Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23276 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jikkonferma l-Ministru li mill-1 ta' Jannar, 2002 il-pixxina nazzjonali se tibda titmexxa minn kumpannija? Kif se tkun ifformata din il-kumpannija? X'impjegati se jkollha magħha? Kemm se jkollha impjegati? Kif se jkunu reklutati? X'se jiġri mill-impjegati li bħalissa jaħdmu fil-pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Universita` ta' Malta, is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-uffiċjali mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport sabiex it-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali u faċilitajiet sportivi oħra fl-Universita` jgħaddu f'idejn il-Malta University Sports Complex Limited. Din il-Kumpanija kienet twaqqfet fl-1995, b'51% shareholding ta' l-Universita` u 49% shareholding tal-Gvern, u qegħda terġa' tkun rijattivata. Il-Memorandum and Articles ta' din il-kumpanija sarulu biss xi tibdil minimu minn kif oriġinarjament inkiteb. It-transizzjoni mit-tmexxija eżistenti għal tmexxija minn kumpanija huwa indirizzat f'Operations Agreement li bħalissa qiegħed jiġi ffinalizzat. Rigward l-impjegati eżistenti tal-Pixxina Nazzjonali, il-ħsieb hu li l-Malta University Sports Complex Ltd tassimila kemm jista' jkun mill-ħaddiema li bħalissa huma impjegati mal-Pixxina Nazzjoanli. Bħalissa ma hemm ebda proċess jew pjanijiet għal reklutaġġ ġdid.
Leg 9 PQ #23444 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-1995 sal-lum, sena b'sena fil-Marsa Sports Ground?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1995 sal-lum ġewwa l-Marsa Sports Grounds sar u għadu qiegħed isir diversi tipi ta' xogħol ta' manutenzjoni fuq bażi regolari. Dan ix-xogħol jinkludi: * seeding u overseeding tal-football/rugby/baseball pitches, * żebgħa ta' l-istands ta' l-athletics track, * manutenzjoni tal-fencing, * tindif kuljum tal-ground, courts u parking area, * tindif kuljum tad-dressing rooms, filwaqt li fihom isir ukoll xogħol ta' tibjid kull sena. Xogħol ieħor li sar ġewwa l-Marsa Sports Grounds fil-perjodu msemmi jinkludi: 1996 * Ġew installati floodlights ġewwa l-Athletic Stadium * Ir-Rugby pitch ġie magħluq bil-fence. 1997 * F'Settembru/Ottubru il-Marsa ġarrbet diversi ħsarat minħabba l-għargħar, u kellu jsir xogħol ta' tindif u manutenzjoni straordinarju. Dan kien jinkludi xogħol ta' dindif bid-dumper u tneħħija ta' debris u ħama madwar il-Kumpless kollu. 1998 * F'Jannar il-Marsa reġgħet ġarrbet diversi ħsarat minħaba l-għargħar, u għal darba oħra kellu jerġa' jsir l-istess xogħol ta' tindif u manutenzjoni straordinarju. 1999 * F'Novembru/Diċembru il-Marsa reġgħet għerqet għat-tielet darba fi żmien sentejn. Mill-ġdid kellu jerġa' jitneħħa d-debris u ħama madwar il-Kumpless kollu u jsir xogħol bil-gaffa. 2000 * Matul is-sena 2000 ġiet irranġata t-tirq li tagħti mill-Kumpless għall- Marsa Sports Club. Sar ukoll refurbishing ta' l-entratura tal-Kumpless permezz ta' tħawwil ta' siġar u pjanti dekorattivi. * Matul is-sajf sar xogħol ta' tindif estensiv tal-culverts minn fejn soltu jgħaddi ammont kbir ta' ilma, bħala prekawzjoni kontra l-għargħar. Dan ix-xogħol sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. * Ġew installati floodlights ġodda fil-Football Training Area. * Id-Dipartiment ħareġ tender għall-bejgħ ta' żewġ vetturi li kienu mitluqa fil-parking area tal-Marsa Sports Grounds. Dawn il-vetturi inbiegħu u tneħħew mill-Marsa f'Ottubru. 2001 * Sal-lum apparti x-xogħol regolari ta' manutenzjoni u tindif, għadu qiegħed jitkompla x-xogħol ta' landscaping madwar il-Kumpless.
Leg 9 PQ #23504 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Assunta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti ta' l-iskola Sekondarja Maria Assunta ħarġu madwar tlett darbiet f'ġimgħa, matul il-ġimgħa li tibda 29 ta' Jannar 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-ġimgħa li bdiet fid-29 ta' Jannar, mill-iskola Marija Assunta, ħarġu l-istudenti tal-Form I:1 darba, u l-Form IV:4 darba biss, fil-31 ta' Jannar 2001. Ma kien hemm ebda ħruġ ieħor ta' studenti matul dik il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #23506 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi studenti li jattendu fl-Institute of Health Care, dan l-aħħar kien qed jirċievu l-istipendji tagħhom b'madwar tlett ġimgħat b'lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti ma rċieva ebda ilment fis-sens li qed tgħid l-Onor. Membru. L-uffiċċju li hemm fil-Junior College Gian Franġisk Abela li fih jinħadmu l-istipendji ta' dawn l-istudenti, wkoll ma kienx informat b'dan it-tip ta' diffikultajiet. Fid-dawl ta' din l-interpellanza qed isiru verifiki mad-Dipartiment tat-Teżor, minn fejn finalment joħorġu dawn il-ħlasijiet, biex jinstab jekk kienx hemm dewmien u kif dan jista' jkun rimedjat.
Leg 9 PQ #23508 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Paolino Vassalli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li jattendu l-Iskola Paolino Vassalli, u partikolarment dawn li għandhom l-B.Tech Course, humiex se jingħataw iċ-ċans li jingħataw summer work?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Summer Work normalment jipparteċipaw fih l-istudenti ta' l-Universita` ħlief f'każ eċċezzjonali fejn studenti tas-Secretarial Course ingħataw xogħol fis-sajf għax hekk kien indikat fil-prospectus ta' dan il-kors. Din is-sena s-Summer Work se jkun ristrett biss għall-istudenti ta l-Universita` fuq proġetti konnessi ma' attivitajiet għat-tfal fl-iskejjel fil-kwadru ta' Skola Sajf.
Leg 9 PQ #23202 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni/Universita' — Internett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-segretarjat tiegħu u fl-Universita' fl-amministrazzjoni waslux rapporti li xi membri ta' l-istaff akkademiku qed jidħlu fiċ-chat lines b'messaġġi sesswali u jieħdu sehem f'cyber sex fuq l-internett? Jekk waslu dawn ir-rapport ttieħdu xi passi? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Fir-rigward tas-Segretarjat lanqas biss qatt ma saret xi allegazzjoni fis-sens li qed isemmi l-Onor. Membru. Rigward l-Universita` informat li l-allegazzjoni li saret b'mod anonimu fl-amministrazzjoni ta' l-Universita` ġiet investigata immedjatament. Il-Computing Services Centre ħareġ avviż lil kull min għandu Internet u e-mail Account ma' l-Universita` li dan hu mogħti lilhom biex isir xogħol konness ma' l-Universita`. Il-Computing Services Centre, mill-ewwel beda jinvestiga kemm dawn l-allegazzjonijiet huma vera biex l-Universita` tkun tista' tiddeċiedi tieħu passi u dawn x'għandhom ikunu. Mill-investigazzjonijiet li saru sa issa ma nstab xejn minn dak li kien allegat.
Leg 9 PQ #23247 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22813?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tweġiba għall-ewwel domanda hi fl-affermattiv. Intalbu l-flus mill-Work Resources Fund biex wieħed jista' jkopri l-ispejjeż li ma jkunux koperti minn min jagħmel l-istedina. Fuq il-bażi li l-visti kienu qed isaħħu r-relazzjonijiet Ewropej jew Internazzjonali. Ir-rendikont tal-flus li ingħataw mill-Universita` huma dawn li ġejjin: Infieq Dħul Viżti Passaġġi Subsistence Registration International Socrates Work Office Resource Fund 1.ESCP -- 312.00 50 -- -- 360 Iceland 2.UK -- 350.00 -- 350 -- -- 3.FIP 157.00 320.00 180 -- -- 651 Vienna 4.ESCP -- 240.00 40 -- -- 280 Basel 5.Council 122.40 127.60 -- -- 250 -- or Europe Brussel
Leg 9 PQ #23251 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ntgħażlu biex isiru assistenti kapijiet fl-iskejjel u qegħdin jistennew fil-lista biex jintbagħtu f'xi skola? Kemm minnhom huwa stmat li se jilħqu jiddaħħlu qabel il-lista tal-magħżulin tkun skadiet għax għadda ż-żmien stipulat minn fuqha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa issa laħqu 46 assistent kap tal-Primarja u 43 tas-Sekondarja. L-applikanti għall-Primarja kien hemm 100 u għas-Sekondarja kien hemm 156. Il-lista tas-Sekondarja skadiet fid-29 ta' Jannar 2001. Dik tal-Primarja tiskadi f'Settembru, 2001. Fil-Primarja hemm 4 assistenti kapijiet li ser jagħlqu l-61 sena u 2 li se jagħlqu s-60 sena. Dawn ta' l-aħħar għandhom id-dritt li jibqgħu sal-61 sena.
Leg 9 PQ #23187 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Minimu Nazzjonali — Suġġetti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti ġodda fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li se jiddaħħlu fis-sena skolastika (2001/02)? X'konsultazzjonijiet saru/qed isiru mill-awtoritajiet ta' l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Pjan Strateġiku għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu, jaħseb għall-proċess li jindirizza deċiżjonijiet bħal din ta' dħul ta' suġġetti ġodda. L-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti se jkunu rappreżentati f'dan il-proċess.
Leg 9 PQ #23190 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22797?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istaff mhux akkademiku jagħti servizz akkademiku meta dawn ikunu jistgħu u jixtiequ u dan ikun ta' fejda lil studenti u lill-istaff stess. Kull membru mhux akkademiku jiġi mistieden jagħmel dan sa mill-bidu ta' l-appointment tiegħu meta dan ikun ta' ġid u ta' fejda lil kulħadd.
Leg 9 PQ #23192 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22800?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' lab officers li għamlu jew qed jagħmlu studju post graduate huma 5. Ir-raġuni li dawn il-laboratory officers għandhom jew qed jagħmlu dan l-istudju hi li l-Kap tad-dipartiment tal-Farmaċija u ħafna oħrajn dejjem inkoraġixxew u taw l-għajnuna umanament possibbli anke b'sagrifiċċji kbar biex anke l-istaff mhux akkademiku ikompli jistudja kemm jixtieq u kemm hu possibbli u kemm hu kapaċi. L-istudji kollha li saru jgħinu fid-dmirijiet ta' l-impjegati msemmija.
Leg 9 PQ #23193 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22802?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universitajiet fir-Renju Unit kollha qed jagħtu M.Pharm. u l-maġġoranza ta' dawn huma universitajiet ta' reputazzjoni. Il-konsultazzjonijiet qed isiru ma' l-istudenti, l-istaff akkademiku, mad-dekan, mar-Rettur, u ma' min juri x-xewqa. M'huwiex stabbilit formalment kif u meta u f'liema stadju u minn min għandhom isiru xi konsultazzjonijiet formali mal-Kamra ta' l-Ispiżjara. Kienu l-istudenti li nsistew u għadhom jinsistu mal-Kap tad-Dipartiment biex dan jinsisti li dan l-avvanz li huma jaħsbu li hu msitħoqq lilhom iseħħ. Huwa l-Faculty Board li ressaq is-suġġeriment formalment quddiem is-Senat u li għandu d-dmir u l-obbligu li jagħmel atti bħal dawn fejn jidhirlu li hu xieraq u sewwa. M'hemm xejn li jżomm lill-Kamra ta' l-Ispiżjara li tikteb ir-rakkomandazzjonijiet tanġibbli u pożittivi lil kull min tixtieq.
Leg 9 PQ #23194 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22807?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23184 f'Seduta 487 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #23195 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Farmaċija — Kamra ta' l-Ispiżjar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22805?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru ħafna taħditiet informali u kordjali. Iż-żewġ naħat jixtiequ l-aħjar għal professjoni. Ma jidhirx li hemm nuqqas ta' qbil sostanzjali fl-opinjoni tal-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija mal-membri tal-Kamra. Id-diskussjonijiet dejjem isiru dwar kif l-ispiżjar jista' jagħti servizz aktar ta' fejda lill-pazjent u lill-komunita` u kif jista` jiġi mħarreġ aħjar għal dan l-iskop. Dejjem hemm lok għal titjib u avvanz fil-professjoni u għal aktar diskussjoni. M'hemm xejn li jżomm lill-Kamra ta' l-Ispiżjara li tikteb ir-rakkomandazzjonijiet tanġibbli u pożittivi lil kull min tixtieq.
Leg 9 PQ #23184 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22516 dwar assenteiżmu fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma tirriżultax sistema uniformi ta' ġbir ta' din l-istatistika li tapplika għall-iskejjel kollha - Stat, Knisja u Indipendenti - sibtha diffiċli nagħti t-tagħrif b'mod li jinftiehem u li jkun ġust ma' kulħadd. Tajt struzzjonijiet biex jinstab tarf serju ta' din il-kwestjoni.
Leg 9 PQ #23185 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Minimu Nazzjonali — Suġġetti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti ġodda elenkati fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li ġew introdotti f'din is-sena skolastika? Id-dipartiment sodisfatt bil-progress li sar dwar id-dħul ta' suġġetti ġodda din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena ma daħal ebda suġġett ġdid minn dawk elendati fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. Din is-sena qed issir preparazzjoni għall-introduzzjoni ta' dawn is-suġġetti ġodda.
Leg 9 PQ #23357 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Agreement mal-Gvern Svizzeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata flus il-Gvern Malti mill-Gvern Svizzeru skond l-aħħar agreement? Jista' jgħid kemm intbgħatu għalliema din is-sena 2000? Jista' l-Ministru jispeċifika għal-liema kors intbgħatu? Issa li ġew lura l-istudenti, x'inhuma jiggwadanjaw minn dan l-ischolarship

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23371 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 23262 dwar impjegati full-time mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, jekk qed nifhem tajjeb it-tweġiba li tajtni, jien nista' neħodħa li b'riżultat tas-sistema l-ġdida fil-mod kif jinġabru ċ-ċifri dwar ħaddiema full-time mad-dipartiment instab li, bejn Ottubru u Novembru 2000, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni kien qiegħed jirreġistra li kellu 84 impjegat full-time aktar milli kellu effettivament? F'liema kategoriji, bi breakdown ta' numri f'kull kategorija, kienu jinsabu dawn l-impjiegi fittizji?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed nivverifika t-tagħrif biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23374 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Jum Ħal Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex it-talba għal użu tas-Sala ta' l-Iskola Primarja mill-Kunsill lokali ta' Ħal Għaxaq fl-okkazzjoni ta' Jum Ħal Għaxaq ikun jista' ssir mingħajr l-ebda diffikulta u dan għal ġid tal-lokalita' in ġenerali?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa` qed niddiskuti l-materja mal-partijiet involuti.
Leg 9 PQ #23377 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Interim From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ombudsman tal-Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni maħtura bħala Ombudsman tal-Universita' minn meta twaqqfet din il-kariga? Kemm tressqu lmenti minn studenti quddiem l-Ombudsman tul is-snin kemm ilha teżisti din il-kariga? Kemm ittieħdu deċiżjonijiet favur l-istudenti? Kemm ittieħdu favur l-Universita? Kemm min dawn ma ġewx aċċettati bħala lmenti validi? X'inhi l-medja taż-żmien biex tittieħed deċiżjoni mill-Ombudsman?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.