Billi skond "in-nazzjoni" Gvern Nazzjonalista kien wiegħed nhar is-Sibt, 15 ta' Awissu, 1998 li gvern Nazzjonalista ġdid jiggarantixxi ġustizzja soċjali fil-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, tħossx li dan qed jiġi garantit bil-kontijiet li qed jirċievu in-nies bħalissa? Se tilqa' s-suġġeriment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jsir social impact assessment ta' dawn il-kontijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li t-tariffi tad-dawl u l-ilma huma sostanzjalment orhos minn dawk li kienu gew imhabbra mill-Onorevoli Interpellant meta hu kien Ministru tal-Finanzi.
Il-kontijiet li qed jircievi bhalissa l-konsumatur jirreferu ghax-xitwa bejn Novembru 1998 u Frar 1999. Ta` min ifakkar li matul dik ix-xitwa it-temperatura nizlet hafna aktar mis-snin ta` qabel tant li l-Korporazzjoni Enemalta kienet irregistrat `peak rekord` ta` `output` ta` energija elettrika.
Jidher li f`dak il-perjodu l-konsum ta` l-elettriku zdied b`mod generali minhabba l-fattur tat-temp. Ta` min jghid li f`cirkostanzi bhal dawn, appliances li jintuzaw biex jghollu t-temperatura, bhal hdejjed tal-moghdija, water heaters, magni tal-hasil awtomatici, heaters u ohrajn, juzaw aktar energija elettrika biex jaghtu l-istess livell ta` servizz billi dawn ikunu jridu jghollu t-temperatura minn wahda aktar baxxa mis-soltu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar ta` din is-sena, il-Kumpanija Gozo Channel impjegat 21 haddiem gdid maghha. Sbatax minn dawn il-haddiema godda gew ingaggati wara intervista li saret lil numru ta` persuni li gew riferiti lill-Kumpanija mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, filwaqt li l-erbgha l-ohra gew impjegati wara li hareg il-permess relattiv mill-imsemmija Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jara għaliex bozza li qiegħda f'farmhouse numru 5, Sqaq ta' Għarar, limiti ta' Ħaż-Żabbar, ilu minn Ottubru li applika u għadha ma saritx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza msemmija saret fl-ewwel ta` dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jara kif żewġ bozoz li jinsabu fi Triq Dejma, Fgura, maġenb is-Swan laundry, ma ġewx imsewwija anke wara l-ħafna rapporti li saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fl-ewwel ta` dan ix-xahar, haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta marru jinvestigaw il-hsara msemmija u rrizultalhom li l-bozoz li hemm f`din it-triq fil-fatt jixghelu kollha.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li jinqala' l-arblu tad-dawl li hemm mal-faċċata tad-dar numru 37A, St Mary Street, Żebbuġ peress li dan joħloq ċertu inkonvenjent u riskju għal min jabita f'din id-dar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-arblu li ghalih qed issir riferenza kien twahhal biex ikun jista` jsir xoghol ta` kostruzzjoni fuq il-proprjeta` imsemmija. Meta dan ix-xoghol jitlesta, hemm il-hsieb li l-arblu jitnehha.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta biex jitwaħħlu bozoz ġodda ġewwa: Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn? Kemm ilha li saret it-talba għal dawn il-bozoz (street lighting)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 14-il talba biex jitwahhlu bozoz godda fit-toroq taz-Zejtun, 48 talba li jirrigwardaw it-toroq f`Haz-Zabbar u 30 talba li jikkoncernaw it-toroq f`Wied il-Ghajn. Dawn it-talbiet, li gew sottomessi mill-Kunsilli Lokali ta` dawn l-irhula, kollha saru matul l-1999.
Jista'l-Ministru jgħid min kien u min għadu joħroġ iċ-ċertifikati ta' l-ILS calibration?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali ma nhossx li ghandi naghti l-isem tal-kumpanija. Madanakollu nista` nghid li l-kumpanija li taghmel dan ix-xoghol ilha taghmlu ghal numru ta` snin. L-ahhar kuntratt kien gie ffirmat biex ikopri perjodu ta` hames snin u kien gie ffirmat mill-Gvern qabel ma` r-responsabbilta` ta` l-ILS ghaddiet ghand l-M.I.A. f`Mejju ta` l-1998.
Billi fin-National Programme for the Adoption of the Acquis jingħad li għalkemm il-gvern beħsiebu jimplimenta il-proviżjonijiet pertinenti tal-WTO trips agreement din is-sena kif ukoll li għandu riżervi dwar partijiet sostantivi tal-Paris u l-Berne Conventions, tista' telabora dwar dawn l-oġġezzjonijiet tal-gvern Malti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li Malta ilha sa mill-1967 membru tal-Konvenzjoni ta` Parigi u mill-1964 membru tal-Konvenzjoni ta` Berna.
Meta f`Dicembru ta` l-1977 iffirma l-Att ta` Stokkolma dwar il-Konvenzjoni ta` Parigi u l-Att ta` Parigi dwar il-Konvenzjoni ta` Berna, pajjizna intrabat biss dwar il-provizjonijiet permanenti. Madanakollu, bhala membru tal-W.T.O., Malta, permezz tal-Ftehim fuq Trade-related Aspects of Intellectual Property Rights, hija obbligata li tosserva l-provizjonijiet kollha taz-zewg Konvenzjonijiet.
Kif indikat fin-National Programme for the Adoption of the Acquis, taht il-kapitlu `Short Term Priorities 2000`, il-legislazzjoni gdida dwar il-Privattivi Industrijali, id-Drittijiet ta` l-Awtur u Trade Marks, ser jipprovdu ghal dan, jigifieri meta din il-legislazzjoni tigi fis-sehh Malta tkun konformi ma` dawn il-Konvenzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MSCL mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 tax-xahar ta` din is-sena, gew impjegati 7 persuni mat-Tarzna ta` Malta. Zewg persuni gew ingaggati bhala `diagnosticians`, wiehed, li gie reinstated, bhala `External Grit Blaster` (reinstated) u erbgha bhala `Female Data Entry Operators`.
L-ingagg sar permezz tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig minbarra f`kaz wiehed fejn il-persuna nvoluta giet `reinstated` skond il-policy ta` l-azjenda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Istatistika mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi l-Ufficcju Centrali ta` l-Istatistika ma mpjegax haddiema godda, pero` fl-ahhar xhur ghamel uzu mis-servizzi ta` tlitt impjegati mislufa mill-MIMCOL fuq bazi `part-time`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Industrija? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta` Jannar 2000, sar trasferiment ta` zewg haddiema fid-Dipartiment ta` l-Industrija. Dan sar wara talba tal-haddiema nnifishom. Jekk fil-futur il-htigijiet tad-Dipartiment jitolbu li jkun hemm trasferiment ta` haddiema, allura dawn isiru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza 17-il persuna gew ingaggati mal-Malta Freeport. Hdax minnhom intaghzlu minn fost numru ta` persuni li kienu gew riferuti lill-Kumpanija mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Is-sitta l-ohra gew ingaggati wara li kienu saru avvizi fil-gazzetti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti bil-miktub jew personalment dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li ħarġu ftit jiem ilu għal perijodu Novembru 1998/Marzu 1999 dwar żieda kbira fil-kont minn dak ta' qabel?
Jikkonferma li wara dawn l-ilmenti hemm xi kontijiet li tnaqqsu b'mod sostanzjali minħabba li ntqal li saru xi żbalji? Jaf il-Ministru li kien hemm xi kontijiet li kważi rduppjaw minn dak ta' qabel?
Kemm kienet iż-żieda fuq dawl u ilma li kien daħħal dan il-gvern fil-budget ta' l-1998 li bdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li kull meta l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` il-kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma, numru ta` konsumaturi jilmentaw dwarhom. Uhud minn dawn l-ilmenti jkunu gustifikati waqt li ohrajn majkunux. Ta` min izomm quddiem ghajnejh li l-kontijiet ghall-perjodu imsemmi inhargu fi zmien hmistax-il gurnata minflok fi zmien hames gimghat kif kien isir is-soltu. Ghaldaqstant wiehed malajr jifhem ghaliex in-numru ta` konsumaturi li kellhom ilment dwar il-kont kien jidher xi ftit akbar mis-soltu u dan ghaliex iz-zmien li fih intbaghtu l-kontijiet kien aqsar mis-soltu.
Ma jidhirx li kien hemm xi numru straordinarju ta` zbalji fil-kontijiet. In-numru ta` zbalji `umani` li kien hemm din id-darba jikkompara sew ma` dawk maghmula f`kontijiet mahruga qabel. L-element ta` l-izball uman mhux facli li jigi eliminat. Kif ghidt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 14269, maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant, il-kont tad-dawl u ta` l-ilma jiddependi min-numru ta` units ikkunsmati - aktar ma` jizdied il-konsum aktar jizdied il-kont. Madanakollu ta` min ifakkar li t-tariffi kif riveduti mill-amministrazzjoni prezenti jahsbu biex kull konsumatur domestiku jkollu l-uzu ta` ammont ta` units b`rata sussidjata.
Kuntrarjament ghal dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant fl-ahhar parti tal-mistoqsija, il-Gvern prezenti ma dahhal ebda zieda fit-tariffi tad-dawl u ta` l-ilma. Ghal darb`ohra infakkar li l-amministrazzjoni prezenti, kif kienet weghdet, irrevediet t-tariffi li kien impona l-Gvern Laburista fuq il-poplu irrispettivament mid-dhul ta` kull persuna. Meta l-Gvern prezenti rreveda dawn it-tariffi kien qal mill-ewwel li fejn jidhlu r-rebates, biex jinzamm distakk mis-sistema li l-Gvern precedenti kellu hsieb idahhal, f`xi snin ta` wara kellu jkun hemm zieda fihom u kien fil-fatt habbar kemm kellha tkun din iz-zieda.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma gew ingaggati ebda tobba biex jinvistaw lill-impjegati fis-servizz pubbliku li jahdmu f`xi dipartiment li jifforma parti mid-dekasteru tieghi.
Jista' l-Ministru jara li l-ġibjuni qodma li hemm fl-Imtarfa jiġu surveyed mill-uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jistgħu jiġu nkorporati fl-istormwater masterplan?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna konsumaturi qed jilmentaw minn żieda kbira li sabu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal perijodu bejn Novembru u Marzu 1999?
Dan jista' jkun attribut għaż-żieda li ġiet imposta fil-budget ippreżentat fil-Parlament f'Novembru, 1998
Kemm kien hemm ilmenti tal-konsumaturi mindu ħarġu dawn il-kontijiet għall-perijodu msemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li t-tariffi li fuqhom inhadmu l-kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma ghall-perjodu bejn Novembru u Marzu 1999 huma dawk kif imhabbra mill-Gvern prezenti f`Novembru, 1998. Ghaldaqstant ma kien hemm ebda bidla ulterjuri fit-tariffi hlief ghal dawk li jirrigwarda xi rebates. Ta` min ifakkar li t-tariffi kif riveduti mill-amministrazzjoni prezenti huma maghmula b`mod li jirriflettu l-livell ta` konsum u ghalhekk zieda fil-kont tirrifletti zieda fil-konsum. Meta jaghmel paragun, il-konsumatur ghandu jqabbel in-numru ta` units ikkunsmati u mhux il-kont.
Huwa fatt li l-istagun tax-xitwa bejn tmiem l-1998 u l-bidu ta` l-1999 kien wiehed aktar kiesah minn dawk ta` qabel u ghalhekk kien logiku li l-konsum ta` l-elettriku jizdied anke jekk mhux necessarjament zdied l-apparat li jiggenera s-shana.
Fl-ahhar ta` min ifakkar li jekk hemm xi hadd li m`ghandux jitkellem dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa l-Partit Laburista. L-Onorevoli Interpellant jaf tajjeb bil-mizuri anti-socjali li l-Amministrazzjoni Laburista, li taghha kien Ministru, kienet hadet dwar din il-materja. Kellu jkun Gvern Nazzjonalista biex titnehha din l-ingustizzja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, fil-Maltacom sar caqlieq ta` 83 haddiem. Dan ic-caqlieq sar jew minn dipartiment ghall-iehor inkella minn sezzjoni ghal ohra fl-istess dipartiment. Dawn it-trasferimenti saru jew bhala tkomplija tal-Job Evaluation Exercise inkella minhabba l-esigenzi tal-Kumpanija. Jekk fil-futur ikun mehtieg li jsir caqlieq ta` haddiema, dan isir skond il-htigijiet tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, kien hemm 16-il trasferiment ta` haddiema fl-Air Malta. Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 9446 maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant, dawn it-trasferimenti, li jiffurmaw parti ntegrali ta` l-amministrazzjoni tal-Kumpanija, saru biex jaqdu l-esigenzi ta` l-istess Kumpanija. Trasferimenti fil-futur isiru skond ma jkun jidher xieraq u mehtieg mill-amministrazzjoni tal-Kumpanija