Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' lmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni bil-listi ta’ każijiet li waslu għand id-dipartiment tal-Customer Care fl-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu 2013 kategorija b’ kategorija tinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll li dawn il-każijiet kienu kollha solvuti.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, u kemm kienet tiswa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-mediċina li tkun skadiet f’kull spiżerija fil-kommunita’ li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kif ukoll dik li tkun inġabret minħabba f’xi ħsara li tkun ġarbet, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013 hija kif ġej:
Numru ta’ Spizeriji li bhalissa qed jippartecipaw fl-Iskema tal-POYC
Marzu
2013
April
2013
Mejju
2013
Gunju 2013
Lulju
2013
Awwissu
2013
Grand Total
211
3,662.77
8,668.59
7,292.34
3,535.57
3,380.55
365.58
26,905.41
Ta’ min jgħid li l-figuri jirriflettu l-mediċina li tkun inġabret fil-perijodu imsemmi. Din il-figura tirrapreżenta 309-il tip ta’ mediċina differenti u tammonta għal 0.34% tal-istock li kien ‘dispensed’ lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li kien hemm 8,368 il- house visit minn kull ċentru tas-saħħa bejn Marzu u Awwissu 2013.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta’ kull
house visit
li kien hemm matul dawn ix-xhur
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f`kull ċentru tas-saħħa , xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’pazjenti li marru f’kull ċentru tas-saħħa huwa ta’649,639.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin:
· Anqas minn tliet xhur;
· 3 u 6 xhur;
· 7 u 12-il xahar;
· 13 u 24 xahar;
· 25 u 36 xahar; u
· aktar minn 36 xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt fuq każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq parir fuq injection u kull meta jkellem l-isptar, ma ngħatax risposta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwit u konkluż mid-dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li nefqa fuq riklamar f’dawn l-aħħar sitt xhur jammonta għal €43,007.95.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata.
Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi mid-9 ta` Marzu l’ hawn attendejt:
· Is-Sitta u Sittin Sessjoni tal-Assembleja Dinjija tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (66th World Health Assembly – World Health Organisation) li saret f’Ginevra bejn id-19 u t-22 ta Mejju.
· Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropeja responsabbli mill-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) li sar fil-Lussemburgu fil-21 ta` Ġunju.
· Il-Laqgħa Informal tal-Ministri tas-Saħħa (Informal Health Ministers Meeting) li sar fil-Lithuania bejn it-8 u d-9 ta` Lulju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent ġie diagnosed b'tumur primarju fir-ras f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jagħti d-dettalji għal kull sena ta' dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar għaxar snin (2003-2012), fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, kien hemm irrappurtati tlett mija w tlett (303) każ ta’ tumur primarju (primary malignant cancer) fir-ras. Dawn kienu maqsumin hekk: 170 fl-irġiel u 133 fin-nisa.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji ta kull sena, skont is-sess tal-pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn individwi diagnosed b’Autistic Spectrum Disorder f’Malta u Għawdex? Min qed jieħu ħsieb dawn l-individwi xi prospetti hemm għalihom għall-futur? Jista’ jagħti l-informazzjoni dwar l-għajnuna li tingħata lil dawn l-individwi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal djanjostikati b’Autistic Spectrum Disorder mit-tim multidixxiplinarju taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) huwa ta’ 452 pazjent.
Dawn il-pazjenti jiġu assessjati u segwiti skont il-bżonn minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti. It-tim jinkludi tobba, infermiera, psikologi, fiżjoterapisti, occupational therapists u speech and language pathologists. Early Intervention teachers mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li huma uffiċjalment membri ta’ dan it-tim, ukoll jassessjaw u jsegwu lil dawn it-tfal li kollha jsirilhom eżami tal-vista u smiegħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-professjonisti kollha fuq dan it-tim multidixxiplinarju iħejju rapport dettaljat dwar l-andament tat-tfal. Liema rapport jingħata lill-ġenituri / carers biex jippreżentawħ lill-Kap tal-iskola kkonċernata..
Il-ġenituri jiġu mħeġġa biex jiddiskutu l-kontenut tar-rapport mall-Kap tal-iskola biex tkun tista’ tingħata lit-tfal dik l-għajnuna li jkollhom bżonn.
Il-Konsulent tas-CDAU jimla’ l-applikazzjonijiet meħtiega biex il-ġenituri / carers ikunu jistgħu jippreżentawhom fid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali biex it-tfal ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawk is-servizzi rilevanti.
L-esperjenza wriet li bl-għajnuna bikrija ta’ dan it-tim multidixxiplinarju, t-tfal ikunu fl-aħjar pożizzjoni li jiżviluppaw l-aqwa potenzjal tagħhom
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, kategorija b`kategorija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru bejn Marzu u Awwissu ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei, jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-operazzjonijiet huma mqassmin skont l-BUPA Hospital Category. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency).
In-numru t’Awwissu għadhom qed jiġu miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013, konsulent b’konsulent?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet reġistrati, konsulent b’konsulent, li saru bejn Marzu u Lulju ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Il-konsulenti li ġew imniżżla f’din it-tabella huma biss dawk il-konsulenti li, bħala parti mix-xogħol tagħhom, kemm huma kif ukoll il-firm tagħhom jagħmlu xi tip ta’ intervent kirurġiku. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pażjenti li jidħlu taħt xi konsulenti fl-oqsma tal-mediċina u jkollhom bżonn xi intervent li jsir minn firm ta’ konsulent ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, bejn Marzu u Awwissu 2013? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta minn Marzu sa Awwissu 2013? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Marzu u Awwissu 2013 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi l-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiżiku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Isir ukoll xogħol ma’professjonisti mill-qasam tal-edukazzjoni u l-universita biex tfal u studenti ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l- eżerċizzju fiżiku.
Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza klassijiet tal-aerobika f’tnax il-lokalitajiet. Minn Marżu sa Awwissu ta’ din is-sena saru 17 il-klassi (żewġt lezzjonijiet għall- tmin ġimgħat) b’415 il-partiċipant. Isiru ukoll klassijiet ta “
weight
management
” fiċ-ċentri tas-saħħa. Minn Marżu sa Awwissu ta’ din is-sena saru ukoll 17 il-klassi fejn ipparteċipaw 352 persuna f’dan il-perjodu. Dawn il-kalssijiet huma kollha bla ħlas.
Il-membri tad- Direttorat ipparteċipaw fuq basi regolari f’programmi fuq ir-radju u t-televisjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta ħames darbiet fil-ġimgħa.
Il-membri tad-Direttorat ħadu sehem f’attivitajiet fil-kommunita bil-għan li n-nies ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiżiku.
8 ta’ April Bormla
9 ta’ April Paola
10 ta’April MEPA
11 ta’April Floriana
12 ta’April B’Kara
13 ta’ April Valletta
12 sal- 14 ta’ April Maratona taċ-ċiklissmu
20 ta’ April
Healthy Lifestyle Seminar
għal nies
b’Down’s Syndrome
u l-familji tagħhom
5 ta’ Mejju
Wardija School
9 ta’Mejju
Move for health day
– L-iskola primarja tal-Rabat
12 ta’ Mejju
Move for health day
–
Golden Sands
17 ta’ Mejju Ġurnata Dinija dwar il-pressjoni – Ministeru għas-Saħħa.
19 ta’ Ġunju Centru tas-Saħħa ta’ B’Kara Ġimgħa dwar l-Obeżita
21 ta’ Ġunju Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal l-Ġdid
Ġunju fil-Fiera Nazzjonali, MFCC
Matul ix-xgħur tas-sajf, saret kampanja nazzjonali fuq ir-radju bil-għan li jitnaqqas il-qis tal-porżjon tal-ikel.
Il-membri tad -Direttorat jagħtu pariri fuq it-telefon dwar id-dieta u l-piż żejjed.
Bejn Marżu u Awwissu, il-Ministeru għas-Saħħa kompla id-diskużżjonijiet mas-sieħba soċjali dwar Pjan Nazzjonali dwar l-Ikel u l-Nutrizzjoni u kompla ix-xogħol preparatorju biex issir Studju Nazzjonali dwar il-Konsum tal-Ikel.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Marzu u Awwissu 2013 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont l-action plan li kien approvat qabel ma’l-Pjan kien mniedi fl-2011.
Bejn Marzu u Awwissu 2013:
1. Irċivejna rapport iddetaljat li sar mill-
International Agency for Research on Cancer
(IACR) f’April fuq evalwazzjoni li saret fuq il-programm nazzjonali tal-i
screening
għall-kanċer tas-sider fin-nisa. Dan ir-rapport ġie studjat bir-reqqa u għaddej xogħol sabiex fejn hu possibli ir-rakkomandazzjoniet li fiħ jiġu attwati.
2. Qed isiru preparamenti sabiex tiġi delegazzjoni minn Franza biex tagħmel evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer hekk kif qed joqrob iż-żmien tal-mid-term tiegħu.
3. Il-programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira li kien tnieda tard fl-2012 beda joppera b’mod regolari.
4. Ġew Malta żewġ konsulenti esperti fil-kolonoskopija li ssir fuq persuni li jkollhom riżultat pożittiv fl-ewwel test li jsir fl-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira mill-Ingilterra. Dawn taw taħriġ u iċċertifikaw numru ta’ mediċi fl-isptarijiet Mater Dei u Ġenerali t’Għawdex fuq apparat ġdid tal-kolonoskopija li nxtara apposta.
5. Beda jaħdem il-programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq ta’ l-utru permezz ta’ tilqim ta’ kontra l-infezzjonijiet tal-Human Papilloma virus (HPV). Tfajliet mwielda fl-2000 u 2001 bdew jiġu mistiedna sabiex jattendu għal dan it-tilqim li qed jingħata mid-Dipartiment tal-Kura Primarja.
6. L-installazzjoni ta’ PET/CT scanner fl-Isptar Mater Dei tlestit. Dan se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin.
7. Saru programmi ta’ edukazzjoni u promozzjoni li jimmiraw lejn il-pubbliku in ġenerali speċjalment fil-Cancer Awareness Week fl-aħħar ta’ Mejju u fil-World No Tobacco Day.
8. F’Mejju f’Malta ġiet organizzata laqgħa tal-Steering Committee tal-Joint Action tal-European Partnership for Action against Cancer (EPAAC). Malta hija associate partner f’din il-Joint Action.
Jista’ l-Ministru jgħid x'se jkun ir-rwol tas-CEO (jew, jekk mhux bin-nomenklatura ta’ CEO, b’xi nomenkaltura oħra li ngħatatlu) il-ġdid tal-Isptar Monte Karmeli? Veru li dan se jkollu permess jibqa’ għaddej bix-xogħol privat tiegħu ta’ avukat? Għandu esperjenza ta’ xogħol fi sptarijiet jew fil-qasam tas-saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tinsab f’mistoqsija Parlamentari numru 4725.