Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-Eco-Gozo sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista ta’ kull nefqa li saret u jgħid x’ġie pprokurat b’kull nefqa? Kemm hemm flus kommessi għan-nefqa llum? X’se jiġi pprokurat b’kull nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsijet Parlamentari Numru 19716, 20032, 20033, 20034, 22581, u 24940.
Għawdex – post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-karnival
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex f’Għawdex jinbena post fejn ikunu jistgħu jinħadmu l-karrijiet tal-karnival? Jekk iva fejn u fiex waslu dawn il-pjanijiet? Jista’ jikkonferma jekk saritx applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan? Jekk iva meta saret din l-applikazzjoni u taħt liema sejħa saret?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li qed nesploraw il-possibilitia’ li jiġi allokat post għal tali ħidma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew mibdula l-pjanti tal-binja tal-Qorti l-ġdid f’Għawdex? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar pjanta ta' kif inhu maħsub li se tiġi din il-binja? Jista' jgħid kemm hu maħsub li ser jiġi jiswa dan il-proġett u meta hu mistenni li jinbeda l-bini tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Oneroveli interpellant li l-informazzjoni dwar il-pjanti hija informazzjoni pubblika u tinsab għand l-Awtorita’ tal-Ippjanar. Dwar kemm ser jiġi jiswa il-proġett u meta ser jinbeda il-bini, dan jiddependi mill-eżitu ta’ l-applikazzjoni PA 3790/08, li bħalissa qedgħa tiġi evalwata mill-Awtorita’ ta l-Ippjanar. Inolte, infakkar lill-Onorevoli li kien hemm anke konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett.
Għajnsielem – Triq l-Imġarr – Dar San Ġużepp – binja storika
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mill-binja storika li kienet tifforma parti minn Dar San Ġużepp fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem inżammet biss il-faċċata u l-kumplament twaqqa' kollu? Ma jaħsibx il-Ministru li din il-parti tal-binja, li kellha valur arkitettoniku u storiku kellha tinżamm u tiġi addattata fil-binja l-ġdida?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-faċċata msemmija u kif ukoll il-bitħa u kmamar tal-ground floor baqgħu mhux mittiefsa skont il-pjanti approvati. Inoltre, ninforma lill-istess Onorevoli Interpellant, illi il-partijiet tal-bini demoliti huma in linea mal-pjanti approvati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista' jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ tender u liema b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Port tal-Imġarr Għawdex – xogħlijiet fuq il-vapuri tal-Gozo Channel
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet qed isiru fuq il-vapuri tal-Gozo Channel fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex minflok fit-tarzna? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li ser idumu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet? Jaf il-Ministru li dawn ix-xogħlijiet qed jikkawżaw ħafna storbju kultant insapportabbli ġewwa l-Port tal-Imġarr u qed ikunu ta’ inkonvenjent għal ħafna inkluż restaurants li hemm fiż-żona? Jaħseb il-Ministru li dan huwa l-aħjar mod kif jiġu milqugħa dawk li jżuru Għawdex billi kif jaslu jsibu dak l-istorbju tax-xogħlijiet li jkunu għaddejjin fuq il-vapuri?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li qegħdin naħdmu bħal ma dejjem sar s’issa minn kemm ilha li twaqfet il-Kumpanija Gozo Channel Co Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' afforestazzjoni saru f’Għawdex mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti rendikont tax-xogħol, min għamlu, jekk sarx b'tender jew direct order u kemm sewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella hawn annessa u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Helicopter bejn Malta u Għawdex – ajruplan fixed wing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan biex ikun hemm servizz bejn Malta u Għawdex b'ajruplan fixed wing jew b' helicopter? Meta hu mistenni jibda dan is-servizz u minn min se jkun operat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament, il-Ministeru għal Għawdex, flimkien ma’ Transport Malta, qed jiffoka fuq il-possibilita’ jew le ta’ mina bejn il-gzejjer ta’ Malta u Għawdex, u anke l-possibillta’ ta’ fast ferry bejn l-Imġarr, Għawdex u ż-żona tal-Port il-Kbir, sabiex nikkumbattu l-inaċċessibilita’ fiżika li Għawdex wiret mingħand amministrazzjoni preċedenti. L-istess Ministeru flimkien ma’ Malta Enterprise qiegħed ukoll jiffoka fuq il-possibilita’ li jitqiegħed ukoll fibre optic alternattiv ġdid bejn il-gżejjer sabiex nikkumbattu l-inaċċessibilita’ diġitali li Għawdex wiret ukoll mingħand amministrazzjoni preċedenti. Għaldaqstant, ma hemm ebda aġġornament fir-rigward ta’ servizz ta’ ajruplan jew helicopter bejn l-istess gzejjer.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24826 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji msemmija.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24827 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi il-kumpanija msemmija ħejjiet Cost Benefit Analysis in konnessjoni mal-Mużew ta’ Għawdex. Dan l-istudju ntalab mid-Direttorat ta’ l-Implimentazzjoni tal-Programmi u ngħata għas-somma ta’ €6,077 (VAT inkluż) f’Mejju 2015 wara sejħa pubblika għall-offerti.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24828 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji msemmija.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24829 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji msemmija.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24830 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji msemmija.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24831 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpaniji msemmija.
Ministeru għal Għawdex – Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fil-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x’inhi l-kompetenza ta’ kull Direttur Ġenerali, Direttur u Assistent Direttur u min qed jokkupa dawn il-karigi fil-preżent? Jista’ jgħid kull Direttur Ġenerali u kull Direttur kemm għandu impjegati taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu nies impjegati fis-Segretarjat Privat tiegħu? Kemm minn dawn huma impjegati taċ-Ċivil u kemm minnhom ġew impjegati minn barra ċ-Ċivil? Jista’ jgħid x’inhu r-rwol ta’ kull persuna fis-Segretarjat tiegħu? Jista’ jgħid minbarra l-impjegati fis-Segretarjat, kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu preżentament u x’inhu r-rwol ta’ kull konsulent?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 11387, filwaqt li l-rwol tal-impjegati tas-segretarjat tal-Ministeru huwa l-istess rwol li kellhom il-membri preċedenti fis-segretarjat tal-Ministeru ta’ qabli u bħal kull Ministeru ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konferenzi internazzjonali f'Għawdex sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ġiet tiswa kull konferenza? Fejn saru dawn il-konferenzi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-Ministeru għal Għawdex organizza konferenza internazzjonali fi Frar tas-sena 2012. Il-konferenza ‘Improving the Tourism Offer in Rural Regions’ saret fil-lukanda Kempinski f’San Lawrenz Għawdex, għall-ammont ta’ €11,013.22.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fit-tender li nħareġ biex parti minn Sannat Road tingħata t-tarmak (dik magħrufa bħala l-Qasam) hemmx inkluż ukoll għall-istess triq: bini kull fejn hemm bżonn ta’ retaining walls, bankini biex jintużaw minn ħafna nies li jkunu bil-mixi għax s’issa ma fiha ebda bankina u hemmx inkluż ukoll li jsiru culvert tal-ilma? Jista’ jgħid jekk l-upgrading tad-daħla ta’ Sannat, f’salib it-toroq lejn ix-Xewkija u l-Munxar hijiex inkluża f’dan it-tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ix-xogħlijiet imsemmija fil-mistoqsija ser ikunu maqsumin f’diversi fażijiet. Is-sejħa għall-offerti tkopri l-asfaltar ta’ parti minn Triq Sannat. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew minn naħa tar-Rabat u jkopru l-asfaltar ta’ parti minn Triq Sannat
Għawdex — Żona Industrijali Xewkija – Childcare Centre
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25132, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu indagax dwar studji li setgħu saru jew jekk sarux studji biex jiġi assigurat li s-saħħa tat-tfal li qed jattendu ċ-child care centre fiż-żona industrijali tax-Xewkija hija mħarsa u dan peress li mad-dawra tal-istess child care centre hemm numru ta’ garages li kontinwament jużaw l-ispray?Jista’ jikkonferma li hu kien il-Ministru li nawgura dan iċ-child care centre ftit tal-ġimgħat ilu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn aktar x’inżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 25132.
Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta l-master plan għaċ-Ċittadella? Kemm sewa dan il-master plan? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-master plan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Master Plan taċ-Ċittadella tlesta f’Mejju 2010 u ġie jiswa €264,000 (eskluża l-VAT). Ninsab infurmat ukoll li l-Masterplan komplut ilu aċċessibbli fuq l-Internet minn dakinhar. Barra minn dan nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7122 li għamel huwa stess li magħha ġiet imqiegħda kopja tal-Masterplan fuq il-Mejda tal-Kamra.