B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-interpellanza numru 5129, jista' l-Ministru jgħid kif u fejn intuża l-vot ta' Lm2,000,000 li suppost intuża f'restoration works fis-Salina?
Kemm intnefaq minn dan il-vot sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq indikata fir-risposta u l-valur tax-xogħol jinvolvi x-xogħol kollu li għad irid isir fuq din it-triq. Sa issa ntefqet is-somma ta' madwar Lm 167,000.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' riabilitazzjoni tas-subways fi Triq Sant'Anna, Furjana?
X'se jsir minn dawn is-subways?
Meta se jitlesta x-xogħol li jrid isir u x'inhuma x-xogħlijiet li jonqos isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa sar xi tindif mid-divizjoni tax-xogħolijiet, iżda l-Kunsill Lokali tal-Furjana għandu proposti biex it-tiswija u l-manutenzjoni tas-`subways` ikunu sponsorjati mill-privat u għalhekk il-Kunsill qiegħed jaħdem biex jara jirnexxilux iwettaq dan il-pjan.
Jikkonsidra l-Ministru li l-Gvern idealment flimkien mal-privat, jagħmel pjanijiet għal sistema ta' metro/underground, li tista' tkun ir-riżoluzzjoni ideali għall-problema ta' konġestjoni tat-traffiku li qed tikber dejjem aktar, għad li tista' tfisser spiża enormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li wieħed jista` jikkonsidra suġġerimenti bħal dan, nemmen li għadna l-bogħod biex pjan bħal dan jitfassal.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb ssir Triq Ġdida fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta peress li hemm ħafna residenti joqogħdu f'din it-triq u l-istat tagħha qiegħda tikkawża inkonvenjent kbir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq il-Ġdida fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ġiet indikata mill-Kunsill Lokali lid-Dipartiment tat-Toroq biex tkun inkluża fil-lista tax-xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq is-Subbien f'Wied il-Għajn ma ġietx inkluża fil-lista ta' toroq ġodda li se jagħmel ir-Roads Department f'Wied il-Għajn?
Jaf il-Ministru li din it-triq ilha snin twal tiġi imwegħda li se ssir u li fiha joqogħdu għadd kbir ta' residenti u li din it-triq tinsab fi stat diżastruż?
Għaliex id-direttur tat-toroq se jħalli barra din it-triq meta jien stess ħadtu aktar minn darba biex jara f'liema stat tinsab?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat mid-Direttur tat-Toroq li Triq is-Sibbien qiegħda mniżżla fil-programm ta` toroq li d-Dipartiment ħejja mal-Kunsill Lokali. Bħalissa qed jittieħdu passi ma` l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex jiġu stabbiliti kriterji adekwati li jiddeterminaw il-prijorita` tax-xogħolijiet f`dawn it-toroq biex toroq bħal dawn tingħatalhom prijorita` ġusta li tkun dovuta lilhom.
Barra l-President tar-Repubblika, Prim Ministru, Kap ta' l-Oppożizzjoni, Ministri w Deputati parlamentari, min huma l-persuni li għandhom complimentary free tickets sabiex jivvjaġġaw b'xejn fuq il-vapuri u l-Catamaran tal-Kumpannija Gozo Channel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni mhux responsabbli għall-operazzjoni kummerċjali tal-Kumpanija Gozo Channel u għalhekk mhux f`pożizzjoni jagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li se tidħol l-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet fil-vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, jkollha tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għal vettura partikolari? Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċerat, billi dan il-Ministeru ma jikkontrolax l-importazzjoni ta` `spare parts`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal post ta' direttur fid-Dipartiment tat-Toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-applikażżjonijiet ntlaqgħu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk dan il-Ministeru mhux f`pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Għaliex ingħata permess li jsiru No Parking Signs fuq iż-żewġ naħat tat-triq one way li hemm quddiem ix-centenary stadium f'Ta' Qali? Japprezza l-Ministru li peress li l-parking fl-inħawi huwa diġa' ristrett, parking fuq naħa waħda jista' jiġi permess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku laqa`
Traffic Control Board — San Pawl il-Baħar - Parking
Question
Jista'l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mit-Traffic Control Board biex tiġi milqugħa t-talba tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jitneħħa r-reserved parking quddiem Carolina Flats, Triq Efesu, Buġibba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku informa lill-Kunsill Lokali b`numru ta` ilmenti li kienu qed isiru dwar ir-`reserved parking` quddiem `Carolina Flats`.
Il-Bord kien talab lill-Kunsill biex jinvestiga kif kienu saru dawn il-`markings` għax skond ir-`records` tal-Bord ma kien ħareġ ebda permess għalihom.
Jiena infurmat ukoll li l-`markings` inkwestjoni issa ġew imneħħija.
Peress li t-triq prinċipali tal-Baħrija hija fi stat tal-biki u f'partijiet minnha fid-dlam ukoll u peress li din hija l-unika triq li tintuża mir-residenti ta' dan ir-raħal, jista' l-Ministru jara li jsir xogħol urġenti fuqha qabel ma tidħol ix-xitwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali għandu kuntratt biex isewwi din it-triq fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid fi Triq Lanzon, Ħal Tarxien għaliex ġiet mibdula s-sistema tat-traffiku, bir-riżultat li hija ta' inkonvenjenza kbira għar-residenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jintlaqgħu t-talbiet, li għamlu r-residenti lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien?
Jekk le, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa f'din il-problema?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-tibdil fis-sistema tat-traffiku fit-triq Lanzon kienet tiddependi fuq tibdil li sar f`partijiet oħra fil-viċin. Dan it-tibdil kien sar biex is-sistema tat-traffiku ġo Ħal Tarxien issir aktar effiċjenti.
Kemm il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kif ukoll il-Kunsill Lokali huma lesti li jikkunsidraw kull suġġeriment li jsir mir-residenti biex is-sistema tibqa dejjem titjieb.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9318 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara li jiġi nfurzat li l-ilma tal-funtana ta' Wignacourt fil-Furjana ma jintużax għal ħasil tal-karozzi/xarabank eċċ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nemmen li l-Onor. Interpellant jifhem li l-infurzar tar-regolamenti li jirrigwardaw l-ilma użat fil-funtani pubbliċi hu responsabbilta` tal-Pulizija. Madankollu, jien infurmat li fir-rigward tal-karozzi tal-linja, l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku se tikteb lill-Għaqda tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja biex din tinforma lill-membri tagħha li ma jistgħux jużaw ilma minn funtani pubbliċi, inkluża dik ta` Wignacourt, għall-ħasil tal-vettura tagħhom. Wieħed għandu jifhem ukoll li biex jinqatgħu l-abbużi, hi meħtieġa wkoll il-kooperazzjoni tal-pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni rigward meta se ssir il-fair way ġol-bajja ta' Wied il-Għajn u meta se ssir l-organizzazzjoni tad-dgħajjes ġol-bajja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima qegħda f`diskusjonijiet ma` l-Għaqda tal-Baħħara u Sajjieda tal-lokal sabiex tara kif jista` jitkompla l-proċess għall-implimentazzjoni ta` dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi tat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari numru 8084 dwar Vjal il-Ħaddiem, Rabat? Peress li dan ix-xogħol huwa urġenti, jista' l-Ministru jara li jintervjeni sabiex l-awtoritajiet konċernati ma jeħdux aktar fit-tul? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-azzjoni meħtieġa kellha titieħed mill-Kunsill Lokali biex ikun hemm sinjali `flood lightning` u `road markings` neċessarji. Jien infurmat ukoll li t-`Traffic Control Board` approva li jsir `pedestrian crossings` bil-`pelikan lights`. Dawn il-lights ikunu jistgħu jitwaħħlu iktar `il quddiem.
Ministeru tat-Trasport u Komuikazzjoni — Xogħol nutarili
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istes nutar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-5 ta` Settembru 1998, `l hawn ma sar l-ebda xogħol nutarili għall-Ministeru u għad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru ta` dan il-Ministeru.
B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tar-Rabat sabiex il-Bypass ta' l-Imtarfa tingħata t-tarmac u d-diversi interpellanzi tiegħi u t-tweġibiet tal-Ministru f'dawn l-aħħar għaxar xhur, jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi, cioe' meta se ssir "side way" għall-pedestrians sabiex ikollhom aċċess biex jippassiġġjaw u meta se tingħata t-tarmac li jiena f'isem ir-residenti ta' l-Imtarfa tlabt kemm-il darba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħala parti mix-xogħol biex din it-triq li kienet mibnija ħażin mill-bidu nett li saret, id-Dipartiment ser jieħu l-passi biex wara li jitlesta x-xogħol fid-direzzjoni Rabat Ta` Qali, isir ukoll ix-xogħol fid-direzzjoni l-oħra.