Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23379 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23273, jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-claim fi flus Maltin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pretensjoni jammonta għal Lm11277.60. Ma' dawn qed jintalbu wkoll l-interessi fuq is-somma flimkien ma' l-ispejjeż tal-qorti kif ukoll l-ispejjeż ta' l-avukat.
Leg 9 PQ #23125 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22782?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru oriġinali ta' dħul ta' studenti huwa: Sena Numru ta' Dħul 1990 79 1992 89 1994 73 1995 38 1996 29 1997 53 1998 39 1999 68 2000 72 Total 540
Leg 9 PQ #23127 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22781?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap tad-dipartiment tal-Farmaċija ma jagħmilx school visits. Ma jinżammx rendikont tal-laqgħat li jkollu l-kap tad-dipartiment.
Leg 9 PQ #23128 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22780?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jinżammx rendikont għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Iżda ninsab informat li matul is-sena 1999 - 2000 il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija għamel kemm intervisti fuq in-NET Television, fuq porgrammi fuq il-PBS, fuq is-Super One Television u mistieden tal-Professur Anġlu Psaila fuq programm dwar is-saħħa fuq Super One Radio.
Leg 9 PQ #23129 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Reġina

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22779?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f-Ottubru u f'Novembru it-tabib li qiegħed jikkura lit-tifla talab lill-Kap ta' l-Iskola tinforma lill-għalliema dwar il-kundizzjoni ta' l-istudenta. Għalkemm il-Kap ta' l-Iskola ħadet il-passi meħtieġa l-istudenta baqgħet assenti. Qabel il-vaganzi tal-Milied l-istudenta msemmija attendiet ġurnata waħda, biss ma setgħetx tibqa' l-iskola minħabba l-kundizzjoni tagħha. Fit-22 ta' Jannar din l-istudenta reġgħet attendiet iżda wara żewġ lezzjonijiet talbet biex tmur id-dar. Waqt li l-iskola qegħda tipprova tilħaq lill-istudenta billi tibgħatilha xi xogħol, qegħdin ukoll isiru arranġamenti biex tingħata tagħlim id-dar.
Leg 9 PQ #23173 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kredituri

Question

Jista' l-Ministru x'kien l-ammont ta' flus li l-Pixxina Nazzjonali kellha tagħti lill-kredituri tagħha fl-31 ta' Diċembru, 2000? Liema kienu l-kredituri prinċipali u kemm kellhom jieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont dovut lill-kredituri tal-Pixxina Nazzjonali fil-31 ta' Diċembru, 2000 kien ta' Lm79,033. Fost dawn kien hemm: Lm Water Services Corporation u Enemalta 34,450 (minn Nov. '97) Bad Boy Cleaners Co. Ltd 6,772 Mark Cassar (Fuel Supplies) 16,906 Arjakon 1,095 CTB Ltd 1,368 Elesolar 1,231 Gordon Ellul 2,489 MPS Ltd 3,840 Saint Springs Ltd 1,500 Uħud minn dawn kienu għall-ispejjeż kapitali, u ġew meqjusa bħala investiment għall-futur.
Leg 9 PQ #23063 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari çnumru 22772?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-opinjoni tal-Kap tad-dipartiment tal-farmaċija hi li d-dipartiment irid jikber fl-oqsma ta' Farmaċija Prattika u dik Klinika. Id-dipartiment huwa parti mill-Fakulta` tal-Mediċina u Kirurġija. Il-Kap tal-Farmaċija qiegħed jistudja jekk huwiex possibli u ta' benefiċċju li jitressaq il-pjan imsemmi mill-Onor. Membru. La il-kamra ta' l-ispiżjara u l-anqas l-awtoritajiet Universitarji għadhom ma taw il-fehma tagħhom formalment fuq dan l-aspett.
Leg 9 PQ #23064 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22778?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kap tad-dipartiment qabel mal-Bord tal-Fakulta` tal-Mediċina u Kirurġija u li jekk tinħass il-ħtieġa l-grades meħtieġa għad-dħul għandhom jgħolew.
Leg 9 PQ #23065 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22773?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aħħar studju juri li n-numru ta' l-ispiżjara żdiedu matul is-snin (384 fl-1992, 557 fl-1995, 628 fl-1997), 57% huma nisa u 43% huma rġiel. Il-medja ta' l-eta' hija 25 - 29 sena. 48% jaħdmu fil-kommunita`, 18% fl-isptar, 19% marketing u industrija, u 15% xogħol ieħor bħala nutritionist, għalliema, fl-universita` u social workers jew irtirati. L-istudji saru taħt forma ta' proġetti.
Leg 9 PQ #23066 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Staff akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22774?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni mill-istaff akkademiku u mhux, li applikaw għal estensjoni wara li għalqu l-61 u din l-applikazzjoni ġiet miċħuda matul l-1999 u s-sena 2000 hu kif ġej: Staff akkademiku Staff mhux akkademiku 1999 - 0 1999 - 1 2000 - 1 2000 - 1
Leg 9 PQ #23123 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

No question text.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rendikont u t-talba kapitali u rikorrenti għas-sena 2000/1 huma: Personal Emoluments: Lm Academic staff 74000 Non-academic staff 130622 Nefqa Rikorrenti 164370 Nefqa Kapitali 100300 Nefqa għar-Riċerka 107250 Total 576542 Dawn il-proposti għal postijiet akkademiċi huma żieda ta' ekwivalenza għal żewġ postijiet akkademiċi full time u wieħed akkademiku part time fuq dawk preżenti. Il-postijiet mitluba bħala żieda għal dawk mhux akkademiċi jinkludu Messaġġier / Driver 1 Lab Officers 4 Executive Officer 1 Senior Lab. Assistant 1 Lab. Technician 1 Lab. Attendant 2 Faculty Officer 1 I.T./Communication Officer 1 It-tweġiba għall-aħħar parti tad-domanda qed tinġabar.
Leg 9 PQ #23124 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22794?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru xi taħditiet informali. Il-kamra ta' l-ispiżjara jistgħu jgħatu l-pariri tagħhom bil-miktub. Ma ngħatax parir formali mill-kamra ta' l-ispiżjara. Il-kap tad-dipartiment kien qed jirreferi għal pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti. Isiru konsultazzjoni ma' għaqdiet barranin speċjalment waqt konferenzi barra u mad-Dekan tal-Fakulta` kif ukoll il-feedback ma' fejn l-istudent ikun qiegħed jieħu l-prattika.
Leg 9 PQ #23279 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti ta' l-Isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitwaqqaf il-kunsill Malti ta' l-Isport u min huma l-membri li ser jingħataw il-ħatra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isports ser jitwaqqaf fil-ġranet li ġejjin u dan ser ikun magħmul mill-Bord Eżekuttiv u ieħor Konsultattiv. Minħabba li għal Bord Eżekuttiv għadna qed nistennew xi nomini minn Organizzazzjonijiet Sportivi, il-membri ta' dan il-Bord se jitħabbru fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #23313 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St. James Cavalier

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil min tintbagħat il-leaflet ta' informazzjoni fuq attivitajiet kulturali u lectures li jsiru f't James Cavalier? Jekk hemm mailing list, jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu n-nies għal fuq din il-lista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-leaflet ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet li jsiru fil-Kavallier ta' San Ġakbu tintbagħat lil madwar 1000 persuna li urew ix-xewqa li jibdew jirċevuha. Dan għamluh billi imlew kupun li jkun hemm apposta fil-fuljett. Tintbagħat ukoll lill-istampa u l-mezzi tax-xandir u lil numru ta' artisti u kritiċi ta' l-arti. Dan il-fuljett jitqassam b'xejn ukoll lil dawk li jżuru ċ-Ċentru għall-Kreattivita` u mill-uffiċċji ta' l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu li jinsabu f'Bieb il-Belt u fl-Ajruport Internazzjonali. Numru ta' kopji jitqassmu wkoll mil-lukandi 'Five Star' lill-klijenti tagħhom. Jekk l-Onor. Membru tixtieq li tibda tirċievi dan il-fuljett nista' ngħaddi isimha lill-Management tal-Fondazzjoni biex jitpoġġa fuq il-'mailing list' taċ-Ċentru.
Leg 9 PQ #23316 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Kuraturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' selezzjoni ta' kuraturi fid-dipartiment tal-mużewijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa ma hemm għaddej ebda proċess ta' selezzjoni ta' kuraturi fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #23331 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Equipment and Furniture In School Vote

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23160?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23059 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex ma jibqax jiġri li ġuvni jitla' regolarment fil-karozza li tieħu l-istudenti bniet ta' l-iskola Fra Diego Bonanno lejn Bormla u jqassmilhom is-sigaretti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan il-każ ta' Ġuvni li jitla' regolarment fil-karozza li tieħu l-istudenti ta' l-iskola Fra Djego Bonanno lejn Bormla seħħ f'Novembru. Il-Kap ta' l-iskola mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni u ttieħdu l-miżuri neċessarji mill-uffiċjal inkarigat mit-trasport biex dan il-ġuvni ma jibqax jitla' fil-karozza. Minn dak iż-żmien ma jirriżultax li baqa' jitla'. Il-Kap ta' l-iskola qatt ma kellha rapporti li tqassmu xi sigaretti.
Leg 9 PQ #23062 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22775?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rakkomandazzjonijiet tressqu fis-sena 1999 għas-sena akkademika 2001-2002.
Leg 9 PQ #23262 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

B'riferenza għal mistoqsijiet preċedenti li għamilt lilek u lill-Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi dwar analiżi ta' impjegati mal-Gvern bejn Ottubru u Novembru 2000, jirriżulta li n-numru ta' nies impjegati full-time mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni naqsu b'84, minn 7515 għal 7431 (Ghawdex inkluż) Jista' jekk jgħoġbu, il-Ministru jagħti breakdown ta kif sar dan t-tnaqqis sinifikattiv fuq xahar wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-differenza fin-numru ta' l-impjiegi indikata tfaċċat minħabba l-bidla li ġiet introdotta biex jinġabru l-figuri ta' l-impjiegi fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Fil-fatt dawn bdew jinġabru mid-database (HRIMS) li llum teżisti fil-maġġoranza tad-Dipartimenti tal-Gvern. Qabel kien isir kollox b'mod manwali fejn il-figuri kienu jiżdiedu u jitnaqqsu xahar wara xahar bil-konsegwenzi li dan seta' ġab miegħu. Informat ukoll li d-Diviżjoni timpjega numru kbir ta' staff part-time/każwali li minħabba n-natura tar-rabta li għandhom, id-Diviżjoni kontinwament tesperjenza caqliq fin-numru tagħhom. Kien proprju minħabba li s-sistema manwali mhux dejjem kienet qed tirrifletti fedelment is-sitwazzjoni attwali tan-numru ta' l-impjegati, li ġie deċiż li tibda tintuża d-database kompjueterizzata li hi regolarment aġġornata b'mod ċentrali għad-Dipartimenti kollha. Lista ta' l-impjegati li rriżenjaw jew irtiraw fil-perjodu msemmi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23266 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Allowance

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22245, jista' l-Ministru jassigura illi dik il-lista li ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fiha n-nies kollha li kienu jieħdu l-qualification allowance matul is-sena 1999 fl-Universita? Jista' l-Ministru jpoġġi listi separati ta' dawk il-membri mhux akkademiċi fis-snin 1996, 1997, 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista addizzjoniali ta' membri ta' l-istaff mhux akkademiku li kienu ingħataw il-qualification allowance fis-sena 1999. Infromat li r-raġuni għala dawn ma kienux inklużi fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mal-Mistoqsija Parlamentari Numru 22245 hija murija fil-kolonna tar-rimarki. Listi separati ta' dawk il-membri mhux akkademiċi li kienu ingħataw il-qualification allowance fis-snin 1996, 1997 u 1998, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.