Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għandux il-ħsieb li flok il-Qorti ta' Għawdex fiċ-Ċittadella issir boutique hotel? Jista' jikkonferma wkoll jekk għandux il-ħsieb li jneħħi l-mużewijiet kollha li hemm fiċ-Ċittadella u jpoġġihom post ieħor? Jikkonferma li flok dawn il-mużewijiet, għandux l-ħsieb li dawn l-istess binjiet jintużaw għal skopijiet kummerċjali bħal restaurants u attivitajiet oħra simili?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Gvern għandu pjan ħolistiku għaċ-Ċittadella. Issa li ċ-Ċittadella Management Committee ġie mwaqqaf, qed jiġu drafted it-tenders tal-bini tal-Qorti l-ġdida li hija priorita’ għal dan il-Gvern. Sussegwentament jittieħdu deċiżżjonijiet wara li ssir konsultazzjoni ampja.
Għawdex – Marsalforn – xogħlijiet ta’ tiġdid u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' tiġdid u manutenzjoni fuq il-bini li hemm fuq l-għassa ta' Marsalforn f'Għawdex biex skont il-ftehim li għandu mal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ u mal-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn, parti minnu tibda tintuża mill-istess kunsill u Kumitat Amministrattiv, biex joffru diversi servizzi lir-residenti fih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-bini li hemm fuq l-għassa ta’
Marsalforn ser isir matul ix-xitwa li ġejja.
Jista’ l-Ministru jgħid b' kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-pixxina l-ġdida f'Għawdex? Meta hu maħsub li l-pixxina tkun lesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-privat li sar fuq il-bini u l-operat ta' din il-pixxina?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex permezz tal-Privatisation Unit ħareg RFP u ġiet aġġudikata. Bħalissa qed jiġi mfassal l-Memorandum of Understanding.
In-Nadur – Triq Għajn Qasab – xogħlijiet fuq bankina quddiem iċ-Ċimiterju
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-Ċimiterju l-ġdid tan-Nadur fi Triq Għajn Qasab ma tkompliex? Jista’ jgħid meta hu maħsub li jitkompla?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li għad jonqos tal-bini tal-bankina li tinsab quddiem iċ-ċimiterju fi Triq Għajn Qasab, Nadur qiegħed fil-programm tax-xogħlijiet tal-Ministeru u se jitkompla fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ ħaddiema li jipprovdu servizz lill-Gozo Channel, kemm jekk direttament, kif ukoll jekk mal-kuntrattur, fl-aħħar ta' Lulju 2016?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li jipprovdu servizz direttament lill-Gozo Channel sa l-aħħar ta’ Lulju huma:
186 ‘direct full time employees’
9 ‘board members part-time’
Numru ta’ siegħat għall-perjodu ta’ sena mingħand il-Kuntrattur huma:
Mooring Men 14,000 siegħa
Cafeteria Attendants 14,000 siegħa
Cleaners 14,500 siegħa.
Studji dwar is-servizz bl-ajru bejn Għawdex u destinazzjonijiet oħra
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji li suppost saru, jew qed isiru dwar is-servizz bl-ajru bejn Għawdex u destinazzjonjiet oħra? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn l-istess studji? Kemm ġie jiswa kull wieħed minn dawn l-istudji?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li dawn l-istudji ġew finalizzati . Peress li din hija informazzjoni sensittiva u ta’ natura kummerċjali, dawn ir-rapporti ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. A rigward l-aħħar parti ta’ din il Mistoqsija Parlamentari nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari 11887.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika tal-medja ta’ persuni li żaru ċ-Ċittadella f’Għawdex kull xahar fl-2015? Hemm xi previżjoni li dawn ser jiżdiedu wara t-tisbiħ li sar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta’ kemm persuni jżuru iċ-Ċittadella peress li dan huwa post miftuħ u l-post jiġi miżjur għal diversi raġunijiet. Madanakollu, wieħed milll-iskopijiet tal-proġett tar-restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella huwa li jiżdied in-numru ta’ viżitaturi lejn dan il-post.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Gozo Market Profile ta’ Jannar sa Diċembru 2015 maħruġ mill Awtorità Maltija tat-Turiżmu li turi li 89.3% tal-viżitaturi f’Għawdex iżuru liċ-Ċittadella u lir-Rabat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika li tindika liema tip ta’ turist li l-aktar iżur Għawdex, pereżempju jekk hux minn cruise liners, turisti long stay jew turisti li jiġu għall-weekend breaks eċċ? Hemm xi statistika li tindika jekk hemmx xi nazzjonalità li tipprevali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ turisti barranin matul l-2015, u tabella oħra li turi n-numru ta’ turisti barranin fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena meta kkumparat mal-istess perijodu s-sena l-oħra. Dan juri li kien hemm żieda ta’ turisti barranin ta’ 58.7% meta kkumparat mal-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra. Din it-tabella turi wkoll li l-maġġoranza ta’ turisti barranin li jiddeċiedu li joqogħdu hawn, jgħaddu iktar minn lejl wieħed f’Għawdex.
Mill-aħħar statistika disponibbli, jidher li l-iktar suq importanti tat-turiżmu barrani għal Għawdex huwa dak tar-Renju Unit segwit minn dak Ġermaniż, Taljan u Franciż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra ġiet imħawla f'Għawdex mill-Ministeru tiegħu kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u din is-sena sal-lum? Jista' jgħid fejn tħawlu dawn is-siġar u kif qed jiġu kkurati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fit-taqsima ta' Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kull ħaddiem f'din it-taqsima xi grad għandu? Jista' jgħid kemm kien il-vot għal Eko-Għawdex kull sena f'dawn l-aħħar seba’ snin?
Response (REFALO, ANTON)
Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of Template PQ 27421 (Anness 1).pdf
Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul ix-xhur tas-sajf 2016 ma sar l-ebda xogħol ta' manutenzjoni u patching fuq it-toroq arterjali fin-Nadur kif ġej - Triq Għajn Qasab, Triq it-Tiġrija, Triq l-Imġarr u Triq il-Qala? Jaf il-Ministru li peress li ma sar l-ebda patching kif kien isir fis-snin ta' qabel, dawn it-toroq, li minnhom jgħaddu eluf ta' Għawdxin, Maltin u turisti kuljum, jinsabu fi stat ħażin ħafna?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li se jitkompla x-xogħol ta' asfaltar fi Triq Għajn Qasab liema triq qatt ma kienet asfaltata wara 25 sena. Se tinħareġ sejħa għall-offerti u hu mistenni li dan ix-xogħol jitlesta sa Jannar 2017. Se tittieħed azzjoni ukoll fuq it-toroq l-oħra msemmija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha ta' konsulenzi li l-Ministeru tiegħu ta b'effett minn Marzu 2013 sal-lum inkluż dawk li kienu konsulenti u spiċċaw? Jista' jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' konsulenzi mogħtija minn Marzu 2013 sal-lum minn dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naħsibx li jkun għaqli li jkunu ppublikati kuntratti li jkun fihom dettalji kunfidenzjali ta’ individwi, madankollu nistieden lill-onorevoli interpellant biex meta jrid jiġi jara kopja tagħhom kif diġa’ għamlu membri oħra tal-media.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikultà biex il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea li hemm imberflin u mqatta’ quddiem il-Gozo Craft Village f'Ta' Dbiegi jinbidlu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru ikkoncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se titkompla l-bankina fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur peress li x-xogħol li nbeda ftit tax-xhur ilu, issa ilu ġimgħat wieqaf u hemm periklu serju għal min juża din il-bankina?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet se jitkomplew din il-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-baga tax-Xlendi biex magħha jorbtu cruise liners u li kien imsemmi fl-aħħar budget? Jista’ jgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex f’Għawdex ikun hemm Cruise Liner Terminal?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi wara li s-sena l-oħra ġie konkluz l-ewwel studju ta' taħt il-baħar fuq il-baga ġdida tax-Xlendi, matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena gie ffinalizzat u ffirmat il-kuntratt mal-entita li ġiet kkumissjonata biex tagħmel it-tieni studju. Ix-xogħol fuq dan l-istudju ġa beda. Għar-rigward tat-tieni domanda ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern irċieva proposta waħda. L-eżitu tal-proċess jitħabbar mill-Gvern meta l-kompiti kollha neċessarji relatati ma’ dan ir-Request for Proposals ikunu ġew imwettqa b’mod metikoluż.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu msemmi, fi ħdan is-Segretarjat Privat, kienu jieħdu allowance għal użu ta’ vettura, il-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat u l-Assistent Personali tal-Ministru. Is-Segretarju Permanenti, il-Maġistrat fil-Qorti ta’ Għawdex, id-Diretturi Ġenerali, ic-Chief Information Officer u d-Diretturi rispettivi, kellhom karozza fully expensed - dan għajr Direttur wieħed li għażel li jibqa’ juża l-vettura personali tiegħu. F’dan il-każ id-Direttur in kwistjoni kien jieħu l-fuel għall-karozza. Uffiċjali oħra fi ħdan il-Ministeru li kienu intitolati għall-allowance biex jużaw il-vettura personali tagħhom u għal allokazzjoni tal-fuel skont il-ftehim kollettiv rispettiv tagħhom, kienu l-Periti, l-Inġiniera u l-Avukat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25790 u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista' jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ tender u liema b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-directorders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-parti tal-proġett taċ-Ċittadella ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ Diċembru 2015 swiet €12,494,583. Din il-figura tinkludi wkoll il-VAT u l-element mhux eligibbli tal-proġett. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet biex il-proġett jiġi konkluż u għaldaqstant fiġura totali ta’ kemm ser jiswa’ l-proġett finalment għadha mhix magħrufa. Ma’ din ir-risposta qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-lista’ ta’ tenders li inħarġu, l-istima oriġinali u l-ammont imħallas. Dwar il-lista ta’ direct orders peress li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin, lista kompluta tkun tista’ tingħata f’xi seduta oħra meta jkunu konklużi x-xogħlijiet. Irrid pero’ inserraħ moħħ l-Onor interpellant li l-istima oriġinali ta’ dan il-proġett kienet ta’ €14,222,086 (inkluża l-VAT u l-parti mhix eliġibbli tal-proġett). Minkejja d-diversi xogħlijiet addizzjonali u t-tibdil li sar minħabba l-iskoperti arkeoloġiċi, din il-figura ma ġietx maqbuża
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25800 u jgħid min hu l-kuntrattur privat li ngħata l-kuntratt biex jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel? Kemm applikaw għal din is-sejħa għall-offerti u x' kienet l-offerta tagħhom? Bħalissa kemm qed jipprovdi ħaddiema lill-kumpanija Gozo Channel il-kuntrattur li ġie magħżul u f'liema sezzjonijiet qed jaħdmu? Kemm qed jitħallsu dawn il-ħaddiema kull siegħa ta' xogħol li jagħmlu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li f’Novembru 2015, il-UHM għamlet theddida ta’ tilwima industrijali peress illi għal xhur impjegati f’diversi gradi kienu qegħdin jaħdmu siegħat eċċessivi mingħajr ma jkollhom mistrieħ adekwat kif inhu provdut fil-liġi. Il-UHM tagħat sal-14 ta’ Diċembru 2015 sabiex din il-problema tiġi riżolta u l-mankanza indirizzata. Altrimenti kienu ser jibdew azzjonijiet industrijali. Peress li kullħadd jaqbel illi l-Gozo Channel tipprovdi servizz essenzjali, kien għalhekk meħtieġ li minnufiħ joħorġu tlett tenders – waħda tal-Cleaners, oħra tal-Mooring Men, u oħra tal-Cafeteira Attendants, sabiex minn jirbaħ din it-tender jofri siegħat ta’ xogħol lil-kumpanija Gozo Channel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni dwar it-tendrs u l-offerenti u fit-tlett tenders ntgħażlet l’orħos offerta. L-aħħar parti tad-domanda ma tistax tiġi mwieġba peress li l-Gozo Channel ikkuntrattat għal-siegħat ta’ xogħol u mhux daħħlet impjegati magħha.