Jista' l-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 3697?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuni li ngħataw kuntratt mis-6 ta' Settembru 1998 kienu l-istaff fis-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa viz:-
Mr. Saviour Sciberras I.D. 83040G
Ms. Denise Vella I.D. 464170M
Ms. Marilyn Schembri I.D. 95159M
Mr. Carmel Fenech I.D. 279448M
Mr. Joe Baldacchino I.D. 335248M
Ms. Marinella Mifsud I.D. 74078M
Ms. Eleanor Muscat I.D. 311571M
Mr. Stephen Gauci I.D. 331474M
Mr. Colin Mercieca I.D. 296270M
Mr. Antoine Galea I.D. 360566M
Mr. Ivo Bonnici I.D. 606160M
Mr. Raymond Muscat I.D. 362365M
Il-kuntratti li ngħataw huma standard u ġew magħmula fuq dawk stabbiliti permezz taċ-ċirkulari MPO 52/72 ta' 28 ta' Ottubru 1998 u li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998 Seduta 5 b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw biex jixtru qabar fl-Addolorata? Kemm ilha tistenna l-applikazzjoni li qiegħda l-ewwel fil-lista? X'possibbilta' hemm biex jibda jissodisfa din it-talba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat-18 ta` Jannar 1999, hemm 1310 persuna fil-`waiting list` ta` applikanti sabiex jixtru qabar fiċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata. L-ewwel applikazzjoni f`din il-lista ta` applikanti saret fl-10 ta` Dicembru 1991.
Hi l-intenzjoni tal-Gvern li l-espansjoni taċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata tiġi attwata wara li jiġu finalizzati l-proċeduri neċessarji mal-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx studju fuq il-kawżi li qed jipproduċu mard dejjem kbir fil-pulmun billi hemm numru dejjem jikber ta' tfal fl-akkwati tal-Kottonera u dawk tal-Port il-Kbir sa Pembroke li qed ibatu minn dawn l-attakki ażmatiċi u dan meta l-ewwel waqaf l-użu tal-faħam fil-pajjiż, kif kien hemm fl-erbgħinijiet, u t-tieni l-istess Power Station tal-Marsa qagħtet ukoll mill-użu ta' dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma` kien hemm l-ebda studju dwar dawk il-fatturi li jistgħu jikkawżaw attakki ta` asthma.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm persuni ażmatiċi taħt l-għaxar snin reġistrati fis-snin 1996, 1997 u 1998 mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ażma mihiex fost il-mard li bil-liġi għandu jiġi notifikat lill-awtoritajiet tas-saħħa w għalhekk mhemmx figuri eżatti tan-numri tat-tfal li jbatu bl-ażma. Pero`, mill-frekwenza tal-marda w mill-għadd ta` attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza w tal-`Outpatients` tat-tfal, nistgħu nikkalkulaw li madwar 4500 tifel u tifla jattendu għall-kura minħabba l-ażma. Ma kienx hemm ċaqliq sostanzjali f`dawn in-numri fis-snin 1996, 1997 u 1998.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm persuni reġistrati bħala ażmatiċi fis-snin 1996, 1997 u 1998 mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-kundizzjoni ta` l-ażma mihiex wahda notifikabbli lill-awtoritajiet tas-saħħa.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flus intefqu mid-Dipartiment tas-Saħħa in konnessjoni ma' mard tal-pulmun b'dettall u attenzjoni speċjali fuq l-attakki ta' l-ażma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B`riferenza għall-mistoqsija tal-Onorevoli Membru Parlamentari qed tingħata inpoġġi fuq -l-Mejda tal-Kamra nformazzjoni fuq mediċini b`konessjoni ma` mard tal-pulmun li nxtraw mid-Dipartiment tas-Saħħa matul perjodu ta` l-aħħar sitt xhur, jigifieri bejn 1 ta` Lulju 1998 u 31 ta` Dicembru 1998.
Mediċini li jintużaw għall-din il-kundizzjoni, iżda li ma nxtrawx f`dan il-perjodu, ma jidhrux fuq din-lista.
In vista tar-risposta għad-domanda parlamentari numru 3293, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa ġewwa stabilimenti ta' l-ikel tat-tip "ħwienet li jaħdmu u jbiegħu l-ħelu" tul is-sena 1998 u kemm ittieħdu passi legali fuq dawn l-ispezzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa wettaq 2570 spezzjoni fi ħwienet li jaħdmu u/jew jaħdmu u jbiegħu l-ħelu matul is-sena 1998 u nħarġu 17 il-kap t'akkuża konnessi ma' dawn l-istabbilimenti matul l-istess sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fil-laboratorju ta' l-Isptar Zammit Clapp ġimgħa ġimgħa tul l-1 ta' Diċembru, 1998 sas-16 ta' Jannar, 1998?
Kemm saru testijiet fl-istess laboratorju fl-istess perijodu ta' żmien sena ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din hi l-informazzjoni mitluba li l-Isptar izomm:-
Diċembru 1997 1519
Jannar 1998 1481
Diċembru 1998 1268
Jannar 1999 Nil
L-informazzjoni qatt ma nżammet gimgħa b'gimgħa u għalhekk mhux statistikament possibbli li tingħata gimgħa b'gimgħa.
Mill-1 ta' Jannar 1999 it-testijiet kollha bdew isiru fl-Isptar San Luqa.
Mill-11-il pazjent li f'Awissu 1998 Mr Michael K.D. Benson FRCS ta' "The Nuffield Orthopaedic Centre" l-Ingilterra, għażel biex jingħataw trattament l-Ingilterra, kemm minnhom ingħataw il-kura l-Ingilterra s'issa?
Meta mistenni li dawk li kienu magħżula u li s'issa għadhom ma telgħux l-Ingilterra għal kura, jintbagħtu għal kura neċessarja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ħdax il-pazjenti kollha qegħdin jistennew biex jintbagħtu għal kura fin-Nuffield Orthopaedic Centre, Oxford.
Jonqos li jirċievu d-data ta' l-appuntament. Dwar dawn id-dati, d-Dipartiment ma għandu l-ebda ġurisdizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trasport ta' l-Isptar Zammit Clapp huwiex biss għan-nurses jew anke għall-istaff?
Dawk li m'għandhomx trasport mill-ipstar jistgħu jagħmlu użu minn dan l-istess trasport anke jekk issir bi ħlas nominali għal kulħadd?
Dan it-trasport huwa pprovdut għal kullimkien jew għal ċerti nħawi biss?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-trasport ta` l-Isptar Zaammit Clapp huwa pprovdut skond in-neċċessita. Is-sistema tat-trasport f`Zammit Clapp baqgħet l-istess minn mindu nfetah l-isptar.
It-trasport ta` l-Isptar Zammit Clapp huwa primarjament għas-servizz tal-pazjenti. Fejn jista jagħti servizz ukoll lil dawk in-nurses li jgħatu l-`handover`. Jekk ikun hemm (u normalment ikun hemm) xi post żejjed, dan jintuża mill-istaff kollu fuq bażi ta `first come first served`.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-aħħar li saret manutenzjoni fuq il-Berġa tal-belt tal-Birgu u jekk kemm-il darba jiġix ikkonsidrat li tiżdied il-frekwenza ta' ftuh u ta' servizzi billi hemm parti sostanzjali tal-popolazzjoni ta' l-imsemmi raħal li qed tavvanza fl-eta' u ssibha diffiċli biex tmur post ieħor?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-aħħar `refurbishment` li sar fil-klinika tal-Birgu kien fl-1996. Fil-preżent ma hemm l-ebda pjanijiet konkreti biex jitbiddlu l-ħinijiet ta` ftuh tal-klinika fil-Birgu.
Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1992 u l-1996 kemm ġew impjegati persuni taħt skema "Buying of service" fis-settur tas-saħħa? X'servizz kienu qed joffru? Minn liema belt jew raħal ġew dawk li kienu impjegati taħt din l-iskema? Min kien jiffirmalhom l-invoice li kienet tintbagħat kull xahar? X'kienu l-prezzijiet mitluba f'kull każ? Min approva d-dħul ta' dawn il-persuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mir-records li għandu d-Dipartiment toħroġ din l-informazzjoni:
1. Bejn l-1992 u l-1996 ġew impjegati għal perjodi diversi total ta' 31 persuni taħt l-iskema buying of service.
2. Il-persuni kienu joffru fil-maġġoranza xogħol klerikali. Kien hemm min kien joffri consultancy services, public relations u xogħol ta' superviżjoni.
3. Il-persuni kienu minn dawn il-bliet jew irħula:
9 mill-Mosta
5 minn B'Kara
1 min Ħad-Dingli
3 mill-Għargħur
1 mill-Imsida
6 minn Naxxar
1 minn Raħal Ġdid
1 mir-Rabat
1 mis-Siġġiewi
1 minn Ħal Tarxien
1 mill-Belt
1 minn Ħaż Żebbuġ
4. L-invoice kienet tiġi ffirmata mill-uffiċċjal inkarigat mis-sezzjoni rispettiva li taħtu kienu jagħtu s-servizz.
5. Il-prezzijiet mitluba kienu jvarjaw hekk Lm343.85, Lm422.00, Lm376.33, Lm605.76, Lm690, Lm460, Lm345 fix-xahar. Kien hemm min kien jitħallas Lm1.88, Lm1.85 jew Lm2.82 fis-siegħa.
6. Id-dħul ta' dawn il-persuni kien jiġi approvat jew mis-Segretarju Parlamentari, miċ-Chief Government Medical Officer, mid-diretturi rispettivi jew mill-MPO.
Taħt l-F.M.S. hemm hemm dawn li ġejjin:
1) Persuni impjegati taħt skema buying of Ħdax il-persuna (11) service fis-settur tas-Saħħa bejn l-1992 1996.
2) Servizzi offruti Secretarial, Nursing Task Force
Co-Ordinator, Financial Consultancy, Hotel Management Consultancy,
SLH RefurbishmentConsultancy,
Public Relations,
Professional Support and Advisory Services,
Recruitment Consultancy,
Executive Secretary
3) Belt jew raħal ta' dawk Siġġiewi, Msida, Attard, San Ġiljan,
taħt din l-iskema Żejtun, Żebbuġ, Santa Luċija
4) Min kien jiffirmalhom Membru tal-Bord/Kap Eżekuttiv hekk kif
l-invoice li kienet approvati mill-F.M.S. Board
tintbagħat kull xahar
5) Prezzijiet mitluba f'kull Secretarial Services: Lm85-125 monthly
każ Nursing Task Force Co-Ordinator: Lm380-
456 monthly
Financial Services: Lm666 monthly
Hotel Management: Lm750-810 monthly
SLH Refurbishment: Lm25 monthly
Public Relations: Lm140 monthly
Professional Support and Advisory Services: Lm737-993 monthly
Recruitment Consultant: Lm833 monthly
6) Min kien approva d-dħul ta' L-F.M.S. Board
dawn il-persuni
B'riferenza għall-intervent tiegħi dwar iċ-Ċimiterju fir-Rabat, Malta u l-fatt li l-komunita' Rabtija tinsab imdejqa u urtata ħafna li ilha snin twal tistenna dan il-bżonn fir-Rabat, jista' l-Ministru jagħmel time-frame sabiex il-proċess ta' l-istħarriġ għal dan iċ-ċimiterju ma jkomplix jieħu aktar fit-tul? Jista' l-Ministru jieħu konsiderazzjoni li ma jintużax raba' tajjeb li diġa' jintuża mill-bdiewa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li qiegħed isir kull mezz possibbli biex l-istħarriġ dwar il-possibilta' li jinbena ċimiterju ġdid, limiti tar-Rabat jitħaffef u jiġi deċiż fl-iqsar żmien possibbli. Ma tistax tingħata data definittiva sabiex jitwettaq dan il-proġett.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, biex ma jintużax raba' tajjeb, tiġi mistħarrġa fil-kuntest tal-ħtieġa li jsir ċimiterju ġdid.
Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għall-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 ngħatat permezz tar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1268.
Għall-perjodu mill-10 ta' Novembru 1998 sal-1 ta' Diċembru 1998 ma ngħata l-ebda kuntratt b'direct order.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm ilhom jaħdmu mal-gvern? Kemm minnhom ġew ingaġġati matul dawn l-aħħar sentejn? X'tip ta' kuntratti għandhom u x'salary scale għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-uniku tip ta' konsulenti li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa b'kuntratt huma tobba barranin.
Minn dawn hemm tlieta. L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:
Data ta' Tip ta' Kuntratt Salarju
l-Ingaġġ __________________________________________________ __________
1. 30/08/84 Ta' sena, imbagħad LM7,391 fis-sena
jiġġedded bla taxxa
2. 01/04/95 Ta' Sena Snin LM35,000 fis-sena
bla taxxa.
Is-salarju jiġi
rivedut fis-sena
2001.
3. 01/03/97 Ta' tlett snin LM42,000
fis-sena,
taxxabbli
Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-livelli ta' ċomb: (i) fl-atmosfera; (ii) fil-ħobż Malti; u (ii) fil-ħamrija għas-snin li dawn huma available?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar studju fuq livelli ta' ċomb fl-atmosfera u fil-ħamrija sar fis-snin 1983 u 1984 u fil-ħobż Malti fl-1993. Dan l-istudju fuq il-livelli ta' ċomb fl-atmosfera u ħamrija kien parti minn studju nternazzjonali mniedi mill-UNEP u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Informazzjoni li ħarġet mill-istudju tindika li f'kampjuni li ttieħdu il-`mean' tal-konċentrazzjoni ta' ċomb f'mikrogrammi kull metru kubu kien hekk:
i. fl-arja
Area minn fejn ittieħdu l-kampjuni mean ugPb/Metru kubu
____________________________________________ ___________________
Residential/Industrial 0.17
Background 0.08
Heavy Traffic 1.17
____________________________________________ ____________________
ii. fil-ħamrija
Area minn fejn ittieħdu l-kampjuni mean ugPb/Metru kubu
____________________________________________ ______________________
Ħamrija metru 'l bogħod mix-xifer tat-triq 138
Ħamrija minn 5 sa 40 metru ' bogħod
mix-xifer tat-triq 54
______________________________________________ _____________________
iii. Minn studju ieħor li sar bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u
d-Dipartiment tat-Tossikoloġija tal-Fakulta' tal-Mediċina
u Kirurġija ta' l-Universita' ta' Malta fuq livelli ta'
ċomb fil-ħobż Malti li sar fl-1993, irriżulta li l-`mean'
ta' konċentrazzjoni ta' ċomb fil-ħobż kien hekk:
Ħobż Malti li nħema mean ug Pb/kg
___________________________________________ ________________________
Fi fran imħaddma bl-elettriku 281
Fi fran imħaddma b'mezzi oħra 4063
________________________________________________ ___________________
Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer?
Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses?
Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-tranfsers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn u għal-liema post ġew trasferiti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' infermiera li ngħataw transfer mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum huwa 31.
Minnhom kien hemm 17 enrolled Nurses u 8 Staff Nurses.
Data ta'
transfer Nru. Minn Għall
___________________________________________ _____________________
13.10.98 1 SLH Director Nursing Services
Office
19.10.98 SLH SLH
(MOT) (Gynae Ward)
1 SLH SLH (MOT)
(Gynae Ward)
1 MCH SLH (O/P Dept)
23.10.98 1 SLH (ITU) SLH (Renal Unit)
1 SLH SLH (ITU)
(Renal Unit)
1 SLH MCH (Day duty roster)
30.10.98 1 SLH (Customer SLH (MOP)
Care)
1 CGMO's Office Dental O/P CLinic
03.11.98 1 Tal-Ferħa MCH
1 Minister for Health Division
Social Policy
(Centru Ħidma
Soċjali)
05.11.98 1 Health SLH (M3)
Promotion
Unit
1 SLH Karen Grech Theatre
(E & A Dept) (Anaesthetic Day Duty)
10.11.98 1 HIU SLH (SCBU)
12.11.98 1 SLH (Medical SLH (MSI)
Records)
17.11.98 1 SVPR MCH
25.11.98 1 SLH (Urology) SLH (MOT)
26.11.98 1 SLH MCH
02.12.98 1 SLH (Gynae) SLH (M2)
07.12.98 1 HIU SLH (Post-Natal)
1 MCH Dental Clinic Floriana
1 SLH Boffa Hospital (Ward 4)
(Ophthalmic
Ward)
1 SLH (Dayward) SLH (Ward M3)
09.12.98 1 MCH (MW 10) MCH (Administration)
1 MCH (MW 10) MCH (Juvenile)
1 MCH (MW 5) MCH (MW 6)
2 MCH (MW 10) MCH (MW 3A)
10.12.98 1 SLH (MOP) Boffa Hospital
16.12.98 1 SLH (Dental OHU
O/P)
1 MCH SLH (Orthopaedic Theatre)
______
31
______
Minn dawn it-13 il-transfer indikati hawn fuq, 14 minnhom saru fuq talba mill-individwi stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-Ministru tas-Saħħa fil-perijodu bejn Novembru 1996 u Awissu 1998? Min kienu l-persuni li akkumpanjawh kull darba? Kemm swiet kull safra u kemm kien il-perijodu li l-Ministru dam barra minn Malta kull darba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ministru tas-Saħħa siefer seba' darbiet fil-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Awissu 1998 kif jidher hawn taħt:
Geneva: Pre-Health Conference of Commonwealth Health Ministers
03/05/97 - 15/05/97
Hon Dr. Michael Farrugia
Mr. Mario Azzopardi
Mr. Godfrey Xuereb
Dr. Malcolm Micallef
Total minfuq: Lm3894
Geneva: Meeting with WHO Officials 17/08/97 - 20/08/97
Hon. Dr. Michael Farrugia
Mr. Mario Azzopardi
Dr. Malcolm Micallef
Total minfuq: Lm2454
Copenhagen: Meeting with WHO Officials 03/09/97 - 05/09/97
Hon. Dr. Michael Farrugia
Mr. Mario Azzopardi
Ms Amy Genovese
Mr. Godfrey Xuereb
Total minfuq: Lm5423
Turkey: 47th Session WHO Regional Committee for Europe
14/09/97 - 18/09/97
Hon. Dr. Michael Farrugia
Mr. Mario Azzopardi
Mr. Godfey Xuereb
Total minfuq: Lm5128
Geneva: Ministerial Delegation to attend 50th Assembly of WHO
08/05/98 - 12/05/98
Hon. Dr. Michael Farrugia
Mr. Mario Azzopardi
Total minfuq: Lm2809
Geneva: Ministerial Delegation to attend WHO Convention
14/05/98 - 16/05/98
Hon. Dr. Michael Farrugia
Mr. Mario Azzopardi
Total minfuq: Lm2748
Palermo: International Congress - Lo Statuto dell'Immagine
28/06/98 - 29/06/98
Hon. Dr. Michael Farrugia
Mr. Mario Azzopardi
Total minfuq: Lm407