun ta' inkonvenjent għall-anzjani, jista' l-Ministru jawtorizza li jsiru l-manutenzjonijiet neċessarji?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u tittiehed l-azzjoni mehtiega.