Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta — manutenzjoni ta' blokka

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5845 u tara li jsir manutenzjoni fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li mill-aperturi jidħol ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li l-aperturi tal-injam qed jiterrew?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx tiswijiet f’ appartamenti individwali, iżda tista’ tipprovdi għajnuna finanzjarja għal dan ix-xogħol taħt l-iskema tagħha msejħa ‘Sussidju fuq xogħlijiet ta’ Irranġar u Titjib f’Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini’. Se tintbagħat l-applikazzjoni lil persuna kkoncernata.

Problema ta’ housing – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettlaji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care. Din tixtieq tapplika għall-akkomodazzjoni alternattiva għalhekk intbagħtitilha applikazzjoni u għandha tissottomettiha mill-aktar fis possibbli.

Residenza San Vinċenz de Paul – ħlas lill-membri tal-kumitat tat-tmexxija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu l-membri tal-kumitat tat-tmexxija li twaqqaf għar-Residenza San Vinċenz de Paul? X’perkaċċi u allowances għandhom kull wieħed mill-persuni maħtura fuq dan il-kumitat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul — audit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-audit li kellu jsir fir-Residenza San Vinċenz de Paul sarx?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audit li kellu jsir fir-Residenza San Vinċenz de Paul sar.

Residenza San Vinċenz de Paul — trained carers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trained carers minn Marzu 2013 sal-lum fil-kors li jsir fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors li beda f’Marzu li għadda spiċċa f’Ġunju u tterminawh b’suċċess 38 persuna. Bħalissa għaddej kors ieħor li beda f’Settembru 2013 u hemm 48 student/a. Dan il-kors jiġi fi tmiemu f’Diċembru 2013.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – konsulenti legali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva –konsulenti legali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – rapporti dwar abbuż fuq anzjani

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5135 u tgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani tul din is-sena xahar b’xahar fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba. Informata li numru ta’ każijiet ġew investigati internament waqt li oħrajn ġiet involuta fihom il-Pulizija.

Pensjoni – Każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha allegat każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Xiri ta’ sodod għall-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-ħlas dovut (anki jekk għadu mhux imħallas) ta' sodod għall-anzjani mixtrija bl-iskema ta' public private partnership bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012 u l-ħlas dovut (anki jekk mhux imħallas) bejn Jannar 2013 u Ottubru 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas bejn Jannar u Ottubru 2012 kien jammonta għal €4,122,135.23 waqt li l-ħlas dovut bejn Jannar u Ottubru 2013 kien jammonta għal €4,874,996.75. Dan l-ammont ma jinkludix il-pagamenti ta’ tlett idjar għax-xahar ta’ Ottubru peress li l-invoices għadhom ma ntbagħtux.

Benefiċċji soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rigward informazzjoni fuq benefiċċji soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward il-pensjoni minħabba nuqqas ta’ bolol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba problema rigward l-iskema biex tirranġa ħsarat fid-dar tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq jidħol fir-residenza San Vinċenz de Paul minħabba li jgħix id-dar hi problema?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata saret fit-30 ta’ Ottubru 2013. L-applikazzjoni tiegħu qiegħda fil-proċess li tiġi assessjata minn tim multi-dixxiplinarju fl-Isptar Karin Grech.

Pensjoni ta’ impjegati tal-Gvern qabel l-1979 – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4333, tista’ l-Ministru tgħid lejn min trid tkun indirizzata din il-mistoqsija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tingħata lill-Ministru tal-Finanzi.

Care orders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha care orders in vigore, kemm minnhom ta’ bniet u kemm ta’ subien, skont l-età u kemm ilhom in vigore?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment hemm 436 Ordnijiet ta’ Ħarsien in vigore li minnhom 268 huma subien filwaqt li 168 minnhom huma bniet. L-informazzjoni ta’ kemm ilhom in vigore u l-eta’ tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – waiting list

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hi l-waiting list għaċ-ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni b’diżabilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm mal-126 persuna b’diżabilità jistennew biex jibdew jattendu f’dawn iċ-ċentri ta’ matul il-jum.

Għawdex — akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew allokati akkomodazzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar f’Għawdex bejn Novembru 2012 u s-7 ta’ Marzu 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2012 u s-7 ta’ Marzu 2013 l-Awtorità tad-Djar ffirmat sebgħa u għoxrin (27) kuntratt ta’ għall-allokazzjoni u kuntratt wieħed (1) ta’ rikonoxximent.

Aġenzija Appoġġ – Każijiet ta’ persuni Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Aġenzija Appoġġ abbażi tal-protokoll li kien ġie ffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex taħt l-amministrazzjoni preċedenti u l-FSWS? Tista’ tgħid għal liema servizz ġew riferuti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li kien hemm żewġ każijiet ta’ persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Intake and Family Support Services, u ħames każijiet ta’persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Child Protection Services minn Marzu 2013.

Bord tal-Adozzjonijiet – talbiet għall-adozzjoni pendenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet għall-adozzjoni pendenti minn persuni Għawdxin lill-Bord tal-Adozzjonijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li każ wieħed biss hemm talba għall-adozzjoni pendenti minn persuni Għawdxin lill-Bord tal-Adozzjonijiet.