Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9934 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma barranin? Ta' liema nazzjonalita' huma? Kemm hemm nies fil-faċilita' li qegħdin jistennew jew biex jgħaddu ġuri jew għaliex ġiet miċħuda l-liberta' proviżorja? Kemm minnhom huma barranin u ta' liema nazzjonalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #10002 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Testijiet tal-breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet, xahar xahar, tal-breathalyser minn Settembru 1998 'l quddiem? X'kien l-eżitu ta' dawn it-testijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #8583 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Xogħol nutarili

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant u li jkopri l-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998, u l-5 ta' Lulju, 1999, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 05.10.99
Leg 9 PQ #8587 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini f'Tas-Swatar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk struttura li qed tiġi mibnija fuq art li tinsab fuq ix-xelluġ fi triq bla isem li qegħda fil-ġenb tax-xelluġ ta' l-istabbilment Price Club fis-Swatar limiti ta' l-Imsida hijiex tinbena skond il-permessi meħtieġa? Jekk m'hemmx permessi se jittieħedu passi biex dan il-bni jinħatt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li kienet diġa` nbdiet mis-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, ġie stabbilit illi l-istruttura li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, tikkonsisti minn ħajt li nbena biex tingħalaq art li hija proprjeta` privata. Skond l-iskema uffiċjali tal-lokalita`, din l-art hija proġettata bħala ftuħ pubbliku u 'parking area'. Peress li l-ħajt imsemmi nbena mingħajr il-permessi meħtieġa u mingħajr ma ġiet mogħtija l-linja uffiċjali, is-sid konċernat ġie notifikat permezz ta' Stop and Enforcement Notice (ECF 568/99) fejn dan ġie mitlub li jneħħi l-iżvilupp illegali u jreġġa` s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu fiż-żmien sittax-il ġurnata. Ninsab infurmat ukoll li l-Bord ta' l-Appelli rċieva appell dwar l-iStop and Enforcement Notice u għaldaqstant l-Awtorita` ma tista` tieħu l-ebda passi sakemm l-appell (PAB 248/99E) jiġi deċiż. 05.10.99
Leg 9 PQ #8861 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Transit visa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li ngħataw transit visa bejn Jannar u Ġunju, 1999? X'nazzjonalita' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija ħarġet 6,298 transit visa. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika tan-nazzjonalita` tal-persuni li jingħataw din it-tip ta' visa. 05.10.99
Leg 9 PQ #9598 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) Mill-1 ta' Jannar, 1999 kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija rriżenja? Ta' liema rank kien kull wieħed? Kemm minnhom telqu għaliex: (i) għalqu l-61 sena, iż-żmien tal-pensjoni? (ii) għalqu 25 sena servizz? u (iii) irriżenjaw qabel il-25 sena? Ta' liema rank kienu? (2) Kemm-il membru tal-Korp spiċċa minnħabba passi dixxiplinarji u ta' liema rank? (3) Matul l-istess żmien kemm-il persuna reġgħet iddaħħlet fil-Korp tal-Pulizija? F'liema rank? F'kull każ kemm kienet ilha li telqet kull persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-membri tal-Korp tal-Pulizija li spiċċaw mis-servizz bejn l-1 ta' Jannar u t-23 ta' Settembru, 1999, għar-raġunijiet imsemmija kienu kif ġej : Spettur Surġent Kuntistabbli a. bl-eta` ta' 61 sena xejn 1 1 b. wara 25 sena servizz xejn 3 1 c. qabel 25 sena servizz 1 xejn 8 d. tkeċċew xejn xejn 2 e. oħrajn xejn 2 6 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda persuna li reġgħet iddaħħlet lura fil-Korp. 05.10.99
Leg 9 PQ #9602 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases - manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja liema xogħol ta' manutenzjoni sar fuq għases tal-pulzija f'Malta u f'Għawdex? F'liema għases u kemm kien l-ammont fi flus li ntnefaq fuq kull għassa? Fejn huwa previst li jsir xogħol fis-sena finanzjarja li jmiss? X'somma hija maħsuba li se tintnefaq u fuq liema xogħol? Fejn huwa previst li jinfetħu għases ġodda fix-xhur li ġejjin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena tlesta x-xogħol kollu fil-post fejn ġiet trasferita l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt. L-Għassa ta' Ħaz Żebbug ġiet refurbished, filwaqt li f'dik ta' Ħal Qormi ġew mibdula t-toilets u nzebgħa l-uffiċċju ta' l-ispettur. Partijiet mill-Għassa ta' San Giljan ukoll ġiet miżbugħa. Fl-Għassa tar-Rabat inbidlet xi għamara u sar xogħol ta' tibjid, bħal ma sar ukoll fl-Għassa ta' Ħal Balzan u l-Għargħur. Fl-Għassa tal-Mosta saret manutenzjoni u għadu għaddej xogħol ieħor liema xogħol qiegħed fi stadju avvanzat. Dik tal-Qawra u taċ-Ċirkewwa saritilhom ukoll manutenzjoni ġenerali. Beda xogħol ta' manutenzjoni ukoll fl-Għassa tal-Mellieħa. Ninsab infurmat ukoll li ma jinżammux dettalji separati dwar flus minfuqa speċifikament fuq manutenzjoni għall-Għases. Il-programm ta' manutenzjoni ta' l-Għases tal-Pulizija huwa proċess kontinwu li fih isir ix-xogħol meħtieġ skond il-prijorita`. Wara Ii jispiċċa l-proċess ta' l-ingaġġ ta' rekluti ġodda hemm il-ħsieb li tinfetaħ Għassa fl-Imtarfa. 05.10.99
Leg 9 PQ #9603 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — MFA - Ground ta' Kordin

Question

Peress li issa beda l-logħob tal-footbal ta' l-Ewwel Diviżjoni ta' l-MFA fuq bażi regolari fil-ground ta' Kordin, jista' l-Ministru jara li l-pulizija ma jħallux krejnijiet u trailers ipparkjati għall-weekend sħiħ madwar il-ground u speċjalment viċin l-entraturi għall-ground għaliex ifixklu u jillimitaw il-post għall-ipparkjar ta' vetturi ta' spettaturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitnaqqas kemm jista`
Leg 9 PQ #9677 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jaħdmu Malta bil-permess illum? Kemm minn dawn jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew pajjiżi li qed jistennew li jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni barranin li għandhom liċenzja ta' impjieg (employment licence) hu ta' 2,209 skond il-lista pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fis-6 ta' Settembru, 1999. Minn dan in-numru hemm 1,031 persuni ġejjin minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi li qed jistennew li jidħlu fl-Unjoni. 05.10.99
Leg 9 PQ #9680 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni llegalment jgħixu Malta, mill-pulizija din is-sena? Kemm minn dawn daħlu pajjiżna llegalment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena (sat-23 ta' Settembru) il-Pulizija qabdet 511-il persuna jgħixu Malta illegalment, li minnhom 127 kienu daħlu Malta illegalment. 05.10.99
Leg 9 PQ #9681 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tfal taħt is-16-il sena f'bars

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena ġo bars, discos u parties, fejn mhux supost li jidħlu xahar b'xahar din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar kemm inqabdu persuni taħt is-16-il sena ġo bars, discos jew matul din is-sena, xahar b'xahar, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inġibditli l-attenzjoni illi meta kienet qed tinġabar l-istatistika għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7477 mid-diversi uffiċini u taqsimiet tal-Pulizija, bi svista ma ġewx inklużi numru ta' każijiet u għalhekk tirriżulta diskrepanza fin-numru globali ta' dawn il-każijiet bejn kif mogħtija fit-Tweġiba msemmija u dik mogħtija llum. 05.10.99
Leg 9 PQ #9869 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PSC — Pulizija mressqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li tressqu quddiem il-PSC u li l-każ tagħhom għadu ma ġiex deċiż? F'kull każ: (a) ta' liema rank huma; (b) fuq liema akkuża; (ċ) meta saret l-ewwel laqgħa tal-bord fuq kull akkuża; u (d) hemm pulizija li huma sospiżi li l-każ tagħhom għadu ma inqatgħax?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm 10 membri tal-Korp li l-każ tagħhom għadu pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u t-tagħrif mitlub dwar dawn il-każijiet hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda wieħed minn dawn il-membri tal-Korp ma huwa sospiż. 05.10.99
Leg 9 PQ #9870 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri li ħarġu

Question

Mill-1 ta' Jannar, 1999, kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija: spiċċaw qabel għalqu l-25 sena għaliex irriżenzjaw minn jeddhom; ta' liema rank kienu; spiċċaw għax għalqu l-61 sena; u spiċċaw minħabba passi dixxiplinarji?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9598 f'din l-istess Seduta. 05.10.99
Leg 9 PQ #9872 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri - Visti fl-isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta priġunier jkollu bżonn jagħmel viżta fl-isptar, x'kuntatti jkun hemm bejn uffiċjali tal-ħabs u dawk tal-pulizija dwar l-iskorta li jkun hemm bżonn? Tingħata informazzjoni dwar l-isem, biex jkun akkużat eċċ jew imqar dwar jekk persuna tkunx perikoluża jew le? Fil-każ tal-Libjan, Azzabi, dan ma kienx ikkonsidrat perikoluż meta inqabad bi kwantita' hekk kbira ta' droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li meta priġunier, li jkun taħt arrest preventiv jew jiskonta sentenza fil-ħabs, ikun meħtieġ li għal xi raġuni, inkluża dik li jagħmel vista fi sptar, joħroġ mill-Faċilita`, l-awtoritajiet tal-Ħabs javżaw minn qabel b'dan lill-Pulizija. Inżid ngħid illi taħt amministrazzjonijiet differenti, il-livell ta' sigurta` dwar priġunieri akkużati b'reati bħall-priġunier Libjan dejjem kien l-istess. 05.10.99
Leg 9 PQ #9873 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħarba ta' priġunier Għarbi

Question

Mindu ħarab il-priġunier Libjan Azzabi u l-Pulizija Maltija talbet l-għajnuna ta' l-Interpol, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi informazzjoni mogħtija minn dawn ta'l-aħħar dwar fejn jista' jinstab? Fiex waslu l-investigazzjonijiet f'Malta biex jiġi stabilit kif dan il-Libjan ħarab u min seta' għenu?

Response (BORG, TONIO)

Billi l-investigazzjoni dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant għad m'hix konkluża, ma nħossx li hux opportun li wieħed jippubblika d-dettalji dwar l-andament ta' din l-investigazzjoni. 05.10.99
Leg 9 PQ #9969 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-pulizija tat-traffiku kontra dawk li nqabdu jsuqu bil-mod fl-outer lane matul l-1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika. 05.10.99
Leg 9 PQ #9991 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fin-naħa tat-Tramuntana ta' Malta hemm għadd ta' bini b'erba' sulari filwaqt li fin-nofsinhar ta' Malta, partikolarment fl-inħawi ta' Wied il-Għajn, m'hemmx dan il-permess tar-raba' sular? Meta f'Malta għandna l-problema ta' high density population u l-art hi limitata, jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tirrilaxxa r-raba' sular kullimkien?

Response (BORG, TONIO)

L-iskemi ta' żvilupp u għoli permissibli tal-bini storikament huma marbutin ma' l-iskemi ta' żvilupp (pjan regolatur) li saru fis-sittinijiet, sebgħinijiet u t-tmeninijiet. Ovvjament kien hemm diversi tibdil minn dak iż-żmien iżda mhux f'dak li għandu x'jaqsam ma' għoli permissibli. Normalment l-għoli ikun relatat mal-kuntest tat-topografija tal-lokalita` u l-kapaċita` ta' l-infrastruttura tal-post. Ir-reviżjoni ta' l-għoli ta' sulari permissibli huwa ħidma li ssir fil-livell ta' pjan lokali. 05.10.99
Leg 9 PQ #8853 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

B'riferenza għat-3,118 serqa rapportati lill-pulizija bejn Jannar u Mejju, jista' l-Ministru jagħti l-figuri għax-xahar ta' Ġunju? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dan in-numru xahar b'xahar? Kemm hu n-numru ta' persuni li l-pulizija tellgħet il-Qorti konnessi ma' dawn is-serqiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta' tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant. 04.10.99
Leg 9 PQ #9597 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħaddiema

Question

Jista'l-Ministru jagħti n-numru ta' nies li hemm fil-Korp tal-Pulizija bħalissa? Jista' jgħid kif inhuma mqassma f'ranks? Kemm hemm nisa? Kemm fil-fatt għandu jkun hemm membri tal-Korp f'kull grad? Issa li għaddew ħafna xhur minn meta l-Ministru wiegħed li se jinħatru supretendenti biex jimlew il-vakanzi li hemm u dawn ma sarux, jista' jagħti ħjiel jekk dawn hux se jsiru qabel l-aħħar ta' Diċembru? Hemm xi ħsieb li r-rank ta' maġġur jispiċċa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-23 ta' Settembru 1999, in-numru totali ta' membri fil-Korp tal-Pulizija kien ta' 1,738 u kienu mqassma kif ġej : Kummissarju 1 Deputat Kummissarju 1 Assistenti Kummissarji 7 Supretendenti 9 Spetturi 89 Surġenti Maġġuri 4 Surġenti 285 Kuntistabbli 1,342 Minn dawn hemm 11-il spettur, 26 surġent u 154 kuntistabbli li huma nisa. Dwar il-ħatra ta' Supretendenti, huwa maħsub li dawn il-vakanzi jimtlew wara li jiġu valutati l-ħtiġijiet tal-Korp tal-Pulizija u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija għad m'hemmx deċiżjoni. 04.10.99
Leg 9 PQ #9806 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ tal-Prim Ministru

Question

B'riferenza għall-inċidenti li seħħew quddiem il-qorti meta folla ta' partitarji Laburisti nsulentaw, għajjru u pprovaw jaggredixxu lill-Prim Ministru li kien xhud tal-qorti, jista'l-Ministru jgħid kemm alloka pulizija extra quddiem il-qorti l-Kummissarju tal-Pulziija biex jassigura li inċidenti bħal dawn ma jseħħux? La darba l-media Laburista kienet ilha ġranet tħeġġeġ lill-partitarji Laburisti biex jinġabru quddiem il-qorti, x'passi ħa l-Kummissarju tal-Pulizija biex jassigura li l-Prim Ministru jkollu biżżejjed protezzjoni la darba kienet ovvja li setgħu jinqalgħu inċidenti bħal dawn? Min kien is-supritendent tal-pulizija, jew l-ispettur, inkarigat quddiem il-qorti biex jassigura li jagħti l-protezzjoni lill-Prim Ministru u jassigura li ma jseħħux inċidenti? Għaliex il-Kummissarju ma anteċipax li parti mill-folla ta' partitarji Laburisti kienu se jippruvaw jidħlu l-qorti u dawn ġew miżmuma biss mill-istaff tal-qorti? Kemm bagħat pulizija fil-bieb tal-qorti l-Kummissarju tal-Pulizija? Intbagħat fotografu tal-pulizija fuq il-post biex seta jieħu ritratti ta' nies li aggredixxu u għajjru lill-Prim Ministru ħalli jkunu jistgħu jiġu identifikati u jittieħdu passi kontrihom? Jaħseb il-Ministru li għandu jordna investigazzjoni minħabba l-ineffiċjenza tal-pulizija, kemm minħabba n-nuqqas tagħha fuq il-post, kif ukoll talli naqqset milli tanteċipa dawn l-inċidenti meta kien ovvju li quddiem il-qorti kienet se tinġabar folla ta' partitarji li setgħu kienu ostili għall-Prim Ministru li kien xhud tal-qorti? X'investigazzjonijiet qed isiru fuq dawn l-inċidenti mill-pulizija, minn min qed jitmexxew u fiex waslu s'issa? Possibbli l-Ministru jwieġeb fid-dettal għal kull mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Din ma kenitx l-ewwel darba illi l-Prim Ministru ta x-xhieda tiegħu f'kawża ta' libell. F'kull okkażżjoni bħal din hu jkun akkumpanjat mill-Pulizija li għandu miegħu. Iż-żamma ta' l-ordni fil-bini tal-Qorti u madwaru hi responsabbilita` tal-Għassa tal-Belt. Wara l-fatti li seħħew u li bħalhom ilna snin twal ma naraw, qed issir investigazzjoni interna sabiex tassigura li r-reazzjoni tal-Pulizija - anki meta l-aġir ta' folla jkun imprevedibbli - tkun aktar immedjata. Ir-responsabbilita` politika ta' dak li ġara jerfagħha min għoġbu jorganizza folla imbagħad sab li ma setax jikkontrolla l-aġir tagħha. 04.10.99