Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4166 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Services – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni tas-Servizzi Medici tikkompila il-Management Accounts kull tlett xhur. Għaldaqstant il-management account tas-sitt xhur Jannar sa Ġunju huma annessi. Il- management accounts li jmiss ikunu jkopru sa 30 ta Settembru 2013. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4167 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Medicines Authority – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Medicines Authority għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #4168 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4169 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operat tal-POYC — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-POYC għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4428 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

CommCare — trasferiment ta’ nurses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti ta’ nurses lejn jew mill-CommCare minn wara l-elezzjoni? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tan-nurses trasferiti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi s-servizzi għall-Kura fil-Komunità jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Membru biex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #4158 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – konsulenti u kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2505 u jagħti lista aġġornata ta’ konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm erba' l-konsulent ingaġġati skont it-termini u kundizzjonijiet stipulati fid-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar Ħlasijiet lil Konsulenti f’Ministeri. Il-ħlas tagħhom huwa kif qiegħed fit-tabella hawn taħt : Konsulent € kull erba’ ġimgħat Numru ta’ siegħat kull erba’ ġimgħat Servizz Konsulent 1 3,249.65 120 Business Friendly Konsulent 2 3,703.23 160 Health / IT Advisor Konsulent 3 - - Volontarjat Konsulent 4 2,532.47 120 IT Advisor Dawn qed jagħtu servizzi marbutin mat-titjib tar-relazzjonijiet tal-Ministeru fuq livell internazzjonali u ta’dawk mas-settur privat, u mat-titjib ta’ sistemi ta’ informatika Il-maġġorparti tal-Kumitati ġew imwaqfa. Għad fadal numru żgħir ta’Kumitati x’jitwaqfu. Meta l-proċess kollhu jkun iffinalizzat, inkun nista nippreżenta dak kollu li qed jiġi mistoqsi.
Leg 12 PQ #4159 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti jistennew fuq strecher

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4160 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 524 u jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku u liema karigi huma vakanti,?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-istaff complement tal-Ministeru għas-Saħħa huwa ta 6,775. Il-karigi huma marbutin mal-iskali li jinsabu fil-Ftehimiet Settorjali rispettivi jew, fil-każ ta’ pożizzjonijiet kuntrattwali, mal-iskali xierqa skont il-benchmarks tal-eliġibilità maħruġin mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO). L-ingaġġ isir internament mis-Servizz Pubbliku jew esternament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet Settorjali rispettivi, u fil-każ ta’ pożizzjonijiet kuntrattwali, skont il-ħtieġa u l-approvazzjoni finanzjarja li tkun ingħatat. Niċċara wkoll li l-karigi vakanti jimtlew skont kif ikun miftiehem mal-Ministeru għall-Finanzi u l-PAHRO.
Leg 12 PQ #4161 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: 1. mediċini (f’kull forma u/jew doża); 2. prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); 3. apparat mediku; u 4. disposables jew consumables li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżċeriji tal-POYC? X’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din it-tweġiba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4162 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-i scope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4163 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4362 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru li ma sar l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #3819 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq manutenzjoni f’kull sezzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu matul ix-xhur ta’ April u Mejju 2013? Fiex intefqu dawn il-flus, x’materjal ta’ manutenzjoni inxtara u mingħand min?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq manutenzjoni matul ix-xhur ta’April u Mejju 2013, kienet ta’żewġ miljuni, tmien mija w tmienja u erbgħajn elf, tlett mija u tmien ewro ( € 2,848,308.00). Infurmat ukoll lil-parti l-kbira ta’xogħol ta’manutenzjoni, kien mitlub u sar minn gvern preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru.
Leg 12 PQ #4045 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

kura primarja — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba impjegati fil-kura primarja? Kemm hemm infermiera, paramediċi, occupational therapists eċċ. impjegati fil-kura primarja? Kemm huwa l-ammont ta’ nies li jużaw il-polikliniċi fis-sena f’dawk li huma calls, house calls, clinic calls u kura kronika?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-Kura Primarja hemm 228 uffiċjali mediċi, 193 infermiera u 109 paramediċi. In-numru ta’ paramediċi ma jinkludix Occupational Therapists li mhumiex assenjati direttament ma’dan id-dipartiment iżda jiġu mitluba jaħdmu fejn meħtieġ fuq bażi ta’ rotation. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta' nies li wżaw il-polikliniċi.
Leg 12 PQ #4046 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti bil-kanċer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed pazjenti bil-kanċer is-sena li għaddiet u kemm mietu nies b’din il-marda fl-2012? Liema huwa l-aktar kanċer komuni f’Malta fin-nisa, fl-irġiel u fit-tfal, u liema età hija l-aktar suxxettibli għall-kanċer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4047 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

dimensja – klinika u pinnoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jattendu fil-klinika tad-dimensja? Hemm ħsieb li l-pilloli tad-dimensja jidħlu fis-schedule 5 u jekk iva, kemm se tkun proġettata l-ispiża kull sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li in-numru totali ta' pazjenti li attendew fil-kliniki tad-dimensja, mill-1 ta' Jannar sas-27 t'Awwissu 2013 huma: Memory Clinics at RHKG – 53 pazjent Community Dementia Clinic Floriana HC – 48 pazjent Community Dementia Clinic Paola – 56 pazjent Mediċini li kienu ġa disponibbli fil-Formularju tal-Gvern bdew jingħataw b'xejn għall-kura tad-dimensja kif din il-kundizzjoni kronika ġiet introdotta fir-riforma ta’ Skeda Ħamsa. Applikazzjonijet ta’ mediċini li ma kinux fil-Formularju tal-Gvern bdew jiġu milqugħa sabiex isir l-istħarriġ neċessarju mid-Dipartiment tas-Saħħa. Wara li sar l-istudju u l-evalwazzjoni neċessarju tal-applikazzjoniet ta’ mediċini għall-kura ta’ pazjenti bil-marda tal-Alzheimer moderata jew gravi ġiet introdotta l-mediċina Donepezil fil-Formularju tal-Gvern għal din it-tip ta’ dimensja. Qed jiġi stmat li l-ispiża tal-mediċina Donepezil ser tkun madwar ħames t’elef ewro (€55,000) għas-sena 2013 u ta’mija u ħamsa u għoxrin elf ewro (€125,000) għas-sena 2014.
Leg 12 PQ #4048 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Osteoporosis – bone density scans u pinnoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bone density scan saret fis-sena 2012? Kemm hawn nies ibatu bl-osteoporosis? Hemm ħsieb li l-pilloli tal-osteoporosis jidħlu fis-schedule 5 u jekk iva, kemm se tkun proġettata l-ispiża kull sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fis-sena 2012 saret, tlettax il-elf, seba mija sitta u sebgħajn elf (13,776) proċedura tal-Bone Density. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4152 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kura ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 406 u jgħid x'inhu l-pjan tiegħu rigward il-kura ta' riabilitazzjoni? X'miżuri jew proġetti se jiġu mnedija sabiex dan is-servizz jitjieb u jsir aktar professjonali u b'hekk ikun jista' jagħti firxa aktar wiesgħa ta' servizzi bħal pereżempju kura ta' riabilitazzjoni għat-tfal, dik respiratorja, kardijaka u wara li jkun sar xi intervent kirurġiku maġġuri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li r-rijabilitazzjoni tal-pazjenti hija parti ntegrali mill-kura totali li tingħata. Huwa fatt li għalkemm sar progress f'dan il-qasam għad baqa' ħafna xi jsir. Dan għaliex minbarra nuqqas ta' spazju fin-numru ta' sodod allokati f'dan il-qasam, hemm ukoll nuqqas ta'servizzi kif ukoll faċilitajiet oħra biex din il-kura timxi aktar 'l quddiem. L-akbar nuqqas huwa dak għall-pazjenti ‘l fuq minn 16 il-sena. Il-qasam pedjatriku ser ikompli jingħata minn speċjalisti f'dan il-qasam u kura out-patients fis- CDAU biswit l-isptar Karin Grech. Ir-rijabilitazzjoni kardijaka u respiratorja qed jingħataw servizz tajjeb f'Mater Dei u m'hemmx ħsieb li għalissa ikun hemm xi tibdil anki minħabba l-fatt li jkun hemm bżonn preżenza ta’ kardjologu fejn tingħata l-kura meħtiega. Fil-kumplament tal-patoloġiji, speċjalment fil-qasam tan-newroloġija, amputazzjonijiet u ortopedija flimkien ma' oħrajn hemm bżonn ta' viżjoni ċara ta' kif dan is-servizz iwassal għal riżultati aħjar f'dan is-settur. Hemm bżonn ta' ċentru ġdid li minbarra li jbiddel il-mentalità ta’ kif tingħata il-kura rijabilitattiva, dan jkun mgħammar bl-aqwa apparat u servizzi. Hemm bżonn ukoll numru akbar ta' professjonisti ittrenjati sabiex tassew nistgħu ngħidu li il-pażjenti tagħna ikunu qed jingħataw l-aħjar possibbli. Qed jitħejja pjan “ short to medium term” biex dan l-iskop jintlaħaq.
Leg 12 PQ #4153 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 353 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li huma erbgħa l-konsulenti ingaġġati skont it-termini u kundizzjonijiet stipulati fid-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar Ħlasijiet lil Konsulenti f’Ministeri. It- terms of reference huma marbutin mat-titjib tar-relazzjonijiet tal-Ministeru fuq livell internazzjonali u ta’dawk mas-settur privat, u mat-titjib ta’sistemi ta’informatika.
Leg 12 PQ #4154 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – impjegati trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1814 u jgħid kemm-il impjegat ġie trasferit mill-11 ta' Marzu ’l hawn fil-Ministeru għas-Saħħa? X'kariga kellha kull persuna li ġiet trasferita? Kemm minn dawn il-persuni talbu li jiġu trasferiti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li ġew trasferiti fil-perijodu msemmi u l-kariga ta’ kull persuna, u jekk it-transfer ġiex mitlub mill-persuna?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 163 persuna li ġew trasferiti mill-11 ta’Marzu 2013. Infurmat ukoll li kienu huma stess, li talbu biex seta’ jsir it-trasferiment tagħhom. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.