Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u tagħti lista aġġornata ta’ persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva? Kemm minnhom ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati fis-segretarjat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – Riżenja ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika rizenji kienu fuq il-Bord ta l-addozzjoni . Dr Ruth Farrugia minħabba li qegħda Chairperson tal-Kummisjoni Nazzjonali ta’Strateġija u Policy tat-tfal u Dr Ray Fenech u Ms Connie Griffiths Bianchi minħabba pressjoni ta xogħol. Minflok inħatru Dr Adrian Camilleri, Dr Francis Fenech u Dr Dione Mifsud.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-ufficju Segretarju Parlamentari ghad-Drittijiet ta’ Persuni b’Dizabilita’ u Anzjanità attiva f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ħadd li rriżenja mill-10 ta’ Marzu ‘l hawn.

bordijiet, kummissjonijiet u kumitati fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-Management Committee tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Meta twaqqaf għall-ewwel darba dan il-management committee? X’inhuma terms of reference ta’ dan il-management committee? X’miri ġie mitlub jilħaq dan il-kumitat u sa meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għal Kumitat ta’ Tmexxija Konsultattiv tar-Residenza ta’ Vinċenz de Paul, it-twaqqif tiegħu seħħ fit-13 ta’ Mejju 2013. It-termini ta’ referenza tiegħu huwa li jipprovdi gwida fuq l-implimentazzjoni ta’ politika sostenibbli u prattiċi tajbin li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti f’din il-faċilità ta’ kura. Il-Kumitat huwa mitlub li jippreżenta 4 rapporti kull kwart ta-sena u ieħor annwali lill-Ministeru.

Kummissjoni dwar l-Active Ageing

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-Kummissjoni dwar l-Active Ageing? X’inhuma t-terms of reference tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irwol u t-termini ta’ referenza tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva huwa li jagħti pariri lill-Gvern dwar it-twaqqif tal-Politika Nazzjonali Strateġika għall-Anzjanità Attiva.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal? Meta twaqqfet għall-ewwel darba din il-Kummissjoni Nazzjonali? X’inhuma terms of reference ta’ din il-Kummissjoni nazzjonali? X’ miri ġiet mitluba tilħaq din il-Kummissjoni nazzjonali u sa meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal hix qed tissostitwixxi xi struttura oħra? Peress li l-Politika Nazzjonali għat-Tfal hija waħda pjuttost riċenti, tista’ l-Ministru tgħid għaliex inħass il-bżonn li titfassal politika oħra kompletament ġdida f’daqstant żmien qasir?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – line votes

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5147 u tgħid kemm huwa stmat li hu meħtieġ bħala allokazzjoni finanzjarja addizzjonali taħt il-line votes tal-personal emoluments tal-vot tal-Ministeru u tal-vot tad-Dipartiment sabiex jitħallsu r-remunerazzjonijiet kollha tal-ħaddiema sal-aħħar tas-sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 5148 u tagħti d-dettalji kollha, inkluż tip ta’ xogħol, karigi, esperjenza u kwalifiċi, salarji u perkaċċi, ta' dawk il-persuni li mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, inkluż is-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bħala persons of trust? Tista' l-Ministru tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista' tgħid x’inhu t-total ta’ pagi tagħhom fis-sena b’mod kumulattiv?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Children Allowance – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li għandha żewġt itfal, ilha sitt xhur ma tieħu ċ-children’s allowance? Billi kull meta ċċempel jgħidulha li qegħdin jaħdmu l-każ tagħha, tista’ tara li din il-persuna tirċievi l-allowance?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5126 u tagħti lista aġġornata ta' persuni li qed jagħtu konsulenza fil-Ministeru tagħha u kemm qed jitħallsu f'paga, allowances u perkaċċi oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Sptar Mater Dei – qtugħ ta’ pensjoni ta’ persuni li jdumu fl-Isptar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma ċ-ċirkostanzi li fihom pazjent li jkun rikoverat fl-Isptar Mater Dei għal perijodu taż-żmien, tibda tinqatagħlu parti mill-pensjoni tiegħu/tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.

Meals on wheels – lista' ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4962 u tgħid jekk hemmx lista ta’ stennija għall-meals on wheels? Jekk iva kemm hemm nies fuq il-lista ta’ stennija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għall-mistoqsija Parlamentari 5092 f’seduta 66.

Dipartiment tal-Anzjani – trasferiment ta’ social assistants

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk mill-elezzjoni ’l hawn ġewx trasferiti social assistants li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Anzjani? Jekk iva, tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn it-trasferimenti? Tista’ tgħid ukoll jew dawn talbux huma dan it-trasferiment?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Dħul ta’ anzjani f’residenzi għall-anzjani

Question

Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5091, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuna waħda, jew bord,bħala punt ta’ referenza sabiex isir kordinament tat-talbiet li jidħlu minn individwi jew timijiet multi-dixxiplinarji?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemmx persuna jew bord, iżda kif diġà ngħad timijiet multi-dixxiplinarji li huma magħmula minn speċjalisti fil-qasam tal-anzjani, occupational therapists, fiżjoterapisti, infermieri, social assitants u ħaddiema soċjali.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – baġit approvat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5141, tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tnaqqis fil-baġit tal-Ministeru tagħha hux se jaffettwa l-ispiża amministrattiva tal-Ministeru bħaż-żieda fin-nefqa tas-segretarjati tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari jew inkella hux se jaffettwa iżjed is-servizzi u l-benefiċċji lil min għandu bżonnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5142 u tgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tagħha llum, min huma dawn il-persuni u x’karigi jokkupaw? Kemm minnhom ġejjin mis-servizz u mis-settur pubbliku u kemm minnhom ġejjin mill-privat? Liema huma dawk il-karigi li fihom kien hemm bidla ta’ persuni li jokkupawhom minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5143 u tgħid min huma u min kienu l-konsulenti tagħha u tas-Segretarju Parlamentari mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Fuq liema settur tingħata din il-konsulenza? Xi proċedura ntużat fl-ingaġġ tagħhom? Tista’ tippreżenta kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ tal-istess konsulenti u, f'każ li kien hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, kopja tal-korrispondenza fuq l-istess bejn il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali (inkluż is-Segretarjat Parlamentari) u l-Ministeru tal-Finanzi? X’pakkett ta’ salarju u kundizzjonijiet għandhom jew kellhom dawn il-konsulenti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Forum Nazzjonali għall-Familja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-rwol tal-Forum Nazzjonali għall-Familja? Meta twaqqaf għall-ewwel darba dan il-forum? X’inhuma terms of reference ta’ dan il-forum?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lillOnorevoli Interpellant il-Forum Nazzjonali Familja twaqqaf f’Ġunju 2013. Il- Forum huwa istituzzjoni formali li tikkonsulta mal-familji u ma kdawk il-partijiet kollha konċernati fl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-familja bil-għan li jisma’, jidentifika, janalizza u jevalwaw l-ħtiġijiet prijoritarji u jgħaddi din l-informazzjoni lill- Kummissjoni Nazzjonali Familja biex jara li din tifformula l-politika neċessarja fuq il-familja filwaqt li żżomm il-pubbliku nfurmat. Il-Forum Nazzjonali għall-Familja għandu l-għan li jkun ukoll katalist u l-ixprun ta’proċess kontinwi ta’ evalwazzjoni tal-policies għall-familja li jkunu qed jiġu implementati. Kull sitt xhur il- Forum Nazzjonali Familja għandu jippreżenta rapport dwar il-ħidma li jkun wettaq lill- Kummissjoni Nazzjonali Familja.

Forum Nazzjonali għall-Familja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux il-ħsieb li l-Forum Nazzjonali Familja jissostitwixxi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja li wkoll reġa’ ġie kkostitwit? Jekk dan mhux il-każ, tista’ tgħid x’inhuma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ strutturi? X’inhu l-iskop u l-għanijiet ta’ kull waħda minn dawn l-istrutturi? X’oġġettivi, targets u deadlines ingħataw?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li li l-Forum Nazzjonali Familja mhux jissostitwixxi l- Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja. Il- Forum Nazzjonali Familja hija istituzzjoni formali li taħdem id f’id mal- Kummissjoni. Il-ħidma tal- Forum tikkonsisti filli jwettaq il- konsultazzjoni neċessarja ma dawk il-partijiet kollha nvoluti fil-qasam tal-familja. Il- Forum iħejji rapport bl-informazzjoni li jiġbor mill- konsultazzjoni u jirraporta lura b’ rakkomandazzjonijiet lill- Kummissjoni Nazzjonali tal- Familja biex din tifformula l- politika dwar il-familja. Il-Forum Nazzjonali għall-Familja għandu l-għan li jkun ukoll katalist u l-ixprun ta’proċess kontinwi ta’ evalwazzjoni tal-policies għall-familja li jkunu qed jiġu implementati. Fit-termini ta’ referenza hemm stabbilit li l- Forum Nazzjonali Familja għandu jippreżenta minn ta’ l-inqas rapport kull sitt xhur lill- Kummissjoni Nazzjonali Familja dwar il- ħidma li jkun wettaq.