Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26261 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħaddiema mas-settur pubbliku

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25830 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 25490 li oriġinarjament kienet saret lilu, jista' jgħid f’liema gradi u f’liema dipartiment ġew ingaġġati l-ħaddiema Għawdxin li bdew jaħdmu f’Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? Jista’ jgħid għall-istess perjodu, x’kien il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 18664 fis-7 ta’ Settembru 2015. L-informazzjoni addizzjonali rikjesta dwar il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil kif ukoll n-numru ta’ ħaddiema mis-7 ta’ Settembru 2015 sal- llum għada qed tinġabar u tingħata f’ xi seduta oħra. Finalment l-Onorevoli Interpellant għandu japprezza li l-informazzjoni rikjesta tinvolvi ħafna xogħol u għaldaqstant teħtieġ aktar żmien.
Leg 12 PQ #26262 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25829 u jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru tiegħu jew fid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fid-data tal-31 ta' Mejju 2016? X'irwol għandu kull konsulent u kemm hu s-salarju ta' kull konsulent? X'perkaċċi oħra barra s-salarju għandu kull konsulent?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #26242 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan tad-Diving — miżuri

Question

Jista' l-Ministu jgħid x'ġie implimentat s’issa mill-Master Plan tad-Diving li sar fl-2006 u f’liema sena ġew implimentat kull waħda mill-miżuri li saru? Jista' jgħid x'miżuri għad fadal biex jiġu implimentati u fejn wasal il-Ministeru tiegħu fuq kull miżura ta' dan il-master plan?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #26243 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Vot ta’ Marketing

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-vot tal-marketing ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta li kellu fil-Ministeru tiegħu kif ġie minfuq għas-sena 2014 u għas-sena 2015? Għal kull każ jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull inizjattiva u kemm kien għad fadal minn dan il-vot li ma ntużax sal-aħħar tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid għal kull każ ta' kull inizjattiva li ttieħed b' dan il-vot, ix-xogħol jew is-servizzi sar wara sejħa għall-offerti, talba għal kwotazzjonijiet jew b' direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24446 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fix-Xlendi ma hemm ebda boatyard. Jista l-Onorevoli Interpellant jindika eżatt għal liema parti tax-Xlendi qiegħed jirreferi?
Leg 12 PQ #26091 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-vapur tal-Gozo Channel lejn Sa Maison

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Jannar ta' din is-sena waqaf is-servizz tal-vapur tal-Gozo Channel lejn Sa Maison? Jista' jgħid għaliex issa li għaddew kważi sitt xhur ma nstabitx alternattiva għal dan it-trasport bil-baħar bejn Għawdex u l-Belt Valletta? Jista' jgħid għaliex dan is-servizz twaqqaf sitt xhur ilu meta suppost kellu jibda xogħol fuq estensjoni tal-Yacht Marina f’Sa Maison u sal-lum ma sar l-ebda xogħol fuq din l-estensjoni iżda dan is-servizz importanti twaqqaf?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumpanija GCCL qiegħda tipprovdi servizz alternattiv għal ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Cirkewwa. Sa dan it-tant il-kumpanija għada għaddejja bit-taħdidiet biex tinstab soluzzjoni ġusta għal partijiet kollha konċernati.
Leg 12 PQ #26093 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq Putirjal – madum tal-bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir il-madum tal-bankina fi Triq Putirjal Rabat, Għawdex li tiġi fuq ir-riħ tal-playing field peress li din il-bankina tintuża kuljum minn mijiet ta' persuni u kif tinsab preżentament hija ta' periklu għal kull min jgħaddi minn fuqha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-madum tal-bankina fi Triq Putirjal Rabat Għawdex qiegħed jiġi imwaħħal u x xogħol fuq l-istess bankina beda nhar it-Tnejn 13ta’ Ġunju 2016.
Leg 12 PQ #26096 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur- Triq Għajn Qasab

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parti li fadal fi stat ħażin fi Triq Għajn Qasab fin-Nadur hux ser titħalla fl-istat diżastruż li hi għal sajf ieħor u dan peress li minn din it-triq jgħaddu eluf ta' turisti, Maltin u Għawdxin li ta' kuljum imorru fil-bajja tar-Ramla?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn ix-xogħolijiet ser isiru.
Leg 12 PQ #26088 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 25790 u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ it-tender u liema kienu b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar peress illi l-informazzjoni mitluba hija waħda konsiderevoli.
Leg 12 PQ #26090 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kuntrattur li jipprovdi ħaddiema lill-Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25800 u jgħid min hu l-kuntrattur privat li ngħata l-kuntratt biex jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel? Kemm applikaw għal din is-sejħa għall-offerti u x' kienet l-offerta tagħhom? Bħalissa l-kuntrattur li ġie magħżul, kemm qed jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel u f'liema sezzjonijiet qed jaħdmu? Kemm qed jitħallsu dawn il-ħaddiema kull siegħa ta' xogħol li jagħmlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar peress illi l-informazzjoni mitluba hija waħda konsiderevoli.
Leg 12 PQ #25839 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ Helicopter – Fixed-wing plane

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum min kienu l-persuni li ġew inkarigati mill-Ministeru tiegħu biex jagħtu konsulenza fuq l-airstrip u/jew servizz ta' helicopter jew fixed-wing plane bejn Malta u Għawdex? Kemm tħallsu dawn il-persuni għal dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi kopja tar-rapport jew pariri li ngħata fuq l-airstrip u servizz imsemmi minn dawn il-konsulenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #25844 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – cold stores

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn friża li hemm fil-Cold Stores fix-Xewkija ilha xhur ma taħdimx? X'qed isir biex din tibda titħaddem fl-iqsar żmien possibbli u s-servizz li jingħata, speċjalment lis-sajjieda, ikun wieħed adegwat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-friża tinsab wieqfa minħabba ħsarat intensivi li ġarbu ż-żewġ kumpressuri. Dawn il-kumpressuri bħalissa jinsabu għat-tiswija iżda għadna qed nistennew xi parts li ġew ordnati, jaslu Malta. Appena jaslu l-parts tkun tista’ issir it-tiswija fuq il-kumpressuri u fil-ġimgħat li ġejjin din il-friża mistennija terġa tibda taħdem. Sa kemm tissewwa din il-friża qed ngħamlu użu minn friża oħra li normalment ma tintużax mis-sajjieda.
Leg 12 PQ #25833 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Is-Sannat – Triq Ta’ Ċenċ — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li meta ngħata t-tarmak f’Triq Ta' Ċenċ fis-Sannat Għawdex, ingħata biss dak li jissejjaħ il-base course, u ma ngħatax il-wearing course? Jekk inhu hekk, jista' jagħti raġuni għalfejn sar dan? Dan il-proċess kien approvat minn Transport Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi ntuża base wearing mix u mhux base course bħala kisi bit-tarmak u dan huwa konformi ma' l-istandards ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #25958 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Fibre Optic Cable alternattiv

Question

Jista’ l-Ministru jelabora dwar il-ħtieġa ta’ fibre optic cable alternattiv? Jista’ jgħid x’qatt sar minn amministrazzjonijiet preċedenti dwar din l-inaċċessibilità diġitali li Għawdex isofri minnha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Submarine Fibre Optic Cable ieħor bejn iż-żewġ gzejjer huwa meħtieġ sabiex f’kaz ta’ interruzzjoni ta’ komunikazzjoni permezz tal-Fibre Optic Cable eżistenti jkun hemm back-up effettiv. In-nuqqas ta’ back up cable hija problema serja u qed tostakola investiment dirett sostanzjali ġdid ġewwa Għawdex. Proġetti u investimenti ġodda għal Għawdex ser ifissru bżonn għal bandwidth addizzjonali sustanzjali u, għaldaqstant, għal faċilitajiet ta’ back-up korrispondenti. Minn naħa l-oħra, ta’ min jippreċiża li l-Fibre Optic Cable eżistenti jiflaħ għad-domanda mbassra għal 15 il-sena li jmiss. Il-microwave back-up limit eżistenti mhux alternattiva adegwat. Ma jidhirx li l-amministrazzjoni preċedenti qatt ħadet passi konkreti biex issolvi din il-problema. Kien biss taħt l-amministrazzjoni ġdida li Malta Enterprise f’koordinazzjoni mal-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ikkommissjonat studju ta’ fattibilita’ għal Digital Hub ġewwa Għawdex liema studju kien jitratta wkoll il- Fibre Optic Cable . Dan l-istudju ġie ffinanzjat permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea (ERDF 331). Il-pass li jmiss huwa issa dak li jiġu kklerjati issues finanzjarji sabiex inwettqu tali proġett.
Leg 12 PQ #25805 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq San Lawrenz f’San Lawrenz u Triq Franġisk Portelli fl-Għarb – xogħol fuq it-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li wasal is-sajf għaliex għadu ma sarx ix-xogħol fuq it-tieni kisja ta' tarmac fi Triq San Lawrenz f'San Lawrenz Għawdex u għaliex għadu ma sarx ix-xogħol fuq parti minn Triq Franġisk Portelli fl-Għarb meta dawn huma toroq li kull min imur id-Dwejra jrid jgħaddi minnhom? Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq dawn iż-żewg toroq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi x-xogħolijiet imsemmija ser ikunu mwettqa fil-futur qarib.
Leg 12 PQ #25829 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru tiegħu jew fid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fid-data tal-31 ta' Mejju 2016? X'irwol għandu kull konsulent u kemm hu s-salarju ta' kull konsulent? X'perkaċċi oħra barra s-salarju għandu kull konsulent?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant se tingħatalu f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #25830 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħaddiema mas-settur pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 25490 li oriġinarjament kienet saret lilu, jista' jgħid f’liema gradi u f’liema dipartiment ġew ingaġġati l-ħaddiema Għawdxin li bdew jaħdmu f’Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? Jista’ jgħid għall-istess perjodu, x’kien il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #20185 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 23566.
Leg 12 PQ #25791 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fibre Optic Alternattiv bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25532, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitqiegħed fibre optic alternattiv ġdid bejn Malta u Għawdex? Meta hu mistenni li jibda jiffunzjona dan il-fibre optic alternattiv? Min hu l-kuntrattur li ser jpoġġieh? Kemm ser tkun l-ispiża u mil-liema vot ser tittieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju ma fadalli xejn x’inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25532. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern preżenti se jagħmel dak kollu possibli sabiex ivara dan l-alternative fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u jindirizza dan il-`handicap` qawwi li wiret mingħand amministrazzjoni Nazzjonalista, liema `handicap` diġitali wassal biex Għawdex tilef ħafna investiment barrani tort tax-`short-sightedness` ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.
Leg 12 PQ #25800 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kuntrattur li jipprovdi ħaddiema lil Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur privat li ngħata l-kuntratt biex jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel? Kemm applikaw għal din is-sejħa għall-offerti u x' kienet l-offerta tagħhom? Bħalissa kemm qed jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel il-kuntrattur li ġie magħżul u f'liema sezzjonijiet qed jaħdmu? Kemm qed jitħallsu dawn il-ħaddiema kull siegħa ta' xogħol li jagħmlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.