Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għad-diskors, tal-Ministru tal-Finanzi preċedenti dwar il-baġit għal din is-sena, fejn f'pagna 81 kien intqal " .....tnediet l-iskema fejn Kunsilli Lokali qed iħaddmu magħhom mat-80 persuna b'diżabilità. Se nestendu din l-iskema għal ghaqdiet volontarji u entitajiet governattivi oħra biex noħolqu madwar 150 impjieg ieħor għal peruni b 'diżabilità fil-komunità, 50 minnhom f'Għawdex ", jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern preżenti għadux bil-ħsieb li jwettaq din il-miżura kif imħabbra fid-diskors imsemmi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għadu kommess li jkompli din l-iskema msemmija fid-diskors tal-baġit.

Malta Racing Club — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Marsa Racing Club bejn Jannar 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid kemm minnhom huma fuq bażi full-time u kemm fuq bażi part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant ġiet impjegata persuna waħda fuq bażi full-time. Ġew impjegati wkoll żewġ persuni fuq bażi part-time. Dawn jaħdmu mhux aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa, jitħallsu b'rata fissa kull siegħa li jaħdmu u ma jirċievu ebda tip ta' bonus kemm statutorju u kemm xi tip ta' bonus ieħor. Infurmat ukoll li ġew impjegati seba' persuni oħra fuq bażi part-time u dawn jaħdmu biss waqt it-tiġrijiet u l-maġġoranza taghħom jaħdmu fuq roster.

KMS — xiri ta' għamara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat għamara ġdida mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Jannar 2013 u llum? Jista' jgħid ukoll kemm intnefaq fuq din l-għamara u min fejn inxtrat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KMS — xiri ta' monitors u televisions

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx monitors u/jew television mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Settembru 2012 u Marzu 2013? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm inxtraw, ta' liema daqs kienu, kemm intnefaq f'kull każ u minn fejn inxtraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2012 u Marzu 2013 inxtraw żewġ 17" LCD TFT monitors mingħand Scan Ltd. għall-prezz ta' €141.55c l-wieħed. Fl-istess perjodu ma' nxtraw ebda televisions.

KMS — xiri ta' water dispensers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx water dispensersmill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Settembru 2012 u April 2013? Jista' jgħid għal kull każ meta nxtraw, mingħand min inxtraw u kemm damu biex inxtraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2012 u April 2013 inxtraw żewġ water dispensors mingħand Eco Pure, Premium Water Co. Ltd. L-ordni ghal dawn il-water dispensors saret fit-28 ta' Marzu 2013 u dawn waslu fit-03 ta' April 2013.

KMS — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza nħolqot mal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Awwissu 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid għal kull każ: a) x'kienet il-vakanza; b) meta u kif saret is-sejħa; ċ) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull sejħa; u d) minn kien magħżul għal kull vakanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat fil-mistoqsija, inħolqu seba' (7) vakanzi mal-Kunsill Malti għall-Isport. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpless Sportiv tal-Kottonera — ħela ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara li ma jkunx hemm ħela ta' dawl fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera? Jista' jgħid jekk hix prattika normali li l-main hall tal-istess kumpless tkun mixgħula anke meta mhux tintuża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna responsabbli mill-Kumpless Sportiv tal-Kottonera huwa l-facility manager tal-istess faċilità li għandu r-responsabbilità kollettiva ta' kull ma jiġri fil-kumpless. Mhix prattika normali li l-main hall tal-istess kumpless tkun mixgħula anke meta mhux tintuża.

Systems of Knowledge — eżami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk irriżultax li fil-karta tal-eżami tal-livell Avvanzat fis-Systems of Knowledge kien hemm mistoqsija fejn il-verżjoni tagħha bl-Ingliż u dik bil-Malti ma kenux qed jitolbu l-istess informazzjoni, ċjoè ż-żewġ verżjonijiet ma kenux jiftiehmu l-istess? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi se jittieħdu biex l-istudenti ma jbatux dan l-iżball min-naħa ta’ min issettja l-karta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1524. Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-eżami tas-Systems of Knowledge jiġi offrut fil-livell intermediate biss.

Malta Racing Club — audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jiġu ppreżentati l-audited accounts tal-Malta Racing Club? Jista' jgħid ukoll min huma l-awdituri tal-istess Malta Racing Club?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-aħħar li ġew ippreżentati l-audited accounts tal-Malta Racing Club kienu dawk tas-sena 2011. L-awdituri tal-Malta Racing Club huma R.S. Attard-Moore Stephens Malta, Certified Public Accountants.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali tiegħi hija BMW. Din il-karozza hija leased mingħand Meli Car Rentals Ltd għall- perjodu bejn id-09 ta' Ġunju 2009 u l-31 ta' Mejju 2013 bi spiża ta' €1062 (inkluż il-VAT) fix-xahar u ġiet trasferita mill-Ministeru għall-Finanzi wara l-elezzjoni ta' Marzu 2013. Il-kuntratt ġie estiż bl-istess prezz u kundizzjonijiet sat-30 ta' Ġunju 2013.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi ntalbu tmien (8) kwotazzjonijiet sabiex tinkera karozza uffiċjali għas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Il-karozza qed tinkera mingħand Burmarrad Rentals and Leasing għall- perjodu ta' xahrejn bejn it-03 ta' April 2013 u t-03 ta' Ġunju 2013 bi spiża ta' €27.50c + VAT kuljum.

Libja — assistenza fis-settur tal-edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma lill-Kamra x'passi ttieħdu mill-Gvern Libjan fir-rigward ta' assistenza fis-settur tal-edukazzjoni u jekk hux qed issir promozzjoni tat-tagħlim tal-linga Ingliża f'pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa miftuħ għall-kollaborazzjoni ma' kwalunkwe Gvern barrani inkluż dak Libjan sabiex issir promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwa Ingliża f'pajjiżna.

Konferenza Annwali tal-Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-Konferenza Annwali tal-Edukazzjoni għal din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ma jafx għalxiex qed jirreferi l-Onor. Interpellant. Id-Direttorati Edukattivi jagħmlu numru ta' konferenzi, seminars u workshops għall-edukaturi.

Marsa Sports Club – ħlas għall-użu ta’ court

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 1721, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha tinġabar din il-fee għall-court li kien imsemmi fit-tweġiba? Kemm huwa t-total tal-fee li nġabar tul il-perjodu minn meta bdiet tinġabar din il-fee ta' €50? Kemm hemm persuni jew għaqdiet li rreġistraw mal-Kunsill Malti għall-Isports sabiex jużaw din l-istess faċilità? X'maintenance sar fuq din il-faċilità, meta sar u kemm ġie jiswa? Jistgħu jpoġġu ritratti, jekk jeżistu, ta' kif kienet u kif saret il-faċilità wara tali maintenance? Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha tokkupa din il-kariga u kif intgħażlet il-persuna li hija l-manager tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kunsill Malti għall-iSport introduċa ħlas għall-użu tal-court fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fl-2008. Kif ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1721, f’Diċembru 2011 saret reviżjoni tal-ħlas. Minn meta saret ir-revizjoni u bdiet tinġabar il-fee ta’ €50 sal-lum inġabret is-somma ta’ €1,246.82. Il-maġġoranza ta’ dawk li ħallsu biex jużaw dawn il-courts huma aġenziji tal-ivjaġġar li ġabu timijiet barranin bħala turiżmu sportiv. Individwi u għaqdiet sportivi ma jirreġistrawx mal-Kunsill Malti għall-Isport għall-użu ta’ faċilitajiet speċifiċi. Għalkemm l-użu tal-faċilitajiet sportivi b’rati sussidjati huwa wieħed mill-benefiċċji tal-għaqdiet sportivi li jirreġistraw mal-Kunsill Malti għall-Isport, tali għaqdiet sportivi u individwi li jirreġistraw mal-Kunsill Malti għall-Isport jagħmlu dan skont il-proviżjonijiet imsemmija f’Parti VII tal-Att dwar l-Isport (Kap 455). Fil-fatt illum il-KMS għandu aktar minn 400 għaqda, assoċjazzjoni u individwi reġistrati miegħu. Bejn Novembru u Diċembru 2011 sar xogħol fuq dawn il- courts fosthom iż-żebgħa tal-art, tikħil u żebgħa oħra għat-taraġ, installazzjoni ta’ siġġijiet tal-plastik, u nżebagħ iċ-ċint tad-dawra. Il-materjal għal dan ix-xogħol sewa €3,184 u x-xogħol sar mill-ħaddiema tal-KMS. Il- Facility Manager tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa, ġie impjegat mal-Kunsill Malti għall-iSport fl-1 ta’ Novembru 2004 wara li saret sejħa u ġie magħżul wara li saru interviews . Qatt ma ttieħdu ritratti qabel ma sar ix-xogħol f’dawn il- courts filwaqt li ritratti ta’ kif ġiet din il-faċilità qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li fil-preżent qed jaħdmu mal-Kunsill Malti għall-Isport u li fil-leġiżlatura li għaddiet kienu f'xi ministeru? F'liema ministeru kienu, u meta daħlu u/jew ġew trasferiti mal-Kunsill?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SKEJJEL — Amministrazzjoni ta’ mediċini lill-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji pubbliċi, tal-Knisja u indipendenti,li lilhom tiġi amministrata l-mediċina Ritalin waqt il-ħin tal-iskola, skont proċeduri stabbiliti? Kemm huwa n-numru ta' studenti fl-istess skejjel li jingħataw xi tip ta' kalmant waqt il-ħin tal-iskola? Kemm saru żjarat minn infermiera tal-MMDNA għal dan l-iskop mill-1 Ottubru 2012 sal-aħħar ta' April 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej: Skejjel Pubbliċi In-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji pubbliċi li ħadu l-mediċina ġenerika methylphenidate hydrochloride (li dawn jinkludu Ritalin u Equasym) bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2012 u l-aħħar ta’ April 2013, kien ta’ 143 student u li bejniethom kellhom 11657 vista mill-infermiera tal-MMDNA waqt il-ħin tal-iskola. Ma tistax tingħata l-informazzjoni ta’ kemm hemm studenti li jieħdu kalmant imma jista’ jingħata t-tagħrif li hemm 9 studenti li ħadu mediċina anti-psikotika bħal risperidone, sulpride u fluanxol, u li bejniethom kellhom 315 vista mill-infermiera tal-MMDNA fl-istess perjodu waqt il-ħin tal-iskola. Skejjel tal-Knisja Dsatax–il student huma rrappurtati li qed jagħmlu użu mir-Ritalin fl-iskejjel tal-Knisja. Fl-ebda każ ma ġie rrappurtat użu mis-servizz mogħti minn infermiera tal-MMDNA. Skejjel Indipendenti Ġew rrappurtati sitt każijiet ta’ użu ta’ Ritalin fl-iskejjel Indipendenti. Kien biss fi skola waħda li ġie rrappurtat li infermier/a żar/et l-iskola darba kuljum bejn Ottubru 2012 u l-aħħar ta’ April 2013.

GĦAWDEX –kumpless sportiv

Question

Peress li dawk li jiffrekwentaw il-gym tal-kumpless sportiv fi Triq l-Ewropa, Rabat Għawdex, qed jilmentaw minħabba s-sħana u minkejja li saru diversi talbiet biex jiġi stallat aircondition unir ieħor, dan baqa’ qatt ma sar, jista’ l-ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li dan isir?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, il-Ministru għal Għawdex.

ETC – IMPJEGATI F’MINISTERI U ENTITAJIET GOVERNATTIVI

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 721, li kienet dwar in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u li ġew impjegati ma’ Ministeri u entitajiet oħra wara l-11 ta' Marzu 2013, għal liema mistoqsija r-risposta tal-Ministru kienet li kien hemm żewġ persuni li ġew impjegati ma’ Ministeri (wieħed mal-Ministeru tas-Saħħa u ieħor mal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura), u peress li mill- a) mistoqsija parlamentari 722 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru b) mistoqsija parlamentari 723 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej c) mistoqsija parlamentari 725 jirriżulta li ġew impjegati tliet persuni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol d) mistoqsija parlamentari 727 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima e) mistoqsija parlamentari 728 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura f) mistoqsija parlamentari 729 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għal Għawdex g) mistoqsija parlamentari 732 jirriżulta li ġew impjegati żewg persuni fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali h) mistoqsija parlamentari 733 jirriżulta li ġew impjegati 2 persuni fil-Ministeru għall-Intern u s-Siguratà Soċjali, li b'kollox jammontaw għal 12-il persuna, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal din id-differenza ta' 10 persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-informazzjoni li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 721 kienet skont il-formoli ta’ bidu ta’ mpjieg li rċeviet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sa dakinhar tal-mistoqsija. Ta’ min jgħid li l-Korporazzjoni ta’ kuljum tirċievi formoli ta’ bidu ta’ mpjieg minn diversi employers inkluż ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra governattivi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma kellhom l-ebda kuntratt fis-seħħ fi Frar 2013.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – kuntratti ta’ security guards

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.