Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tenforza l-liġijiet kontra ipparkjar fuq il-bankina, speċjalment fil-lokalita' tal-Pieta' fejn hemm problema kbira ta' parking, peress illi dan qed ikun ta'perikolu għar-residenti li jkollhom jgħaddu minn taħt il-bankina?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija kienet u ser tibqa` tinforza r-regolamenti tat-traffiku partikolarment fejn il-ksur ta' dawn ir-regolamenti jirriżulta f'periklu għall-pedestrians.
04.10.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trading licences għall-uffiċċji maħruġa mill-pulizija fis-sena 1991?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trading licences għall-uffiċċji maħruġa mill-pulizija fis-sena 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
04.10.99
Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għall-uffiċċju kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sat-30 ta' Ġunju, 1999?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm permessi maħruġa għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għal uffiċċju kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta'l-Ippjanar sat-30 ta' Ġunju, 1999?
Jista'l-Ministru jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għal uffiċċju taħt il-PAPB li ntirtu għall-ipproċessar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, 1992?
Jista'l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-Pulizija dwar ir-reserved parking illegali li hemm quddiem Carolina Flats, Triq Efesu, Buġibba? Il-Pulizija jafu li din kienet tneħħiet u issa reġgħet saret mingħajr ebda permess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-post ta' parking riservat li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien tneħħa wara li l-persuna li dwara kien ingħata mietet.
Ninsab infurmat ukoll li preżentament m'hemmx reserved parking fil-post indikat.
24.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm li jsiru s-supretendenti tal-pulizija li l-Ministru ilu iwiegħed għaż-żmien twil?
Japprezza li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkun hemm xogħol għas-supretendenti li fadal u dan jista' jnaqqas mill-effiċjenza?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9597 f'din l-istess Seduta.
04.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll qed isir mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq bini li qed isir fil-wied ta' Għajn Żejtuna f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa?
Fl-istess post, Plot 217 qed jinbena bil-permessi kollha, peress li qed jimblokka l-ilma ġiri li hemm.
Jekk ingħataw permessi, meta ngħataw? Kemm marru spetturi tal-bini fl-istess post biex jaraw li kollox miexi skond il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fiż-żona li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, isiru spezzjonijiet mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar minn żmien għal żmien.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija dwar Plot 217, ninsab infurmat illi l-iżvilupp tagħha huwa kopert bil-permess PA 1568/97 maħruġ fis-6 ta' Novembru, 1998. Minn spezzjonijiet li saru minn Uffiċjali ta' l-Infurzar fl-24 u fit-30 ta' Settembru, 1999, irriżulta illi l-iżvilupp għadu fi stadju ta' pedamenti u sar skond il-permessi maħruġa.
Ninsab infurmat ukoll li waqt dan ix-xogol xi materjal waqa` mal-ġenb tal-wied iżda dan mhux qed jimblokka xi passaġġi ta' ilma ġiri. Is-sid tal-plot in kwestjoni ġie formalment ordnat biex ineħħi dan il-materjal. L-Awtorita` ser tkompli ssegwi dan l-iżvilupp u jekk ikun il-każ, tieħu l-passi neċessarji sabiex il-kundizzjonijiet tal-permess ikomplu jiġu osservati.
04.10.99
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-persjani tal-kulleġġ St. Edward's tal-Birgu inbidlu f'oħrajn ta' l-aluminium?
Jista' l-Ministru jagħti n-numru tar-reġistrazzjoni tal-permess ta' l-awtorita'? Meta ġiet approvata? Jekk ma sarux il-permessi meħtieġa quddiem l-awtorita', x'passi se jittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret fuq is-sit irriżulta li l-Kulleġġ St. Edwards ġewwa l-Birgu għamel manutenzjoni ta' persjani tal-injam u bidilhom f'oħrajn simili ta' l-istess materjal.
Ninsab infurmat ukoll li fl-10 ta' Diċembru 1993 inħareġ permess numru PA 2259/93 biex isiru addizzjonijiet u alterazzjonijiet fil-Kulleġġ. Kundizzjoni numru tnejn ta' dan il-permess kienet tindika li l-aperturi u galleriji ma setgħux isiru minn aluiminium ta' kulur 'bronż', 'dehebi' jew 'fidda'. Fil-fatt dawn kienu saru ta' l-aluminium ta' kulur aħdar.
04.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis fis-sigħat ta' overtime għall-ħaddiema tas-Sezzjoni tal-Protezzjoni Ċivili huwiex ta' natura temporanja jew inkella miżura li se tinżamm anke fis-snin li ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Bħal f'kull Dipartiment ieħor l-overtime fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jingħata skond l-esiġenzi tas-servizz fil-mument partikolari.
04.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex policy dwar iż-żamma ta' żwiemel f'bini li jmiss ma' residenzi ta' nies?
Jekk fin-negattiv, hemm il-ħsieb li tiġi ndirizzata din il-problema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar m'għandiex policy speċifika dwar iż-żamma ta' żwiemel f'bini li jmiss ma' residenzi tan-nies, iżda meta jkun hemm applikazzjoni ta' dan it-tip, l-Awtorita` mhux normalment li tagħti permess minħabba l-inkonvenjent li dan jista` joħloq.
04.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan jew ħsieb li min iġib il-liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba jkollu xi restrizzjonijiet, bħal ngħidu aħna, ma jkunx jista' jsuq bil-lejl waħdu jew li għall-ewwel sitt xhur irid ikun akkumpanjat minn persuna liċenzjata aktar minnu fl-eta'?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.
04.10.99
Jista' l-Ministru jordna li ssir patrol mill-pulizija fl-inħawi tal-Gallarija, Fgura, peress li qiegħed ikun hemm ħafna serq mill-karozzi u biex jiġu osservati t-tabelli tat-traffiku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija qiegħda u ser tibqa` tagħmel ronda fl-inħawi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
29.09.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru roadblocks mill-Pulizija mill-5 ta' Settembru 1998 sat-30 ta' Ġunju 1999, ġimgħa b'ġimgħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant tinżamm fuq bażi ta' xahar b'xahar u li fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija dan kien kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
28.09.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8093, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-114 pedestrians li ttajru kienu tfal taħt l-10 snin, bejn l-10 u l-14-il sena u kemm kienu anzjani? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet qed jiġu trattati quddiem il-qrati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-114 pedestrians li ttajru, in-numru ta' tfal taħt l-10 snin kien ta' 11, dawk bejn l-10 u l-14 il-sena kien ta' 9, filwaqt li n-numru ta' anzjani minn 60 sena 'l fuq kien ta' 23.
Ninsab infurmat ukoll li mill-114 każ, 30 minnhom qed jiġu trattati quddiem il-Qorti.
28.09.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess biex isiru pipes għall-kannizzata fuq bankina f'Ħal Tarxien quddiem ir-residenza li d-dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ħadet il-passi neċessarji dwar il-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant u ħarġet Enforcement Notice ECF 660/99 fit-30 ta' Lulju, 1999. Is-sid tal-fond in kwestjoni ġie nfurmat u dan obbliga ruħu li ser ineħħi l-ingombru. Fin-nuqqas ta' dan, l-Awtorita` tneħħi hija stess dan l-ingombru għas-spejjeż tas-sid.
28.09.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li attendew nies għall-attivita' li nżammet f'Ta' Qali fis-6 ta' Ġunju, 1999? Kemm kien hemm pulizija waqt l-istess attivita'? X'miżuri ta' sigurta' ġew meħuda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-attivita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hu stmat li attendew madwar 4,000 persuna.
In-numru ta' pulizija u l-miżuri ta' sigurta` meħuda kienu adekwati u kif jirrekjedu tali attivitajiet.
28.09.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet u/jew negozji oħra liċenzjati ġo: (a) Testaferrata Street, Ta' Xbiex; (b) Msida Road, Gżira; (c) Gżira Road, Gżira; (d) Sliema Road, Gżira; (e) St Georges Street, Gżira; (f) Manna Street, Gżira bejn Gżira Road u Ponsomby Street?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif ġej :
Lokalita` Triq Numru ta' postijiet
liċenzjati
Msida Triq Testaferrata 38
Gżira Triq l-Imsida 28
Gżira Triq il-Gżira 12
Gżira Triq tas-Sliema 28
Gżira Triq San Ġorġ xejn
Gżira Triq ix-Xatt 41
(bejn Triq il-Gżira u
Triq Ponsonby)
28.09.99
Jista' l-Ministru jieħu passi mmedjati biex karozza tal-pulizija tal-marka Ford Sierra bin-numru GVP 153 li tintuża mill-pulizija tal-għassa ta' San Ġiljan issirilha l-manutenzjoni kollha meħtieġa jew oltre minn hekk tinbidel peress li fil-kondizzjoni li tinsab m'hijiex ta' dehen u ġieħ li tintuża mill-korp tal-Pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-vettura li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet ġiet mogħtija general overhaul fl-M.T. Section tal-Pulizija f'Mejju tas-sena l-oħra.
Ninsab infurmat ukoll li f'Lulju ta' din is-sena reġgħu saru t-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-vettura.
27.09.99