Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn l-2008 sal-lum, hemm żewġ Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni li kienu jew għadhom jokkupaw xi kariga f’entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Dawn huma:
1. Dr. George Hyzler – Chairman taċ-Ċentru Malti tal-Arbitragg. Jieħu onorarja ta’ €3494.04 p.a. Ilu maħtur mit-23 ta’ Frar, 2010 u għadu jservi.
2. Dr. Frank Portelli – Direttur tal-Bord tal-PBS. Jieħu onorarja ta' €3,000 p.a. Inħatar f’April 2013 u għadu jservi.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19276, jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ kull waħda minn dawk il-11-il darba li kien hemm theddida ta’ bomba fil-Qorti fl-2015?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għad-domanda tal-Onor. Interpellant, kif sussegwentament korretta, l-unika theddida ta’ bomba seħħet fil-15 ta’ Jannar 2015.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-magazine li ppubblika d-Dipartiment tal-Ġustizzja din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Ġustizzja ġie formalment imwaqqaf f' Jannar 2015.
Dan kien involut fil-ħruġ ta’ diversi White Papers, fosthom dik dwar il-Liġi tad-Droga u l-Finanzjament tal-Partiti, fil-kampanja ta' informazzjoni dwar ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja bl-għajnuna ta' fondi Ewropej, kif ukoll fil-ktejjeb informattiv dwar il-Proċess ta’ Medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja. Dan tal-aħħar hu wkoll disponibbli online fuq:
http://mjcl.gov.mt/en/justice/Documents/FAMILY_MEDIATION_MLT.pdf
.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Vjal l-Indipendenza kantuniera ma’ Triq il-Passju ż-Żurrieq peress li din it-triq hi perikoluża u traffikuża għal min jipprova jaqsam min-naħa għall-oħra tat-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li ser jiddiskuti t-talba fil-laqgħa li jmiss.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-water culverts kif ukoll ġibjun / ġibjuni tal-ilma neċessarji biex Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq il-Franka, Triq Mons. A. Caruana u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba ma jkomplux jegħrqu kull meta tagħmel ftit xita, anke għall-fatt illi ż-żona msemmija hija kkunsidrata mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar bħala area prone to flooding?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt din it-talba tiegħu lill-Kunsill Lokali tal-Imqabba li nformawni kif ġej:
“Meta infetħet il-By-Pass, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, fl-Imqabba, kien kostruwit ġibjun fl-aktar partijiet baxxi tal-Imqabba. L-i¿vilupp kien tali illi l-awtoritajiet baqgħu joħorġu l-permessi tal-bini anke fil-partijiet l-oħra tal-Imqabba aktar baxxi minn dan il-ġibjun. Mhux biss, iżda l-permessi bdew joħorġu biex anke jitħaffru basements ‘l isfel mil-livell tat-triq. Dan mill-ewwel xegħel bozza f’dak li hu ppjanar (jew aħjar nuqqas ta’ ppjanar) relatat ma’ housing u toroq. Infatti fir-Rapport għan-Nofsinhar ta’ Malta tal-MEPA, April, tal-2005, kien propost ġibjun addizzjonali indikat fuq is-site plan bħala ‘area prone to flooding’ u saret uffiċjalment il-proposta ta’ bini ta’ ġibjun addizzjonali biex jilqa’ għall-ilma tax-xita.
Sorpri¿i għal fatt illi anke kif rappurtat fil-ħarġa tal-fuljett 35 ‘Kunsill Lokali Mqabba’ f’paġni numri 11 u 14, f’Ġunju tal-2005, meta sar xogħol ta’ bini ta’ toroq, mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, ewlenin fosthom Triq Ġanni Darmanin u Triq Xandru Farrugia li tmiss ma’ Triq Monsinjur Alfons Caruana, ma’ sar l-ebda’ culvert fit-toroq. Dak iż-żmien lanqas ma’ kien inbena xi ġibjun biex jilqa’ l-ilma tax-xita minn dawn it-toroq ġodda. Wieħed kien jimmaġina li toroq ġodda jkunu kkumplimentati minn storm water management sabiex dan l-ilma ma’ jitħalliex nie¿el fl-għelieqi u jifqa’ l-prodotti tar-raba – kif qed isir ma’ kull bexxa xita, għaliex il-ġibjun eżistenti illum il-ġurnata sar żgħir wisq, komparat mal-iżvilupp u l-bini li sar fl-Imqabba. Wieħed irid iqis li l-ilma tal-Imqabba kollu jinżel f’din iz-zona.
Intant, il-Kunsill Lokali tal-Imqabba ma qagħadx b’idejh fuq ¿aqqu u applika mal-MEPA (PA3160/15) biex jinbena dan il-ġibjun kif u fejn propost mill-MEPA stess fl-2005. Propju l-ġimgħa li għaddiet kellna laqgħa fuq is-sit biex ikun relokat l-istess ġibjun mingħajr ma jintmessu l-ħitan tas-sejjiegħ fl-għelieqi. Persważi li għad fadlilna biex insolvu l-problema għaliex l-ewwel nett skont il-BOQ tal-Perit tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, l-ispiża tilħaq il-€1,098,440 u din hija madwar erba’ darbiet u nofs l-allokazzjoni annwali finanzjarja tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba u aktar minn hekk, xorta jibqa’ problema bl-overflow tal-istess ġibjun; mhux se titfgħu fl-għelieqi iżda jrid jmur lejn lokalita’ aktar fil-baxx mill-Imqabba – iż-Żurrieq.”
Il-Kunsill tenna li qed jagħmel pressjoni “sabiex ikunu vvutati fondi biex jinbeda’ l-proġett possibilment bil-prospetti li jkunu ittappjati fondi mill-Unjoni Ewropeja, biex l-istess ilma miġbur ikun jista’ jiġi utilizzat mill-bdiewa tagħna. B’hekk mhux biss insolvu l-problema tal-ilma jiġri fit-toroq iżda wkoll intaffu mill-problema li għandu l-pajjiż ta’ nuqqas ta’ ilma.”
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra l-possibiltà li l-formola ta' finanzjament tal-kunsilli lokali tinbidel biex tkun iktar rapprezentattiva ta' dak li jiġri fil-lokalitajiet differenti, per eżempju biex tieħu in konsiderazzjoni l-fatt li jkun hemm bosta residenti fix-xhur tas-sajf li jkunu fil-lokalità differenti minn dik li jgħixu fiha matul il-kumplament tas-sena kif ukoll biex jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li bosta drabi jkun hemm ukoll numru kbir ta' viżitaturi fil-weekends, jew bosta turisti li kollha jkollhom effett fuq l-infrastruttura ta' lokalitajiet partikulari?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-kawżi ta' libell li nqagħtu matul l-aħħar tliet snin, li ma ġewx appellati? Kemm hu n-numru ta' kawżi li ġew appellati u li għadhom pendenti quddiem il-Qrati ta' Appell? Jista' jagħti tagħrif dwar f'kemm il-każ nqatgħet mingħajrJ m'hemm appell pendenti għaliha, fil-fatt tħallsu l-ħlasijiet li għalihom ġew ikkudannati li jħallsu dawk li ġew ikkundannati mill-qrati tagħna? Liema huma l-entitajiet/persuni li minkejja li ma appellawx għadhom ma ħallsux dak li kien dovut li jitħallas skont l-istess sentenzi tal-qrati Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19797, jista' l-Ministru jagħti dak mitlub u ċjoè rendikont (breakdown b'numri u ċifri) biex juri kif wasal għal 11% tnaqqis tal-kawzi pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra li tikkonferma t-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 19797.
L-Imsida – Triq Ċensu Farrugia – embellishment ta’ art
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tal-Kunsill Lokali jara li dik l-art li hemm fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida, tkun embellished kif suppost għall-ġid tar-residenti billi jara li l-passaġġ ikun adegwat u l-wires jitneħħew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imsida li l-Kunsill flimkien mad-Dipartiment tax-Xoghlijiet u Infrastruttura, fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, waslu fi stadju avvanzat tat-tħejjijiet meħtieġa bil-għan li jinbdew ix-xogħolijiet skont il-permessi tal-MEPA bir-referenza PA2956/14. Fil-preżent, il-wires qed iservu ta’ reċint biex ikun evitat il-periklu għall-pedestrians.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid huwiex jiġġestixxi l-ispazju għar-reklamar fuq il-ħajt li hemm ħdejn il-latrina pubblika fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jekk iva, min qed jieħu ħsieb dan ir-reklamar sabiex kulhadd ikollu l-istess opportunitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-ħajt imsemmi m’huwiex proprjetà tal-Kunsill Lokali u lanqas m'hu qed jiġġestixxi dan l-ispazju għar-reklamar.
B'referenza għall-ftehim milħuq fl-2014 fil-kawża lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kienet qed tinstema quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili, fiex kien jikkonsisti dan il-ftehim u kemm tħalsu flus minn fondi pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm ingħataw fondi permezz tal-iskema Adopt a Notary?
Response (BONNICI, OWEN)
L-iskema ‘Adopt a Notary’ ġiet introdotta f’Jannar tas-sena 2015. Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena l-fondi li ngħataw permezz ta’ din l-iskema jammontaw għas-somma ta’ €84,608.
Superintendence of Cultural Heritage – lista ta’ spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ spezzjonijiet li saru mis-Superintendence of Cultural Heritage minn Marzu 2013 sad-data li fiha se tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tagħmel spezzjonijiet b’mod regolari u kontinwi bħala parti mill-varji dmirijiet legali u regolatorji tagħha.
Skont ir-
records
tas-Sovrintendenza, fil-perjodu indikat saru numru kbir ta’ spezzjonijiet mill-uffiċjali ta’ din l-entità kif muri hawn taħt:
A. Spezzjonijiet li saru fuq propjeta kulturali, bħall-opri tal-arti jew antikitajiet, li jkunu ser jidħlu jew joħorġu mit-territorju nazzjonali Malti:
· 2013 (Marżu sa Diċembru) – 18 spezzjoni
· 2014 – 29 spezzjoni
· 2015 (sa l-aħħar ta’ Awissu) – 29 spezzjoni
B. Spezzjonijiet li saru għal verifika ta’ applikazzjoniet ta’ żvilupp u konsultazzjonijiet li jsiru mill-MEPA:
· 2013 (Marżu sa Diċembru) – 125 spezzjoni
· 2014 – 95 spezzjoni
· 2015 (sa l-aħħar ta’ Awissu) – 70 spezzjoni
C. Spezzjonijiet li saru bħala parti mill-proċess ta’ sorveljanza u moniteraġġ ta’ xogħolijiet ta’ żvilupp u kostruzzjoni fejn hemm riskju ta’ skoperti kulturali ġodda jew ta’ ħsara lil siti kulturali diġa magħrufa:
· 2013 (Marzu sa Diċembru) – 147 spezzjoni
· 2014 – 276 spezzjoni
· 2015 (sa l-aħħar ta’ Awissu) – 176 spezzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li għandhom parentela ma’ xi membru fil-bord tal-PBS u li ġew impjegati mal-PBS jew li kienu impjegati tal-PBS u ħadu promozzjoni? Liema kienu dawn il-każi? Xi gradi huma? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi jinvolvu? F’kull każ saret sejħa pubblika jew interna? F’kull każ min kien fuq il-bord tal-għażla għal kullimpjieg jew għall-promozzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ġie impjegat mingħajr sejħa bħala konsulent tal-Kap E¿ekuttiv u amminstrattur tal-website tal-PBS, issa ġiex fil-fatt impjegat bħala full-time tal-istess post mal-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, kien qed jagħti servizz fuq il-website f’kapaċita’ ta’ contract for service.
Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna ġiet impjegata full-time wara sejħa pubblika skont il-proċedura stabbilita li għaliha ma applika ħadd għajr il-persuna msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-gradi u l-pagi tal-ġurnalisti mal-PBS? Jista’ jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fl- inews room tal-PBS li għandhom pagi li joħorġu mill-istruttura normali? Fuq liema kriterju dawn il-persuni għandhom paga li toħroġ minn din l-istruttura? Min huma dawn il-persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-ġurnalisti kollha jaqgħu taħt l-istruttura uffiċjali tal-pagi hekk kif stabbilita fil-Ftehim Kollettiv.
Tabella li turi l-istruttura tal-pagi qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament daħlet bħala Sales Executive mal-PBS u ngħatat promozzjoni ta’ ġurnalista fl-ogħla skala mingħajr ma kellha is-seniority u l-esperjenza neċessarja? Saret sejħa pubblika biex sar dan? Min kien fuq il-bord tal-għażla biex sar dan? X’salarju u perkaċċi kellha inizjalment u x’salarju għandha issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, daħlet taħdem mal- PBS bħala salesperson, iżda ġiet trasferita b’mod temporanju fuq xogħol tal-website anke minħabba l-fatt tal-kwalifiki lingwistiċi għoljin tagħha. Bħalma dejjem għamlet il-kumpanija, iċ-ċaqlieq intern tal-impjegati isir skont il-ħtieġa tas-servizz. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li ma kien hemm ebda bdil fis-salarju tal-persuna msemmija.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l- Oppozizzjoni għaddejja bi kritika dwar impiegi mal-Gvern jew entitajiet tiegħu, nittama li issa mhux se jikkritika lill-Gvern talli juża r-riżorsi eżistenti tiegħu biex itejjeb il-kwalita’.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Kap Eżekuttiv ġie kkonfermat fil-kariga? Meta seħħ dan? Jista’ jikkonferma li l-Kap Eżekuttiv żamm l-istess kundizzjonijiet li kellu qabel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv tal-PBS għadu bl-istess kuntratt li sar taħt Gvern preċedenti. Ladarba għadu bl-istess kuntratt, s’intendi l-kundizzjonijiet għadhom l-istess.
In-Naxxar — Triq li tgħaqqad Triq is-Salina ma' Triq Burmarrad - xogħlijiet
Question
Billi sqaq il-Kustinjuż, limiti tan-Naxxar, triq li tgħaqqad Triq is-Salina, ma' Triq Burmarrad tinsab fi stat tal-biki, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jassigura li din l-istess triq tingħata wiċċ bit-tarmak, iktar u iktar minħabba li din l-istess triq tista' sservi ta' passaġġ għall-karozzi li jkunu sejrin f'direzzjonijiet opposti, b'mod partikulari lejn il-Magħtab?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.