Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ivvutati flus fil-Budget għall-Kumitati Amministrattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjoni tal-Kumitati Amministrattivi dejjem tinħadem meta tkun bdiet is-sena partikolari li għaliha tirreferi l-allokazzjoni, u ċertament wara li tkun inħadmet u ikkomunikata l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li Triq il-Pantar f’Ħal Lija tkun meqjusa bħala triq arterjali u mneħħija minn idejn il-Kunsill biex ikun il-Gvern li jagħmel il-manutenzjoni tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Skont il-Pjan Strutturali, Triq il-Pantar hija ikklassifikata bħala ‘Local Access Road’. Dawn it-tip ta’ toroq huma huma kollha tal-Kunsilli Lokali. Dan bis-saħħa kemm tal-Att dwar it-Trasport, u kif ukoll skont ir-Raba’ Skeda tal-Att dwar Kunsilli Lokali (annessa), li teskludi mir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, biss dawk it-toroq ikklassifikati bħala arterjali/distributorji fl-istess Pjan Strutturali.
Għalhekk il-possibilità li tintlaqa’ t-talba tal-Onorevoli Membru, tista’ sseħħ biss jekk ir-regolatur jagħmel revi¿joni tal-Pjan Strutturali, inklu¿ il-klassifikazzjonijiet tat-toroq fil-pajjiż, (Toroq arterjali/distributorji, li huma fir-responsabbiltà ta’ Transport Malta, u Toroq Local Access u Access Only, fir-responsabbilta’ tal-Kunsilli Lokali).
In¿żid ngħid li tali reviżjoni, jekk meħtieġa li ssir mir-regolatur, tkun waħda ġenerali u mhux għal Triq il-Pantar biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-allokazzjoni ta' kull kunsill lokali f'Għawdex għas-sena 2016? Kif tikkompara din l-allokazzjoni ma’ dik mogħtija lil kull kunsill lokali f'Għawdex fis-sena 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjoni dejjem tkun ikkomunikata lill-Kunsilli Lokali, fir-raba’ ġimgħa ta’ Diċembru.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kienux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nefqu b’kollox €122,893.75 fil-perjodu 2008 sal-lum.
Nixtieq però nagħti spjega dwar is-sena 2014 u s-sena 2015 li juru żieda qawwija fin-nefqa f'riklami.
Is-sena 2014 kienet eċċezzjoni għaliex is-sena 2014 kienet is-sena li fiha ħabtu avvenimenti storiċi ta' ġrajjiet importanti fl-istorja ta' pajjiżna li ġew ċelebrati kif xieraq. Għal dan il-għan, il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali rreklamat l-anniversarji għal Jum il-Ħelsien, Jum l-Indipendenza, Jum ir-Repubblika u d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Fis-sena 2015 id-Direttorat għall-Ġustizzja rnexxilu jikseb fondi Ewropej biex iniedi kampanja ta' informazzjoni dwar ir-riforma fil-qasam tal-Ġustizzja. Din il-kampanja għenet sabiex iktar nies ikunu konxji tax-xogħol kbir li sar f'dan is-settur kruċjali għal pajjizna.
In-nefqa kienet kif ġejja:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
Net TV
0
158
0
0
3,263.00
0
14,160.00
7,580.00
Radio 101
0
527.74
35.4
0
991
0
459.65
4,560.00
In-Nazzjon Tagħna
2,465.12
3,553.73
5,252.63
4,766.83
9,510.27
9,093.28
11,990.88
4,214.35
Il-Mument
999.57
3,803.35
1,902.27
3,261.52
5,293.48
4,251.33
11,455.30
5,704.34
Websajt
0
0
0
0
0
354
0
0
Mezz ieħor - MediaLink
1,908.06
661.73
0
0
0
190.22
253.7
0
Mezz ieħor - Stampar ta' Labels
0
0
273
0
0
0
0
0
Total
5,372.75
8,704.55
7,463.30
8,028.35
19,057.75
13,888.83
38,319.53
22,058.69
Peress li konvint li l-Ministru jifhem d-distinzjoni bejn dejn u self kapitali, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 20039 u jikkonferma dak li deher dan l-aħħar fil-midja stampata li l-PBS għandha aktar minn €14-il miljun dejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Le. Ma nikkonfermax għax m’huwiex veru. Il-PBS tippubblika l-kontijiet finanzjarji mal-MFSA malli jkun finalizzat l-awditjar ta’ kull sena finanzjara.
Peress li l-Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20039 diġà qal li l-uniku self li għandha l-PBS huwa dak ta’ natura kapitali li kien ittieħed fl-2012, jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ kemm żdied id-dejn mill-2013 ‘l hawn u għaliex żdied dan id-dejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-PBS tippubblika l-kontijiet finanzjarji mal-MFSA malli jkun finalizzat l-awditjar ta’ kull sena finanzjara.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kontijiet pendenti għandha l-PBS mill-2013 ‘l hawn mal-ARMS Ltd, VAT, CIR u NI?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali. Madanakollu, l-PBS tassigura li m’għandha ebda problemi mal-entitajiet imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-2013 ‘l hawn il-PBS għandux xi pagamenti pendenti mal-EBU jew pagament ta’ memberships oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali. Biss, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-PBS m’għandha l-ebda problemi mal-EBU jew xi entitajiet oħra dwar memberships.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il PBS għandu loans ma’ banek kummerċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS tippubblika l-kontijiet finanzjarji mal-MFSA malli jkun finalizzat l-awditjar ta’ kull sena finanzjara.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20169 u jikkwantifika kemm hi l-ħsara li seħħet fuq il-bini tal-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa wara li fl-aħħar jiem iġġarfet parti minn din il-binja storika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li wara li nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2015, kien rappurtat li waqa’ xi ġebel mill-Batterija ta’ Westreme (Mużew tat-Tunnara), saret spezzjoni fuq il-post mill-perit tal-Kunsill li ħejja bill of quantities dwar l-intervent li jrid isir biex tiġi restawrata u konservata l-binja.
L-istima tan-nefqa marbuta max-xogħol meħtieġ hija ta’ €199,610.86.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20170 u jara li t-tiswijiet li huma meħtieġa li jsiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa jsiru b'mod immedjat anke jekk ir-responsabilità hi tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex ma tkompliex issir aktar ħsara fuq l-istess binja issa li se jibda l-istaġun tax-Xitwa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li mill-pariri li ngħata jirriżulta li parti sostanzjali mill-qorxa ta’ barra tal-ħitan tal-Batterja ta’ Westreme jeħtieġ li jinħattu, jinbidel ġebel immermer u jsir tikħil tal-fili li nfetħu. Billi dan l-intervent jinvolvi spiża konsiderevoli, li ma tistax tiġi sostnuta mill-fondi ordinarji tal-Kunsill, qed isiru sforzi biex jinġiebu fondi minn sorsi oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il green warden hawn liċenzjat f’pajjiżna? Kemm intużaw servizzi ta’ green wardens fix-xahar ta’ Ottubru 2015 mil-Local Enforcement System Agency (LESA)? F’liema lokalità ntużaw il-green wardens u x’kienu r-riżultati miksuba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gwardjani Lokali liċenzjati kollha jistgħu jagħtu s-servizz ta’ Green Wardens jew Eco Wardens kif jissejħu.
Matul ix-xahar ta’ Ottubru 2015, kemm ilha mwaqqfa l-Aġenzija LESA, xi Kunsilli talbu s-servizz tal-
eco wardens
. Dawn il-Kunsilli ġew mgħarrfa mill-LESA biex jippreżentaw pjan strateġiku flimkien mas-siti rikjesti għal dan is-servizz fejn imbagħad issir laqgħa ta’ kordinazzjoni u titħaddem rotta li tħalli riżultati pożittivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il warden hawn liċenzjat f’pajjiżna? Kemm intużaw servizzi ta’ wardens fix-xahar ta’ Ottubru 2015 mil-Local Enforcement System Agency (LESA)? F’liema lokalità ntużaw il-wardens u kemm ingħataw sigħat ta’ servizz lil kull warden f’kull lokalità f’Malta u Għawdex fix-xahar ta’ Ottubru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant lill-Ministeru konċernat għall-ammont ta’ Gwardjani Lokali liċenzjati peress li tali liċenzji jinħarġu mill-Pulizija.
Intant f’Ottubru l-LESA introduċiet servizz ta’
roaming
fil-lokalitajiet kollha fi ħdan l-istess Reġjuni. Infurmat li matul Ottubru nħadmu 2,676 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Ċentru; 2,429 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Xlokk; 1,831 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Tramuntana; 1,675 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun Nofsinhar; u 629 siegħa ta’
roaming
fir-Reġjun ta’ Għawdex. Fl-istess waqt f’Ottubru 2015, kemm ilha mwaqqfa l-Aġenzija LESA, is-servizz tal-Gwardjani Lokali ngħata f’kull lokalità f’Malta u Għawdex bla ebda riżervi.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jiġbor il-flus pendenti taċ-ċitazzjonijiet li jkunu deċiżi u li jkunu ngħataw mill-wardens sal-aħħar ta’ Settembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sezzjoni 3 b tal-Avviż Legali 153 tal-2015, li jitratta l-Ordni tal-2015 dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija għas-Sistema tal-Infurzar Lokali, jispeċifika li l-Aġenzija ghandha tiġbor penali, inklużi penali addizzjonali u spejjeż li jistgħu ikunu dovuti lil kumitati reġjonali jew lil kunsilli lokali skont it-termini tal-Att dwar Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema uffiċċji qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA)? Kemm qed titħallas kera biex jintuża dan il-post? X’kuntratt sar u jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt ta’ dan il-ftehim tal-post fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm inxtrat għamara, makkinarju u apparat ieħor biex il-post ikun attrezzat għal użu tal-ħaddiema? Min fejn sar ix-xiri u kemm sewa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġenzija LESA qed topera minn parti minn binja magħrufa aħjar bħala l-ex-Xandir Malta f’numru 4/6, Triq Bordin, tal-Pietà. Il-kirja hija ta ta’ €80 kull metru spazju. B’kollox inkrew mal-450 metru kwadru għal total ta’ madwar €37,000 fis-sena.
Infurmat li bi ftehim mal-Awtorità tax-Xandir intużat l-għamara li kien hemm mhux tintuża fis-sit l-antik, waqt li nxtara apparat relatat ma’ I.T. mingħand il-
MITA
li jikkonsistu f’għaxar
desktop workstations
li jammontaw għal €10,905, u
printers
li jammontaw għal €1,072.20. Inxtrat wkoll sistema ġdida tat- telefonija mingħand
GO
li tammonta għal €6,000.
Sar ukoll xogħol intensiv ta’
refurbishment
. L-ispiża sa issa telgħet għal €30,000 f’termini ta’ materjal bi
quotations
. Ix-xogħol ta’
refurbishment
inniffsu sar kollu minn residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bla ħlas, bħala parti minn inizjattiva biex ir-residenti jintegraw lura fis-soċjetà, kif ukoll parti minn skema ta’ xogħlijiet li jitwettqu fl-entitajiet tal-Gvern. B’hekk hu kalkulat li l-LESA ffrankat madwar €25,000 bħala ħlas ta’
labour
b’din l-iskema fil-manutenzjoni.
Nieħu l-opportunita' li nirringrazzja lir-residenti tal-Faċilita' li ħadmu b'mod tant tajjeb fuq dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika l-Avviż Legali numru 153/2015 dwar l-infurzar lokali li kien hawn dibattitu fuqu fil-Parlament u li kien hemm qbil miegħu min-naħa tal-Oppożizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ma nafx għaliex l-Onor. Interpellant qed jistaqsi meta se jkun ippublikat Avviż Legali 153/2015 għaliex dan ilu ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern mid-19 ta’ Mejju ta’ din is-sena.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jistaqsi meta se jkunu ppubblikati emendi għal Avviż Legali 153/2015 abbażi tad-diskussjonijiet li għaddew bejn iż-żewg naħat tal-Kamra, nitolbu ġentilment jispeċifika dana.