Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-MDC? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza ma sarx caqlieq ta` haddiema fi hdan il-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta. Jekk fil-futur l-esigenzi tal-Korporazzjoni jitolbu hekk, allura jsiru trasferimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-IPSE mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, gew impjegati sitt haddiema godda ma` l-I.P.S.E. Erbgha minnhom gew impjegati wara li kienu riferuti lill-azjenda mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, waqt li t-tnejn l-ohra intghazlu minn fost numru ta` applikanti li kienu applikaw wara l-avviz li kien pubblikat fil-gazzetti lokali.
Jista' l-Ministru jara jekk il-Maltacom hijiex tinvestiga każ ta' malicious phone calls fuq il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li ilha vittma ta' din il-biċċa xogħol żmien twil?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn isiru katusi ta' l-ilma ġodda li qegħdin fuq il-bankina fejn il-kwartieri ġodda ta' l-iscouts fil-Furjana? Jekk fin-negattiv, meta se jitneħħew?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xoghol li ghalih qed issir riferenza gie sospiz temporanjament minhabba diversi ragunijiet, fosthom il-festi tal-millenju u xoghol iehor li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghandha ghaddej fil-belt Valletta. Hekk kif jitlesta x-xoghol fil-belt Valletta, ix-xoghol fil-Floriana ser jitkompla mill-istess kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid xi stock ta' riżerva għandu f'bozoz u antenni tad-dawl għat-talbiet li jsiru għal street lighting?
Meta kienet l-aħħar ħażna ta' bozoz li nxtrat u meta se jinxtara stock ieħor?
Kemm kienet in-nefqa għal dawn il-bozoz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nahseb li l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi ghall-hazna ta` bozoz u lanterni li ghandha l-Korporazzjoni Enemalta. Jiena nfurmat li bhalissa l-Korporazzjoni ghandha hazna ta` 19,861 bozza u 203 lanterni ta` diversi vultaggi. L-ahhar kunsinna ta` din il-hazna waslet ghand l-Enemalta fil-21 ta` Frar ta` din is-sena.
Il-Korporazzjoni qed tistenna li jaslulha diversi ordnijiet li ghamlet ghal 18,000 lampa u 3,950 lanterna ta` vultaggi varji. L-ispiza ghal dawn l-ordnijiet mistennija tlahhaq madwar Lm204,000.
Żabbar — Triq Zarzarell/Triq il-Farfett tal-Fejgel
Question
Jista' l-Ministru jara kif rapport li sar f'Ottubru tal-1999 fuq bdil ta' bozza li tinsab fuq Nru. 23, fi Triq Zarzarell u bejn Triq il-Farfett Tal-Fejgel, Żabbar għadha ma saritx?
X'kienet ir-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li wara li haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta marru fil-post indikat, irrizulta li kuntrarjament ghal dak li qed tghid l-Onorevoli Interpellant, il-bozza li hemm fuq il-bieb numru 23 m`ghandha ebda hsara.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4631?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Ottubru 1998 u Frar 1999, id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur waslulu 1219 ilment minghand il-konsumaturi.
Dawn l-ilmenti huma ta` diversi ghamla, bhal per ezempju nuqqas ta` ghoti ta` ricevuta, verifika ta` prezzijiet ta` tipi differenti ta` oggetti, prodotti skaduti u ohrajn. Barra minn hekk dawn l-istess ilmenti jinvolvu diversi dipartimenti bhal dawk tas-Sahha, V.A.T., Industrija, Kummerc u ohrajn.
L-informazzjoni fil-forma kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jigifieri, it-tip ta` ilment, id-dipartiment li ttrattah u x`rizultat inkiseb gurnata b`gurnata fuq medda ta` hames xhur, titlob uzu ta` kwantita` ta` rizorsi umani li jista` jxekkel l-operat tad-Dipartiment li jrid jigborha u ghalhekk ma narax raguni ghaliex ghandi naghti dawk id-dettalji kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' titjiriet li l-Air Malta għamlet lejn il-Libja mit-tmiem tas-sansjonijiet 'il hawn?
Fejn kienu id-destinazzjonijiet, kemm kien in-numru ta' passiġġieri Maltin, Libjani u oħrajn fuq dawn it-titjiriet?
X'kooperazzjoni mistennija tiżviluppa l-linja nazzjonali ta' l-Air Malta sabiex tkabbar aktar in-numru ta' passiġġieri?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn mindu tnehhew is-sanzjonijiet tal-Gnus Maghquda sa l-24 ta` Frar ta` din is-sena, l-Air Malta ghamlet 493 titjira lejn Tripli u Benghazi fil-Libja. Matul dawn it-titjiriet ingarrew total ta` 96,116-il passiggier.
Ma jidhirlix li jkun fl-ahjar interess tal-linja nazzjonali li nwiegeb l-ahhar parti tal-mistoqsija, liema parti hija ta` natura kummercjali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex żewġt anzjani li l-partikolaritajiet tagħhom qed jintbagħtu separatament għadhom ma rċevewx iċ-ċekk tal-ħobż?
Jista' l-Ministru jgħid min fejn għandhom jiġbru dan iċ-ċekk?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li z-zewg anzjani li ghalihom qed issir riferenza fil-fatt ircevew ic-cekk.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex maisonette, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux jingħata is-servizz ta' dawl u ilma? Hemm xi problemi? Jekk iva, x'inhi u x'rimedju jista' jsir biex dawn il-ħaddiema żgħażagħ ma jbatux konsegwenzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-proprjeta` li ghaliha qed issir riferenza ghadha m agietx fornita bis-servizzi tad-dawl u ta` l-ilma ghaliex m`hemmx mejn ta` l-ilma f`dik il-parti tat-triq. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed tiehu passi biex fi zmien qasir jitqieghed dan il-mejn u hekk ikunu jistghu jinghataw is-servizzi msemmija.
Jista' l-Ministru jara tistax tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li biha dwal fit-toroq taħt imsemmija fil-Ħamrun jixgħelu aktar tard minn oħrajn: Triq A. Buttigieg; Triq San Ġejtanu; Triq San Vinċenz; u Triq Cordina Perez?
Jista' l-Ministru jara li jinbidel l-istreet light fi Triq San Ġejtanu kantuniera ma' Triq Anton Buttigieg fil-Ħamrun?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fl-24 u l-25 ta` Frar saret il-manutenzjoni li kienet mehtiega fid-dwal tat-toroq imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex transfer ta' telephone minn post ġo Ħaż-Żabbar għal ġo post ieħor f'Ħaż-Żabbar ta' l-istess sid baqa' ma sarx sal-lum minkejja li l-klijent mar il-Maltacom diversi drabi u minkejja li kont anki intervenjent jien? (Id-dettalji kollha qed nibgħathom under separate cover)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar ta` din is-sena, sar trasferiment ta` zewg haddiema fil-Malta International Airport. Persuna li kienet ivvolontarjat li taghmel xoghol barra mill-grad taghha, intbaghtet lura f`postha wara li x-xoghol li vvolontarjat ghalih ma kienx hemm aktar bzonnu u persuna ohra talbet hi stess biex ticcaqlaq.
Kull trasferiment li jista` jsir fil-futur ikun skond l-esigenzi u l-htigijiet tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Enemalta? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar caqlieq ta` hames impjegati fil-Korporazzjoni Enemalta. Dawn it-trasferimenti saru minhabba l-esigenzi tal-Korporazzjoni. Fil-futur jista` jsir caqlieq ta` haddiema kemm il-darba l-htigijiet tal-Korporazzjoni jitolbu dan.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li l-Water Services Corporation iddeċiedit unilitteralment li kull residenza f'areas bħal Mellieħa, fejn hemm għadd ta' holiday flats mhijiex residenza permaneneti iżda hija residenza tas-sajf, bil-konsegwenza li m'humiex jieħdu r-rebate li suppost u lanqas ma rċevew l-Lm10 tal-kumpens tal-ħobż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kumpens ta` ghaxar liri qed jinghata lil kull persuna residenti f`Malta u Ghawdex. Il-hlas isir lill-persuna fl-indirizz fejn hi registrata mal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma u fejn tircievi s-sussidju tad-dawl u l-ilma.
Ghaldaqstant ma ttiehdet ebda decizjoni kif allegat fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar sarux xi interviews għall-impjieg fulltime fil-Malta International Airport?
Jista' jgħid jekk hux veru li dawk li qed issirulhom l-interviews kienu diġa' jaħdmu part-time bħala summer workers mal-linja nazzjonali ta' Malta?
Jista' jgħid għal kemm bagħtu?
Jista' jgħid jekk dawn l-individwi kenux qegħdin jirreġistraw jew intbagħtux mill-ETC?
Veru li kien hemm minnhom għadhom qegħdin jistudjaw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li kull darba li jkun hemm vakanza fil-Malta International Airport ghall-gradi koperti mill-Ftehim Kollettiv, tohrog sejha interna ghall-applikazzjonijiet. Jekk ma jintghazlux applikanti minn din is-sejha interna, il-Kumpanija taghmel talba skond il-ligi lill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig biex din tissottometti lista ta` il-kwalifiki mehtiega. Il-Malta International Airport ma ghandha ebda kontroll fuq min ikun fuq il-lista ta` persuni li jidu riferuti lilha lill-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid it-telephone booth li twaħħlet dan l-aħħar f'Santa Luċija, eżatt fejn ir-roundabout qabel ma tinżel in-niżla taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, tistax tiġi spustata peress li qed toħloq inkonvenjent lis-sewwieqa li jkunu ħerġin minn Santa Luċija għalfejn ir-roundabout, peress li l-pożizzjoni ta' fejn ġiet imwaħħla din it-telephone booth qed tagħlaq ferm l-angolu ta' minn fejn ikun ġej it-traffic u per konsegwenza id-drivers li jkunu ħerġin minn Santa Luċija ma jkunux jistgħu jaraw sewwa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-jiem li gejjin it-telephone booth li ghaliha qed issir riferenza ser tigi spustjata minn fejn hi bhalissa biex ma jkunx hemm l-inkonvenjent li rrefera ghalih l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, saru zewg trasferimenti fl-Ufficju Centrali ta` l-Istatistika, persuna residenti Ghawdex intbaghtet tahdem hemm peress li kien imiss lilha li tmur tahdem hemmhekk fuq bazi permanenti u persuna ohra marret tahdem fl-Ufficju minflokha. Trasferimenti li jistghu jsiru fil-futur ikunu skond l-esigenzi ta` l-Ufficju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħofor ta' l-ilma li ġew reġistrati u/jew mogħtija l-permess li jsiru, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? F'liema inħawi ta' Malta ġew mogħtija dawn il-permessi u kemm minnhom huma permessi li nħarġu lil bdiewa u raħħala?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li n-numru ta` hofor ta` l-ilma li gew registrati sena b`sena matul dawn l-ahhar hames snin huwa kif gej:
SENA MALTA GħAWDEX
1995 0 0
1996 0 0
1997 2877 1764
1998 42 14
1999 164 24
2000 13 3
Ma nhareg ebda permess la biex jithaffru u wisq anqas biex jigi ppumpjat ilma minn dawn il-hofor.
Ta` min jghid li fl-1997, in forza ta` l-Avviz Legali numru 120 ta` l-istess sena, inghatat l-opportunita` biex jigu rregistrati dawk il-hofor li kienu thaffru illegalment. Madanakollu l-istess avviz ma kienx intiz biex jillicenzja l-uzu taghhom.