Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni Għawdxin u/jew residenti f’Għawdex li qed jiffosterjaw tfal u tagħti l-informazzjoni skont it-tip ta’ fostering? Tista’ tagħti ukoll kemm ilu jsir il-fostering għal kull tifel u tifla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problemi fir-residenza tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-ħsarat imsemmija fil-komun tal-blokka, ix-xogħlijiet qegħdin inklużi f’tender li ngħatat riċentament u għaldaqstant ix-xogħlijiet mistennija jibdew f’qasir żmien. Dwar ħsarat strutturali ġewwa l-appartament imsemmi, li kienu ġew irrapurtati separatament, ix-xogħlijiet ser jiġu nklużi f’tender oħra aktar ‘il quddiem filwaqt li dwar il-kamra tal banju, ma jirriżultax li l-Awtorita tad-Djar għandha applikazzjoni pendenti f’dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid jekk min għandu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol) neqsin għas-snin 1981, 1982, 1984, 1985, 1986 u 1997 hux se jkun possibbli li jħallashom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum mhux permess li jitħallsu arretrati ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jmorru lura b’aktar minn ħames snin.
B’referenza għar-riforma tal-2007 li nħarġu Lm7.4 miljuni Maltin, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bord tal-P&CF qabilx mad-deċiżjoni li jinħarġu Lm7.4 miljuni u jekk sarx eżerċizzju li jkun sostanibbli l-fond għall-ispejjeż kollha li hemm fih għaż-żmenijiet preżenti u futuri? X’sar minnhom l-appendiċi A u B li jiffurmaw parti mill-agreement tal-2007 li huma nieqsa mill-ftehim? Tqabbdu awdituri biex jagħmlu l-eżerċizzju fuq il-Pension and Contingency Fund u min kienu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – gallarija f’periklu — każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5235 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn irrapurtat gallarija hija ta' periklu imma ħadd għadu ma ħa azzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill Onor. Interpellant li saret l-ispezzjoni fil-post imsemmi fit-30 ta’ Ottubru u kif ukoll l-evalwazzjoni tal-ħsarat mit-Tekniċi tal-Awtorità tad-Djar.
Tista' l-Ministru tara li jsir manutenzjoni fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li mill-aperturi jidħol ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li l-aperturi tal-injam qed jiterrew?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward il-pensjoni tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra dwar jekk persuni, li jkunu rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew f’xi istituzzjoni oħra tal-Gvern, għal din ir-raġuni huma obbligati li jgħaddu 80% tad-dħul tagħhom lill-istituzzjoni li jkunu jgħixu fiha, jekk għall-finijiet ta’ taxxa tad-dħul dak l-ammont li jitnaqqas mid-dħul tagħhom jiġix intaxxat jew le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taxxa tiġi mnaqqsa fuq l-ammont gross ta’ pensjoni li jirċievi l-pensjonant.
Għaldaqstant l-ammont imnaqqas li jiġi mgħoddi lill-insituzzjoni li jkun jgħix fiha l-anzjan tiġi ntaxxata ukoll. Hija l-istess sistema li tħadmet mill-Amministrazzjoni preċedenti.
Tista’ l-Ministru tgħid min huwa intitolat li jirċievi s-servizz tal-Meals on Wheels? Kemm hemm persuni li qed jirċievu dan is-servizz illum u li huma kapaċi jsajru? Persuni li jafu jsajru jingħataw dan is-servizz? Kemm trid tħallas persuna biex tirċievi dan is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-Meals on Wheels huwa offrut lil dawk il-persuni li għandhom 60 sena jew aktar u lil persuni b’diżabilità li mhumiex f’qagħda li jippreparaw l-ikliet tagħhom. Kull ikla li hija ssussidjata tiswa lil benefiċċjarju €2.21.
Persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom impjieg
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4099, tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-1,248 persuni li qed jaħdmu u huma rreġistrati bħala persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u sabu impjieg skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? X’tip ta’ xogħol qed jingħataw dawn il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ta` Mejju 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), in-numru ta' persuni reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bħala persuni bi problemi ta' saħħa mentali u kienu qed jaħdmu kien taʾ 103 persuni. It-tabella li turi t-tip ta' xogħol ta' dawn il-persuni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux jipprovdi għajnuna psikoloġika lill-qraba ta’ pazjenti li mietu, li qegħdin l-ITU jew li kellhom korriment? Jekk iva, kemm-il individwu għamel użu minn dan is-servizz? Jekk le, hemm il-ħsieb li jitwaqqaf dan is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata mill-Ministru tas-Saħħa.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — reklamar u public relations
Question
Tista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq riklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Postijiet tal-Gvern – tneħħija ta’ ordni ta’ rekwiżizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tispjega s-sitwazzjoni u l-provedimenti li l-Gvern se jadotta rigward postijiet li tneħħielhom l-ordni ta’ rekwiżizzjoni u li issa ġew derikwiżizzjonati, f`każijiet fejn is-sidien ta’ dawn il-postijiet qed jitolbu lill-inkwilini biex joħorgu minn hemm meta l-istess inkwilini kellhom titolu validu skont il-liġi li jibqgħu hemm u l-ebda liġi ta’ derekwiżizzjoni ma tista’ timponi retroattività? Xi protezzjoni qed joffri l-istat għal din is-sitwazzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – contract for service
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5149 u tgħid min huma dawk il-persuni li ngħataw contract for service mid-9 ta' Marzu 'l hawn? Tista' tgħid kemm tħallsu s'issa? Tista' tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-Bord ta’ Skema Kiri tal-Awtorità tad-Djar ma reġax ġie rikostitwit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali – allokazzjonijiet finanzjarji
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5151 u tiċċara jekk l-allokazzjoni finanzjarja li ġiet allokata għal din is-sena hux se tkun biżżejjed sabiex jitħallsu fuq accrual basis l-operat kollu tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Familja u s-s-Solidarjetà Soċjali għal din is-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għal numru ta’ każijiet fejn il-Ministru naqset milli tagħti risposti għal mistoqsijiet parlamentari li sarulha, b’rispett lejn din il-Kamra, tista’ l-Ministru tara li jitwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari kollha li jsirulha u mhux sempliċement tirrispondi illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra (eżempju Seduta 66 minn sitt tweġibiet li pprovdiet il-Ministru, ħamsa minnhom kienu mwieġba b’dan il-mod) jew li ma jitweġbux bħal W93, W98 u oħrajn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
bordijiet, kummissjonijiet u kumitati fil-qasam soċjali, tal-anzjani u tad-diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5144, tista’ l-Ministru tikkonferma li l-informazzjoni mogħtija lil din il-Kamra hija fil-fatt korretta u li kull persuna li qed tissemma li qiegħda fuq bord li jaqa’ taħt il-Ministeru tagħha fil-fatt ma rriżenjatx, ma skadilhiex it-terminu jew ma tneħħietx mill-kariga?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5127 u tagħti lista aġġornata tal-persuni li għandha jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Kemm minn dawn ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati mal-Ministeru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.