B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4911 u cioe' jista' il-Ministru jikkonsidra li l-ħitan li jinbnew taħt it-triq isiru bis-sistema tal-gabjun li ntużat fiċ-Chadwick Lakes ħalli jsir inqas impatt fuq l-ekoloġija u s-sistema idioloġika ta' l-inħawi li jikkawża l-konkos u l-ġebel tal-franka? Jista' jinformani bil-progress tal-proposta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Din it-triq imsemmija se tinbena mill-ġdid u d-direttorat tat-toroq qed iħejji l-pjanti meħtieġa għal dan il-proġett u qed jikkonsidra din il-proposta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat li ma ngħataw l-ebda sponsorships finanzjarji kif ġie deskritt fid-domanda.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi 5072, 5073 u 5123, jista' il-Ministru ġentilment jispjega kif minn 92 karozzin liċenzjat sas-sena 2002, dawn żdiedu għal 114?
Ladarba mhux suppost qed jinħarġu permessi ġodda, kif jispjega din iż-żieda fin-numru ta' karozzini liċenzjati, liema żieda jidher li saret kemm ilha li r-responsabbilta' tal-liċenzji u permessi tal-karozzini għaddiet f'idejn l-awtorita' tat-trasport?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Informat li fis-6 ta' Frar 2003, wara li r-responsabbilta' għall-ħruġ tal-liċenzji għadda mingħand il-pulizija għal għand l-awtorita' tat-trasport, il-pulizija għaddiet lista ta' 92 karozzin li kellhom liċenzja valida. Il-maġġoranza tas-sidien ta' dawn il-karozzini kienu ilhom ma jġeddu l-liċenzja għal diversi snin, f'xi każi aktar minn sitt snin. L-awtorita' mill-ewwel ħadet passi biex tibgħat għal dawn is-siden biex iħallsu l-arretrati u jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.
Waqt li kien għaddej dan il-proċess xi sidien li kellhom liċenzja valida tal-pulizija li kienet ilha ma titħallas u ma kienux inklużi fil-lista oriġinali, avviċinaw lill-awtorita' bil-għan li jġeddu l-liċenzja. Filwaqt li bdew jitħallsu l-arretrati, l-awtorita' tat l-opportunita' lil kull min kellu liċenzja ta' karozzin maħruġa mill-pulizija u mhijiex imġedda sa l-aħħar tal-2002 biex iħallsu l-arretrati u jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Iż-żmien biex isir dan l-eżerċizzju kien sa l-aħħar ta' Diċembru 2003 meta kellhom jinħarġu l-pjanċi l-ġodda. Wara li tlesta dan l-eżerċizzju, in-numru ta' liċenzji validi tela' għal 114. dawn jinkludu 2 karozzelli u 3 karozzini li ma jarmawx fuq il-venda, iżda jintużaw għat-tiġrijiet biss.
B'riferenza għat-toroq imsemmija hawn taħt, jista' il-Ministru jgħid f'kull każ separatament: i) meta nbeda x-xogħol? ii) kemm sar xogħol s'issa u x'inhu l-valur tiegħu? iii) meta hu previst li jitlesta x-xogħol kollu? It-toroq huma: il-bypass ta' l-Imtarfa; it-triq ta' Burmarrad sar-roundabout tal-Qlejgħa; it-triq tas-Salina sa l-Iklin; il-Mosta ring road?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan il-proġett hu maqsum fi tlett fażijiet. L-ewwel fażi li tkopri l-parti magħrufa South Bound (li tagħti mir-Rabat lejn Ta' Qali) tlestiet fl-aħħar tas-sena 2000. L-ispiża għal dan ix-xogħol kienet Lm100,948. It-tieni fażi tkopri l-parti magħrufa bħala North Bound (li tagħti mir-roundabout ta' l-Imtarfa lejn ir-Rabat. Sa llum tlesta xogħol li l-ispiża tiegħu tammonta għal Lm410,000. Din il-fażi tinkludi xogħlijiet ta' bankini, parapetti u asfaltar. Dan ix-xogħol huwa stmat li jiġi jiswa madwar Lm100,000. It-tielet fażi tkopri bini ta' retaining walls, tqegħid ta' servizzi u kisi bl-asfalt tan-North Bound carriageway mill-pont tal-ferrovija sa Ta' Tabja. Dan ix-xogħol huwa stmat li se jiswa Lm500,000 u jkun jista' jinbeda wara li jitlesta x-xogħol li qiegħed isir bħalissa fuq it-tieni fażi.
Burmarrad - Mosta Tarġa Gap
Dan il-proġett inbeda f'Jannar 2001 u tlesta f'April 2003. Il-valur tax-xogħol laħaq is-somma ta' Lm1,467,311.
Salina - Iklin
Il-proġett inbeda f'Jannar 2001 u hu maħsub li jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju 2004. S'issa huwa stmat li tlesta 90% tax-xogħol li l-valur tiegħu huwa Lm2,003,729.
Mosta ring road
Il-proġett inbeda f'Jannar 2001. Hu stmat li x-xogħol hu 80% komplut. Dan ix-xogħol hu stmat Lm936,000 u hu maħsub li l-proġett jitlesta f'Settembru 2004.
Jista' il-Minsitru jgħid liema toroq se jsiru permezz tal-fondi mill-Unjoni Ewropea? Hemm bżonn ta xi permess tal-MEPA għal dawn it-toroq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq li se jsiru permezz tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea jaqgħu fi tlett kategoriji:
Fl-ewwel kategorija hemm dawn finanzjati mill-istructural funds li se jkunu:
1. Triq Ħal Far, B'Bugia, it-tielet fażi li tkopri l-parti mil-Laboratorju tal-Paċi sal-Freeport (3km).
2. Triq il-Marfa, Mellieħa m iċ-Ċirkewwa sat-triq tal-Mistra (4.2 km). Teżisti l-possibbilta' li dan ix-xogħol ma jsirx biex il-fondi jintużaw għax-xogħol tal-pontijiet ta' Triq Reġjonali.
Fit-tieni kategorija hemm dawk finanzjati mill-cohesion funds li se jkunu:
1. Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar (2.7 km)
2. Vjal l-Avjazzjoni, Luqa (0.6 km)
3. Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex (1.8 km)
Fit-tielet kategorija hemm mill-finanzjament mill-istructural regional funds għal Għawdex li se tkun it-triq li mir-Rabat twassal għal San Lawrenz.
Dawn il-proġetti jridu jkunu regolarizzati mill-permessi tal-MEPA.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-roroq li se jsiru permezz tal-fondi mill-protokoll Taljan? Għal dawn it-toroq hemm bżonn xi permessi mill-MEPA?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq li se jsiru b'finanzjament mill-ħames protokol dwar assistenza ekonomika, teknika u finanzjarja bejn il-Gvern Malti ta' l-Italja huma kif ġej:
1. Tarġa Gap, Mosta sar-roundabout tal-Qlejja, Mosta.
2. Roundabout Qlejja, Mosta saċ-ċimiterju Militari, Rabat.
3. Ċimiterju Militari sar-roundabout tas-Saqqajja, Rabat.
4. It-Triq tas-Saqqajja, minn Ħ'Attard sar-Rabat.
5. Triq Mdina, Qormi/Żebbuġ mix-showroom tal-KIA sar-roundabout tas-Saqqajja.
6. Triq is-Siġġiewi, Żebbuġ/Siġġiewi.
7. Triq Ħal Qormi/Ħal Luqa; Triq Ħal Luqa/Qormi; mill-Għammieri sa Vjal il-Kunsill ta' l-Ewropa.
Applikazjonijiet li saru għand il-MEPA diġa' ġew approvati mill-board u l-awtorita' qed tistenna li jinħarġu l-permessi.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Spejjeż fuq fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-Ministeru fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2004 kienet ta' Lm743.54, waqt li għall-istess perjodu tas-sena 2003, il-Ministeru nefaq Lm890,00.
Minħabba li l-Ministeri u d-dekasteri fl-aħħar sena tbiddlu, qegħdin jingħataw iċ-ċifri ta' l-infieq ta' fuel mill-awtorita' dwar it-trasport għall-perjodi indikati. Fil-fatt, fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2003, l-ADT nefqet Lm4,323.66 fi fuel, filwaqt li fl-istess perjodu f'din is-sena, l-ADT nefqet Lm4,460.20.
Jista' il-Ministru jindaga għaliex il-biċċa minn Triq l-Għabex li fadal f'Birkirkara għadha ma saritx meta l-biċċa li hemm fl-Imsida, li hija l-akbar biċċa, saret?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi fil-preżent l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta qed tipprepara biex toħroġ avviż fuq il-gazzetta, b'liema avviż tinforma lill-proprjetarji ta' l-artijiet li għandhom aċċess mit-triq in kwestjoni biex jiffurmaw il-parti tat-triq li tmiss ma' l-art tagħhom. Meta dan il-proċess jiġi konkluż u t-triq tiġi ffurmata hekk kif mitlub, l-awtorita' tkompli bil-proċess biex isiru x-xogħlijiet f'din il-parti tat-triq.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw wiċċ tarmak triq ġdida fi Triq il-Kurkanta/Triq il-Penit, triq ġdida fi Triq il-Kanonku Pullicino, triq ġdida fi Triq GB Debono, triq ġdida fi Triq Gianni Bonnici (wara l-flats tal-gvern) u triq ġdida fi Triq l-Isqof Caruana (wara l-BSS), ilkoll toroq ġodda f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fil-preżent ħarġet sejħa għal offerti sabiex tiġi asfaltata Triq Indri Borg f'Ħaż Żebbuġ, filwaqt li sar ftehim mal-kunsill lokali ta' Ħaż Żebbuġ biex jiġu asfaltati toroq n/s in Triq il-Kandlora, n/s in Triq il-Għasfura, Truq Guliermu Lorenzi u triq Luigi Fontana. L-awtorita' dwar it-trasport qed tipprepara programm ta' kostruzzjoni ta' toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant ġewwa l-lokalita' ta' Ħaż Żebbuġ se jsir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet hekk kif se jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jiena nformat li ma ngħataw l-ebda donazzjonijiet finanzjarji kif ġie deskritt fid-domanda.
Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk il-pontijiet prinċipali f'Malta u Għawdex li ġew spezzjonati biex jiġi żgurat li huma strutturalment tajba f'dawn l-aħħar għaxar snin jew mill-1994? Meta nbena kull pont? Meta kienet saret l-ispezzjoni ta' qabel? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi ma jeżistux records dettaljati ta' inspections li kienu saru fil-passat.
Fil-preżent l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tibni database dwar dawn l-istrutturi sabiex ikunu jistgħu jinżammu records dettaljati f'dan ir-rigward.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Ministeru jispezzjonawx minn żmien għall-ieħor li kollox ikun sew fl-istrutturi tal-pontijiet u mini pubbliċi u li ma jkun hemm l-ebda periklu ta' xi kollass? Kull kemm isiru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda uffiċjal tal-Ministeru tiegħi m'għandu r-responsabilita' li jispezzjona strutturi tal-pontijiet jew mini pubbliċi.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk minbarra l-bridge ta’ Regional Road ġewx eżaminati bridges u pontijiet oħra f'Malta u Għawdex?
Jekk iva, liema huma u meta ġew eżaminati u minn min?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat li minbarra l-bridge ta' Regional Road ġew spezzjonati wkoll 23 oħra li jinsabu fuq it-Ten-T network. Dawn ġew eżaminati minn bridge engineer tal-kumpannija Franċiża BCEOM li ħadet it-tender biex tagħmel l-istudji ta' feasibility and environmental impact assessment li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25920 tal-15.05.01 li kienet ġiet imwieġba nhar it-30/05/01, jista’ il-Ministru jgħid min huma l-periti li joperaw id-ditta Design Resources?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi d-ditta Design Resources tikkomprendi l-periti: Robert Sant, Etienne Magri u Lino Cachia.
B'riferenza għal diversi mistoqsijiet oħra tiegħi, jista' il-Ministru ġentilment jgħid fiex waslu t-traffic lights fil-junction ta' Triq tal-Barrani ma' Triq il-25 ta' Novembru, fiż-Żejtun?
Billi kif sostnejt drabi oħra din il-junction hija ferm perikoluża, jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi fil-ġimgħat li għaddew id-dipartiment tal-kuntratti ħareġ sejħa għal xogħlijiet li jinkorporaw il-kostruzzjoni meħtieġa biex jiġu nstallati t-traffic lights fit-Triq tal-Barrani hekk kif toħroġ miż-Żejtun. Din is-sejħa għalqet u għalhekk bħalissa dawn ix-xogħlijiet qegħdin f'fażi ta' aġġudikazzjoni u huwa maħsub li jibdew eżatt wara kif jispiċċa dan il-proċess.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda u kemm inksew toroq (f'kilometri) fis-snin 2001, 2002 u 2003 u kemm mistennija jinbnew u jinksew toroq matul din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati li jinvolvu xogħlijiet sostanzjali ta' inġinerija ċivili f'bini ta' toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta' toroq, kemm se jkunu twal dawn it-toroq, xi spiża mistennija jirrikjedu u jekk hemmx dati stabbiliti għal meta għandhom jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġetti li hemm ippjanati li jinvolvu xogħlijiet sostanzjali ta' inġinerija ċivili f'bini ta' toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta' toroq humiex jitħejjew minn konsulenti minn barra d-direttorat tat-toroq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġetti ta' bini ta' toroq ġodda u anke bini mill-ġdid ta' toroq jitħejjew mill-periti u uffiċjali tekniċi ta' l-awtorita' tat-trasport taħt l-assistenza tal-konsulenti Ġermaniżi li ilhom għal dawn l-aħħar snin jagħtu kontribut tekniku f'ħafna oqsma tas-settur tat-toroq. F'każijiet ta' xogħol li jirrikjedi speċjalizzazzjoni f'xi oqsma partikolari, id-direttorat jirriferi għal servizzi ta' konsulenza minn barra d-direttorat u dan skond kif ikun japplika l-każ.