Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-artijiet — Xiri ta' fond mill-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond jew binja - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - inxtarax mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, b'kemm inxtara? Fiex tikkonsisti din il-binja? Mingħand min inxtrat u jekk huwa possibbli titpoġġa kopja tal-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra u jgħid meta sar il-kuntratt ta' xiri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, il-fond li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma jidhirx li nxtara mill-Gvern.

Korp tal-Pulizija — Applikazzjonijiet għall-kuntistabbli

Question

Peress illi issa diġa' ilu xi xhur li għalqu l-applikazzjonijiet għall-kuntistabbli mal-korp tal-pulizija u li diġa' saru l-eżamijiet mediċi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews biex dawn l-applikanti jkunu jafu x'se jiġri minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-intervisti in konnessjoni ma' l-applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta' taħriġ għal kuntistabbli rġiel u nisa bdew isiru.

Xtajtiet Privati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-partijiet tax-xtajtiet (foreshore) tal-gżejjer Maltin u Għawdxin li huma privati, mogħtija b'encroachment, jew mhux permess aċċess għall-pubbliku inġenerali minħabba xorta oħra? Jista' ipoġġi pjanta fuq il-mejda tal-Kamra li tindika dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma żżommx informazzjoni dwar proprjeta' li hija privata. Dwar partijiet tax-xtajtiet li huma mogħtija b'enroachment ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ sabiex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa huwa wieħed estensiv ħafna.

Kunsilli Lokali — Ċentri ta' Matul il-Jum

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li b'xi mod jew ieħor ikkontribwew għall-ftuħ u/jew għadhom jikkontribwixxu għaż-żamma taċ-ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba trid tingħata mill-Kunsilli Lokali kollha, din għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata malli din tkun finalizzata.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fid-diversi kunsilli lokali kemm hemm sindki, viċi-sindki u kunsillieri li jokkupaw xi kariga jew huma membri ta' xi organizzazjoni non-governattiva, bħalma huma għaqdiet reliġjużi, soċjali, filantropiċi, eċċ.? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull kunsill u jgħid min huma l-persuni, f'liema għaqda qegħdin u x'kariga jokkupaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba trid tingħata mill-Kunsilli Lokali kollha, din għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata malli din tkun finalizzata.

Ġustizzja u Intern — Taxxi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riċerki/trasferimenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura għal riċerki uffiċjali u trasferimenti u passivita' xahar b'xahar matul Jannar 2004 u Ottubru 2004? Kemm kien il-ħlas li l-gvern ħallas lill-kuntrattur għas-servizzi ta' riċerki li dan ipprovda lill-gvern matul l-istess perijodu? Kemm hu l-ammont ta' flus li l-gvern għandu jieħu ta' riċerki li ma nġabrux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Jannar 2004 u Ottubru 2004 l-ammont ta’ flus miġbura u mħallsa għal riċerki uffiċjali u trasferimenti u passivita’ mid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet huwa kif ġej: Riċerki Ammont ta’ flus miġbura mill-Gvern Ammont ta’ flus li l-Gvern ħallas lill-Kuntrattur 2004 Lm Lm Jannar 100,146 98,261 11,202 rigward żieda fil-paga minima Frar 82,365 80,992 9,233 rigward żieda fil-paga minima Marzu 98,097 96,462 10,997 rigward żieda fil-paga minima April 110,300 108,461 Mejju 103,356 101,634 Ġunju 94,408 92,831 Lulju 85,574 82,287 Awissu 84,532 80,432 Settembru 83,824 79,928 Ottubru 91,928 87,632 Total 934,530 940,352 Infurmat ukoll illi l-ammont ta’ flus li l-Gvern għandu jieħu ta’ riċerki li ma nġabrux huwa ta’ Lm30,801.87,0.

Passaporti — Emblema ta' l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġewx stampati passaporti ġodda Maltin bl-emblema ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm kien l-ammont ta' dawn il-passaporti? Kemm kienet l-ispiża għalihom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk kienx hemm xi numru ta' passaporti li ġew obsolete?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma ġewx stampati passaporti ġodda bl-emblema ta' l-Unjoni Ewropea. Il-passaporti li kienu fl- istock fl-1 ta' Mejju 2004, li kienu jammontaw għal 37,200 ġie stampat fuqhom il-kliem "Unjoni Ewropea" liema stampar ġie jiswa Lm1,756.

Uffiċċju Konġunt — Djar ta' abitazzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha djar ta' abitazzjoni l-Joint Office u kemm minnhom vojta maqsuma skond kull lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt għandu 1,789 postijiet mikrija bħala residenzi. Infurmat ukoll illi l-Uffiċċju Konġunt għandu f'idejh iċ-ċwievet ta' 22 post vojt fil-lokalitjiet kif jidhru hawn taħt:- Lokalita' Numru Bormla 5 Binġemma 1 Iklin 1 Msida 3 Pieta' 2 Qormi 1 Senglea 1 Siġġiewi 1 Valletta 7 Djar vojta li jistgħu jiġu rranġati għal akkomodazzjoni soċjali qed jiġu trasferiti lil Awtorita' tad-Djar.

Kunsilli lokali — Bdil ta' bozoz

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm-il bozza nbidlu mill-kunsilli lokali din is-sena? Jekk mhux ta' diffikulta' żejda, jista' jagħtini breakdown lokal lokal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju Konġunt — Applikazzjoni għall-xiri ta' fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex twaqqfet l-applikazzjoni ta' xiri ta' fond ta' l-uffiċċju konġunt ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hija inkwilina ta' dan il-fond?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jivverifika d-dokumenti mibgħuta mill-applikanta biex tiġi rikonoxxuta fil-kirja wara l-mewt tal-kerrej tal-fond in kwistjoni, biex b'hekk jiġi determinat jekk hija tikkwalifikax għax-xiri ta' din il-proprjeta'.

Ġustizzja u Intern — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (BORG, TONIO)

It-tweġiba hija fin-negattiv.

Għawdex — Kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw din is-sena kontravenzjonijiet tat-traffiku f'Għawdex: a) mill-gwardjani lokali; b) mill-pulizija? Kemm ġew immultati l-Għawdxin din is-sena f'Għawdex għal dawn il-kontravenzjonijiet? Kemm kontravenzjonijiet inħarġu f'Għawdex din is-sena li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u kemm weħlu multi fuq l-ambjent f'Għawdex din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2004 nħarġu 2,922 taħrikiet marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku mill-Pulizija f'Għawdex. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika eżatt liema ksur ta' liġi qed jirreferi għalih. Għal dak li jirrigwardja l-kontravenzjonijiet li ngħataw mill-Gwardjani Lokali, ninsab infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pulizija — Qtil ta' żewġ persuni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet dwar il-qtil taż-żewġ persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant għadhom għaddejjin.

San Ġiljan — Artijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6140, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk minn dik ir-risposta sal-lum ingħatawx xi permessi oħra ta' encroachment jew estiżi encroachments diġa' eżistenti? Jekk fl-affermattiv, jista' juri bi pjanta liema kienu dawn l-encroachments?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sal-lum l-pożizzjoni għada l-istess kif ingħad fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 6140, jiġifieri minn dik ir-risposta sal-lum ma ngħatawx permessi oħra ta' encroachments u l-anqas ma ġew estiżi dawk diġa' eżistenti.

Qrati — Sidien ta' ħwienet akkużati fuq bejgħ ta' xorb alkoħoliku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk u kemm tressqu l-qorti sidien ta' ħwienet akkużati li servew xorb alkoħoliku lil minorenni din is-sena sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 4 persuni li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu xorb alkoħoliku lil persuni ta' anqas minn 16-il sena.

Pulizija — Żgħażagħ taħt l-eta' li nqabdu jixorbu l-alkoħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' minorenni li nqabdu jixorbu kontra l-liġi din is-sena sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7148 f'din l-istess Seduta.

Persuni taħt Probation

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li weħlu probation f'dawn l-aħħar 20 sena u jagħti breakdown ta' kemm hemm persuni li weħlu aktar minn darba?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Probation twaqqaf fl-1 ta' Settembru 1994, b'hekk l-informazzjoni disponibbli hija minn din id-data 'l quddiem u hi kif jidher hawn taħt. Sena Numru 1994 22 1995 47 1996 43 1997 47 1998 91 1999 102 2000 201 2001 231 2002 201 2003 126 2004 (sal-21 ta' Ottubru) 69 Infurmat ukoll illi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Probation: 110 persuni ngħataw żewġ Ordnijiet ta' Probation, 40 persuna ngħataw tliet Ordnijiet ta' Probation, 15-il persuna ngħataw erba' Ordnijiet ta' Probation, 5 persuni ngħataw ħames Ordnijiet ta' Probation, u persuna waħda li ngħatat sitt Ordnijiet ta' Probation.