Jista’ l-Ministru jara illi jiżdied l-istreet lighting fil-parking area ta’ Wied iż-Żurrieq għax għalkemm dan il-post turistiku jżuruh diversi Maltin kif ukoll turisti, jinsab fid-dlam?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li x-xogħol imsemmi huwa mistenni li jsir fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jikkwantifika kemm hi l-ħsara li seħħet fuq il-bini tal-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa wara li fl-aħħar jiem iġġarfet parti minn din il-binja storika?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li t-tiswijiet li huma meħtieġa li jsiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa jsiru b'mod immeddjat anke jekk ir-responsabilità hi tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex ma tkompliex issir aktar ħsara fuq l-istess binja issa li jibda l-istaġun tax-Xitwa?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar in-nefqa, dħul u konkorrenza għan-Notte Bianca tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-Notte Bianca kull sena attirat lejn il-Belt medja ta’ bejn 60,000 u 70,000 ruħ. L-aħħar edizzjoni tan-Notte Bianca kienet suċċess kbir.
Fl-2015 n-nefqa għal dan l-avveniment kienet ta’ EUR 141,499 li ammont minnhom kien ġej minn sponsors u merchandising.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-konkorrenza għall-Baroque Festival tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Irrid ninforma lill-Onor Interpellant li minn mindu beda l-Baroque Festival sentejn ilu dan baqa’ jikber fil-popolarita’ tiegħu fejn anke turisti jiġu jżuru Malta apposta fix-shoulder month ta’ Jannar biex jassistu għal dan il-Festival. Mertu mhux l-inqas tas-Sur Kenneth Zammit Tabona u n-nies tiegħu li tant jemmnu f’dan il-proġett.
Fil-fatt il-konkorrenza bejn l-ewwel edizzjoni u t-tielet edizzjoni ta’ dan il-festival żdiedet bi kwazi 20 fil-mija kif spjegat hawn taħt:
Konkorrenza
Baroque Festival 2013 (l-ewwel edizzjoni)
5719
Baroque Festival 2014
6665
Baroque Festival 2015
7057
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar in-nefqa u konkorrenza għall-festival tat-tfal ŻIGUŻAJG tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-aħħar ħames snin iktar minn 65,000 tifel jew tifla ikkonkorrew għal dan il-festival sabiħ li jiftaħ il-bieb tal-kultura u l-arti lit-tfal.
Irrid ngħid li s-sabiħ ta' dan il-festival hu li ma jiddependix biss mill-għajnuna finanzjarja tal-Gvern imma rnexxilu jikseb l-appoġġ finanzjarju ta' lista sħiħa ta' partners privati.
Is-sena d-dieħla se nkunu qed nallokaw €220,000 għal dan il-festival.
Nieħu l-opportunita' li nirringrazzja minn qalbi lid-direttur artistiku ta' dan il-festival is-Sur Toni Attard tax-xogħol kbir li huwa għamel u nestendi dan ir-ringrazzjament lit-tim kollu.
Riforma fil-Ġustizzja – spiża totali fuq l-information campaign
Question
Jista’ l-Ministru jagħti total tal-ispiża li għamel id-Dipartiment tal-Ġustizzja fuq l-information campaign li dehret dan is-sajf dwar ir-riforma fil-ġustizzja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kampanja Informattiva dwar ir-Riforma Nazzjonali tal-Ġustizzja hu proġett taħt il-Fond Soċjali Ewropew immexxi mid-Direttorat Ġenerali (Strateġija u Sapport) fi ħdan il-ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Il-proġett kollu, li hu maħsub bħala parti mill-istrateġija tat-twettitq tar-Riforma tal-Ġustizzja ġie jiswa €72,511, li minnhom il-Gvern, permezz tal-fond għall ko-finanzjament, ser joħroġ € 21,970.83 (18% element tal-VAT u 15% ko-finanzjament).
Nemmen li din il-kampajnja għenet biex b’mod oġġettiv il-ministeru kellu l-opportunità jispejega aħjar ix-xogħol li qed nagħmlu biex nimplimentaw riforma fil-qasam tal-Ġustizzja.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laqgħa tal-International Federation of Arts Councils and Culture Agencies (IFACCA) se tkun qed issir f’Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
F’Ottubru 2016, il-Kunsill Malti ghall-Arti se jospita s-seba’ Kungress Dinji tal-Kultura u l-Arti.
Il-Kunsill qed jaħdem id f’id mal-International Federation of Arts Councils and Culture Agencies (IFACCA) sabiex Malta tkun tista’ tilqa’ madwar 400 delegat minn 80 pajjiż differenti biex jiddiskutu suġġetti pertinenti li għandhom influwenza qawwija fuq is-settur artistiku u kulturali internazzjonali.
Dan il-Kungress se jseħħ sewwa sew lejlet iż-żmien meta Malta se tkun qed tilqa’ l-Presidenza Ewropea fl-2017 u sitt xhur wara jsegwi l-avveniment ta’ importanza ewlenija ieħor li fih, f’Jannar tal-2018, il-Belt kapitali tagħna tiġi ddikjarata l-Belt Kulturali Ewropea– kollha attivitajiet ta’ sinjifikat mondjali li jpoġġu spotlight importanti fuq Malta.
Is-Summit tal-IFACCA tal-2016 se jkun opportunita’ tad-deheb biex matulu nippromwovu lill-artisti u l-organizzazzjonijiet kulturali tagħna bil-għan li nissukktaw bl-istrateġija tal-internazzjonalizzazzjoni u l-professjonalizzazzjoni tat-talenti u l-prodotti artistiċi u kulturali Maltin. In-networking b’saħħtu li l-entitajiet kulturali tagħna, immexxija mill-Kunsill Malti għall-Arti, huwa mistenni li se jistabbilixxu, għandu jwassal għal tisħiħ tal-iżviluppi ekonomiċi b’konnessjonijiet diretti u indiretti mas-settur kulturali tal-pajjiż.
Il-Kungress Internazzjonali tal-Arti u l- Kultura se jittella’ fis-Sala tal-Konferenzi, il-Belt Valletta mit-18 sal– 21 ta’ Ottubru 2016.
Jista’ l-Ministru jispjega kif se jkun qed jiġi utilizzat l-ispazju li nħoloq fil-Qorti meta nfetaħ il-bini l-ġdid tal-ġudikanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li waħda mill-iktar sfidi kbar li għandhom il-Qrati tagħna hi l-ħtiepa li jiżdiedu r-riżorsi umani sabiex il-proċeduri jitħaffew u jsiru iktar espedjenti.
Naturalment jekk wieħed iżid ir-rizorsi umani, jrid ukoll spazju fiżiku fejn dawn ir-rizorsi umani jkunu jistgħu joperaw. Dan japplika għal kull impjegat tal-Qorti, iktar u iktar għall-Ġudikanti li jixirqilhom spazju dekoruz fejn huma jaqdu l-mansjonijiet tagħhom.
Din il-problema ġiet trattata b’mod iffukat minn dan il-Gvern fejn issa bis-saħħa tal-ftuħ tal-Binja l-Ġdida Sir Thomas More wara l-bini tal-Qorti ġie ikkreat spazju ġdid fil-Qorti. Dan għaliex il-bini l-ġdid issa hu okkupat mill-Prim Imħallef u prattikament l-Imħallfin kollha taċ-Ċivil u vvakaw l-uffiċini li kellhom fil-Bini prinċipali.
L-ammont ta’ spazju li nħoloq intuża jew se jintuża għal tliet raġunijiet.
L-ewwelnett ammont ta’ spazju li nħoloq fil-Qorti ġie utilizzat biex tissolva l-problema akuta tal-Membri tal-Ġudikatura u l-istaff tagħhom li ma kellhomx sigrieta addattata minn fejn setgħu joperaw. Kien hemm sigrieti li ċertament ma kinux jixirqu lill-membri ta’ waħda mill-kolonni tad-demokrazija tagħna.
It-tieninett, ammont ieħor ta’ spazju li nħoloq se se jintuża sabiex isiru tlett Awli ġodda biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru iktar seduti fil-ħinijiet tax-xogħol tal-Qorti. Dan se jwassal biex tittejjeb il-Clearance Rate u għalhekk ikompli jonqos il-backlog tal-kawzi.
Fl-aħħarnett bl-ispazju l-ġdid li nħoloq stajna u nistgħu nagħtu faċilitajiet ġodda li huma bżonnjuzi, mhux l-inqas Training Room u Librerija ġodda, Reġistru ġdid u spazzjuz fejn illum hemm il-Qorti tal-Familja u uffiċji ġodda għal ġudikanti addizzjonali li jistgħu jinħatru minn żmien għal żmien skont il-ħtieġa tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kull sena mis-sena 2010 sal-lum liema kunsilli lokali f'Għawdex ingħataw għajnuna minn fondi speċjali biex itellgħu attivitajjiet kulturali fil-lokalitajiet tagħhom? Kemm kienet l-għajnuna li ngħata kull Kunsill kull sena u għal-liema attivitajiet ingħataw?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-perjodu li jkopri bejn l-2010 sallum. Intant preżentement qed jiltaqa’ l-Bord ta’ Evalwazjoni sabiex jiġu approvati l-attivitajiet li jsiru f’Diċembru 2015.
Uffiċċju Reġjonali tal-Kunsilli Lokali – kuntratt tal-kirja
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt għall-kiri ta’uffiċini li jinsabu f’Ħal Tarxien u li għandu-l-Uffiċċju Reġjonali tal-Kunsilli Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-kuntratt mitlub huwa skrittura privata, ma jkunx indikat li dan jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Madanakollu, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-kuntratt, nista’ nagħmel dan privatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq xiri ta’ kotba għal-librerija tal-Qorti fl-2014 u fl-2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin l-ammont ta’ investiment fil-librerija tal-Qorti żdied bi tliet darbiet, minn żmien il-Gvern preċedenti, kif nispjega hawnhekk:
2011 - € 540.83
2012 - € 353.83
2013 - €1440.80
2014 - €1342.07
2015 - €1442.09
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kif intefqu t-3.5 miljun ewro f’sussidji li l-PBS ħadu mingħand il-Gvern mill-2013 lil hawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li l-proċedura m’hijiex li l-Ministru jagħti rendikont imma li jkun hemm audit professjonali ta’ kif intuża l-PSO.
L-Audit se jkun konkluż lejn l-aħħar ta’ dina s-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Public Broadcasting Services bħala full-time jew part-time, jew fuq bażi ta’ konsulenza,jew fuq contract of service jew contract for service minn Marzu 2013? Kemm minn dawn kienu fuq bażi ta’ position of trust u mingħajr sejħa pubblika? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi, għandhom dawn l-individwi? X’funzjoni qed jaqdu dawn l-individwi? Kemm kienet iż-żieda ta’ persuni li ħadmu b’mod jew ieħor mal-PBS minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu impjegati mill-2013 sal-lum f’position of trust, contract for service, contract of service, jew b’konsulenza u li f’xi ħin ingħataw impjieg permanenti fil-PBS? Min huma dawn il-persuni? X’karigi kienu jokkopaw oriġinarjament u x’karigi qed jokkupaw issa? X’pakketti finanzjarji u perkaċċi kellhom qabel u għandhom issa? F’kull każ saret sejħa pubblika? F’kull każ min kienu l-persuni fuq il-bord tal-għażla?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persuni msemmija hawn taħt kienu mpjegati fuq bażi ta’ contract for service, u eventwalment ingħataw impjieg permanenti mal-PBS wara sejħa pubblika.
Bord tal-Għażla
– Manager Corporate Services u News Manager
Bord tal-Għażla – Kap Ezekuttiv u Manager Corporate Services
Kariga Originali
Kariga Prezenti
Pakkett Finanzjarju Qabel
Pakkett Finanzjarju
Prezenti
Overall Administration of tvm.com.mt
Administrative Officer – Website
€13.61/hr
Skont il-Ftehim Kollettiv
Website Content Editor
Junior Manager – Website Content Editor
€14.90/hr
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-responsabbiltajiet u dmirjiet tal-individwu
Administrative Officer - Website
Administrative Officer – Website
€10.44/hr
Skont il-Ftehim Kollettiv
Station Engineering Manager
Station Engineering Manager
€16.35
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-responsabbiltajiet u dmirjiet tal-individwu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fil-PBS minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ f’kull każ jagħti d-dettalji, dwar x’kienet il-kariga, il-grad u l-pakkett finanzjarju bil-perkaċċi qabel u wara l-promozzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixiteq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-PBS ingħataw ħames promozzjonijiet minn Marzu 2013 sal-lum. Skont kif jidher fit-Tabella t’hawn taħt:
Grad ta’ Qabel
Grad Prezenti
Pakkett Finanzjarju ta’ Qabel
Pakkett Finanzjarju Prezenti
Journalist
Manager News & Registered Editor
Skont il-Ftehim Kollettiv
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-reponsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-individwu
Sports Coordinator
Manager Sports
Skont il-Ftehim Kollettiv
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-reponsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-individwu
Sales Coordinator
Junior Manager Sales Administration
Skont il-Ftehim Kollettiv
Is-Salarji Manigerjali huma negozjati skont ir-reponsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-individwu
Administrative Officer
Sales Administration Coordinator
Skont il-Ftehim Kollettiv
Skont il-Ftehim Kollettiv
Director/Editor
Programmes Coordinator
Skont il-Ftehim Kollettiv
Skont il-Ftehim Kollettiv
Jista’ l-Ministru jgħid x’vantaġġi qed igawdi minnhom il-Kunsill Malti għall-Arti illum il-ġurnata wara li ngħata struttura ġdida?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li wara daħal fis-seħħ Att XV tal-2015 li jirregola l-Kunsill Malti għall-Arti, l-Entita’ għaddiet minn tibdil kbir kemm strutturali kif ukoll sostantiv.
Fergħa ġdida fi ħdan l-istruttura l-ġdida hijaik tad-Direttorat tal-Istrateġija. Dan id-Direttorat mal-ewwel beda ix-xogħol tiegħu billi fassal pjan fit-tul li jasal sa l-2020, fejn il-Kunsill qiegħed jintrabat li fis-snin li ġejjin jilħaq miri stabbiliti fil-qasam kulturali u kreattiv, fejn l-għan aħħari ikun dak li finalment jogħla l-livell ta' dan is-settur għal posizzjoni li jixirqilha din l-industrija li tiġġenera 6% tal-prodott gross domestiku ta’ pajjiżna.
Il-pilastri principali li fuqhom qegħdin jiġu bbażati dawn il-pjani huma l-edukazzjoni u it-taħrig, id-diversita’ u l-komunitajiet, l-internazzjonalizzajoni tal-industrija kulturali u kreattiva lokali, iċ-ċentralizzazjoni tal-fondi mogħtija mill-Gvern lis-settur, kif ukoll l-professjonalizzazjoni tas-settur in ġenerali.
Apparti d-Direttorat tal-Istrateġija, illum il-Kunsill għandu ukoll Direttorat tal-Festivals li ħa taħt idejħ l-attivitajiet l-kbar ta’ matul is-sena fil-kalendarju kulturali tal-Kunsill bħall-Karnival, Notte Bianca, Jazz Festival, Għanafest, Three Palaces Festival u oħrajn, kif ukoll id-Direttorat għal Materji Korporattivi li jieħu ħsieb in-naħa amministrattiva tal-Entita.