Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2049 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – appuntamenti għal Dental Check Up

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif raġel anzjan fit-18 ta' April 2013 ingħata appuntament mad-Dental Checkup Clinic fl-Isptar Mater Dei għall-1 ta' April 2014, u ftit jiem wara, u ċjoè fit-8 ta' Mejju 2013, irċieva li l-appuntament issa ħa jkun fit-18 ta' Awwissu 2014? Jaf li qed jingħataw bosta appuntamenti mid-Dental Checkup Clinic għall-2014? Il-Gvern huwa kuntent b’dan il-livell ta’ servizz? Meta se jibda l-Gvern joffri lill-pazjenti f'każijiet bħal dawn li jinqdew mill-privat mill-ewwel a spejjeż tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru biex jagħti lid-Dipartiment tas-Saħħa, l-informazzjoni ħalli jkun jista jinvestiga l-kaz. Infurmat ukoll li hemm waiting list li writna mill-amministrazzjoni preċedenti li tmur lura b’sentejn bħal (check up ). Għalhekk bħalissa l-Ministeru tas-Saħħa għaddej b’analiżi biex jistabilixxi linji gwida ta’ stennija u studju l-fatturi li qed jikkontribwixxu għal tul ta’ stennija f’ċertu dipartimenti. Fil-każ tad-dentistrija, din il-problema ser tiġi tibda ndirizzata primarjament bl-ingaġġ ta’ aktar dentisti.
Leg 12 PQ #3645 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4076 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

programm nazzjonali kontra l-obeżità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix programm nazzjonali kontra l-obeżità? Jekk le, x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jiġġieled din il-kundizzjoni medika?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżità li ġie imfassal fuq l-iStrateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-Ħajja”. Din lis-Strateġija ġiet neddija fil-22 ta’ Frar tas-sena 2012. Wara li dan il-pjan ġie n-nawgurat mill-gvern preċedenti, l-Ministeru beda jaħdem biex iwettqu. Għallhekk Id-Direttoprat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u il-Prevenzjoni tal-Mard qed jaħdem mal-Kumitat Intersettorjali ta’ Azzjoni Kontra l-Obeżità (ICCO) u ma’ partijiet interessati oħra biex jimplimenta l-istrateġija. Id-Directorat qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Isir ukoll xoghol ma’ professjonisti mill-qasam tal-edukazzjoni u l-università biex tfal u studenti ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilancjata u l- eżerċizzju fiżiku. Hemm servizzi bla ħlas ghall dawk in-nies li ghandhom bzonn jonqsu mill-piż kemm mill-aspett ta' dieta u kif ukoll eżerċizzju fiżiku
Leg 12 PQ #4079 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Control card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li għandhom il-control card u jekk żdidux f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-kontrol tad-Drogi li taqa` taħt ir-responsabbilità tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, iżżomm l-informazzjoni dwar in-numru ta’ control cards li jinħarġu minn sena għall-oħra, kemm dawk li jġeddu l-kartuna, kif ukoll dawk li tinħarġilhom għall-ewwel darba. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li tindika kemm inħarġu control cards f’dawn l-aħħar 5 snin.
Leg 12 PQ #4080 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Importazzjoni ta’ Antidepressants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati antidepressants u kemm ġew ikkunsmati minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-medicini antidepressants li nħargu mill-istores tas-CPSU flimkien mal-konsumi rispettivi tagħhom għal perjodu 2011-2013. Din l-informazzjoni bdiet tinġabar minn mindu ġie krejat l-CPSU u għalhekk l-istess informazzjoni għal perjodu 2009-2010 ma teżistiex.
Leg 12 PQ #4081 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Renal Unit — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent għamel użu mir-renal unit f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Patient Administration System tal- Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li għamlu użu mir-Renal Unit ġewwa l-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar ħames huma hekk: Admissions to Renal Unit Sena 2008 2009 2010 2011 2012 Nru ta’ Pazjenti 11,374 13,791 12,422 13,744 16,499
Leg 12 PQ #4115 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Stennija għal injection – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha żmien twil tistenna biex tingħata injection?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4116 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Stennija għal Operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu bżonn operazzjoni urġenti imma għadu bla appuntament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #4170 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4171 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Xiri ta’ prodotti farmaċewtiċi – flus dovuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Awwissu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) tal-pagamenti lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fl-aħħar t’Awwissu l-kredituri tal-Entità CPSU kienu jammontaw għal €12.9 miljuni u f’termni ta’ ġranet kif inhu muri skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4172 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtici) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Awwissu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) tal-pagamenti lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4173 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza bejn Marzu u Awwissu 2013 jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, flimkien ma liema kategorija li-pazjenti ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar. It-tieni tabella tiddeskrivi minn fejn ġew referuti l-attendenzi.
Leg 12 PQ #4174 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — average length of stay

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei matul, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Marzu u Awwissu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu 2013 jinsab fit-tabella li se nsemmi hawn taħt. Ninforma lil Onorevoli Membru li dawn il-figuri jiġu kkalkulati għall-inpatients mis-sistema kull xahar u mhux ġimgħa b’ġimgħa, u jeskludu d-Day Cases u n-Nursery Cots. Xahar 2013 Average Length of Stay (ġranet) Marzu 5.1 April 4.9 Mejju 5.1 Ġunju 5.0 Lulju 5.0 Awwissu 5.1
Leg 12 PQ #4175 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – bed occupancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Marzu u Awwissu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu jinsab fit-tabella li se nsemmi hawn taħt f’forma ta’ persentaġġ. Ninforma lil Onorevoli Membru li dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat mis-sistema kull xahar u mhux ġimgħa b’ġimgħa, għas-sodod li jintużaw għall-inpatients u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn Day Cases u n-Nursery Cots. Xahar 2013 % Average Bed Occupancy for In-patient beds Marzu 90.6 April 86.5 Mejju 88.9 Ġunju 85.2 Lulju 85.5 Awwissu 89.0
Leg 12 PQ #4724 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk nurse kwalifikata li ġejja minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u li se taħdem Malta mal-privat bħala nurse ikollhiex xi forma ta’ reġistrazzjoni mad-Diviżjoni tas-Saħħa? Id-diviżjoni għandha mezz kif tkun taf kemm hawn nurses jew professjonisti oħra mill-qasam tas-saħħa u li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li qed jaħdmu Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-nurse li hi mill-Unjoni Ewropea u li ġiet taħdem Malta mal-privat tirrikjedi reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel. L-awtorità tas-Saħħa li tilliċenzja l-isptarijiet Privati, is-Sovratendenza tas-Saħħa Pubblika, titlob lista tan-nurses kollha li jaħdmu f’dawk l-isptar qabel ma’ tinħareġ il-liċenzja.
Leg 12 PQ #4725 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – top management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tibdiliet saru jew se jsiru fit-top management tal-Isptar Monte Karmeli? Veru li s-CEO preżenti se ssir responsabbli mis-servizzi (saħħa mentali) fil-komunità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li c-Chief Executive Officer hekk kif inhu definit fil-liġi hu Chairperson tal-psikjatrija, li hu wkoll Licencee tal-isptar Monte Karmeli. It-tmexxija ser tkun ikkordinata b’mod ħolistiku minn team ta’senior management fejn fih hemm Chairperson li hu wkoll l-Mentor ta¿-zewġ Chief Operator Officer wieħed fil-komunita u l-ieħor fl-isptar akut, il-Clinical Chair tal-psikjatrija, n-Nursing Manager, il-Finacial Officer u segretarju eżekuttiv.
Leg 12 PQ #4726 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – trasferimenti ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi trasferimenti saru jew se jsiru ta’ persuni fit-top management tal-Isptar Monte Karmeli? Huwa vera li s-CEO ta' dan l-isptar, li bdiet hi s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità intbagħtet l-Isptar Boffa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-trasferimenti tas-Senior Management ħares lejn il-mod kif it-tmexxija f’dan il-livell se tindirizza l-ħtiġijiet tal-Att dwar is-Saħħa Mentali biex b’hekk noqorbu aktar lejn il-kontabilta tas-servizz u d-dinjita tal-pazjent.
Leg 12 PQ #4727 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li s-servizzi fil-komunità tas-saħħa mentali se jinfirdu mill-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kura tas-Saħħa Mentali fuq kollox ser tħares id-dinjita tal-pazjent u s-servizz hu wieħed ħolistiku. Dan iffukat biex il-well being tal-pazjent jiġi mħares kemm jista jkun fil-komunita (kura Primarja) u meta jkun hemm ħtieġa tiġi ndirizzata fi sptar akut (Kura Sekondarja). Jgħinu dawn iż-żewġ livelli ta’kura se ikun hemm dak terzjarju (rijabilitattiv). Il-mod kif se jiġi mmexxi u ikkordinat hu xhieda ta’kemm is-servizz tas-Saħħa Mentali hu ndirrizat b’mod sħieħ.
Leg 12 PQ #4164 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4165 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.