Għar-rigward ta' Skema Nru. 8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999 dwar xiri ta' postijiet vojta mingħand il-privat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22570 f'din l-istess Seduta.
B'riferenza għal Skema Nru. 8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet jinsabu l-proprjetajiet offruti jekk kien hemm? Jista' jindika t-talba li saret sabiex isir it-trasferiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22570 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani liema huwa dak il-ministeru li qed jagħmel l-istudju dwar l-impatt li jkollhom fuq il-poplu tagħna u fuq it-turiżmu l-integrated tariffs of the European Communittees (TARIC) wara li Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea?
Jikkonferma li, per eżempju, l-importazzjoni tal-laħam aħmar minn ġew New Zealand ikollu jirdoppja kawża tat-tariffi li l-UE timponi fuq il-poplu tagħna wara li Malta ssir membru?
Jekk le, għaliex? Jekk iva, kif dan l-għoli tal-prezzijiet se jaffettwa l-poplu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21736 li jien tajt f'Seduta Numru 449.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000? Mil-liema lokalita' kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri ta' persuni li tilfu l-impjieg għax-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000? Minn liema qasam kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri ta' persuni li sabu mpjieg ġdid meta kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000? F'liema qasam instab dan l-impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-engagement forms li daħlu l-ETC sal-11 ta' Jannar 2001, in-numru ta' persuni li sabu xogħol waqt li kienu qiegħdin jirreġistraw bejn Settembru u Novembru 2000 kien kif ġej:
Settembru 617
Ottubru 496
Novembru 340
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmana kemm huwa n-numru ta' djar li jinsabu vojta fl-Isla? Jista' jgħid, jekk teżisti, kemm minnhom huma tal-privat u dawk tal-gvern? Jista' jagħti l-istess tagħrif għal lokalita' ta' Bormla u l-Birgu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi konkluż il-każ ta' ġuvni b'marda mentali li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament u li qiegħed jistenna jgħaddi board? Jista' dan il-ġuvni jiġi nformat bil-miktub?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi sforzi saru mill-ETC biex jinstab sponsor għall-istudent li ismu qed jintbagħat separatament fl-iskema ta' l-apprendistat?
Hemm xi possibbilta' li jinstabu sponsors għax iż-żmien għaddej u qed jitlef esperjenza tant meħtieġa għal formazzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-responsabbilita' li tinstab kumpanija li toffri sponsorship lill-apprendisti hi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ iżda jekk apprendist jintgħażilx mill-kumpanija jiddependi mill-kapaċita' ta' l-apprendist kif ukoll mir-riżultati miksuba.
L-apprendist li rrefera għalih l-Onor. Evarist Bartolo ġie minn ta' l-aħħar kemm fl-eżamijiet ta' nofs is-sena kif ukoll dawk annwali.
Minn naħa tagħha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ xorta rreferiet lill-apprendist imsemmi għal aktar minn għaxar intervisti kemm ma' ditti privati kif ukoll ma' korpi parastatali. Minkejja dan kollu l-apprendist baqa' ma ġiex magħżul.
Ftit tal-ġranet ilu l-Korporazzjoni għamlet arranġament biex dan jerġa' jattendi għal intervista bil-ħsieb li jiġi offrut sponsorship.
L-apprendist imsemmi attenda għal intervista iżda ma ġiex magħżul minħabba nuqqas ta' kapaċitajiet.
Jista' l-Viċi Prim Mnistru jelenka r-riżervi li kellhom il-korpi kostitwiti dwar il-proposti tal-gvern dwar il-qafas leġislattiv maħsub għall-MCED?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li d-diskussjonijiet ma' l-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCED għadhom għaddejjin u x'aktarx jiġu konklużi fil-ġranet li ġejjin. Sallum ma kienx hemm xi "riżervi" speċifiċi, iżda suġġerimenti għal xi alternattivi li qiegħdin jiġu kkunsidrati.
F'dan l-istadju, peress li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji fil-pubbliku.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm mid-dipartiment dwar benefiċċji soċjali tar-relief tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha separatament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li jgħixu f'postijiet tal-gvern u li għandhom applikazzjoni pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux l-istatistika mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana kemm huma dawk li għandhom pensjoni barranija u joqogħdu f'Malta?
Jista' jgħid wkoll kemm għandna pensjonanti li jibbenefikaw minn żewġ pensjonijiet, jiġifieri dik ta' barra u ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti illi l-istatistika kif mitlub minnha ma tinżammx minħabba li mhux kull pensjoni mħallsa minn barra taffettwa r-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali. Barra minn hekk, il-lokalita' minn fejn tkun ġejja l-pensjoni mhix kundizzjoni li biha pensjoni tkun meqjusa li hija pensjoni tas-servizz skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' dawk li kienu jibbenifikaw minn dawn il-benefiċċji soċjali mill-1996 sal-lum 2001 sena b'sena?
Children's Allowance
Allowance ta' l-ltim
Pensjoni għal Invalidita'
Pensjoni Minima għal Invalidita' Nazzjonali
Pensjoni Miżjuda
Pensjoni Minima għar-Romol
Pensjoni tar-Romol
Pensjoni Minima Nazzjonali Mnaqqsa
Pensjoni taż-Żewġ Terżi
Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda
Pensjoni Minima Nazzjonali
Pensjoni għall-Irtir
Pensjoni tas-supersiti
Allowance speċjali ta' armla
Gratifikazzjoni taż-żwieġ (ta' armla)
Benefiċċji Soċjali - Għalija taż-Żwieġ
Benefiċċji Speċjali għad-disimpjieg
Benefiċċji tal-Mard
Benefiċċji għall-korriment
Bonus - Benefiċċji Kontributorji
Benefiċċji għall-Maternita'
Benefiċċji għal Disimpjieg
Benefiċċji Soċjali - Bonus mhux kontributorju
Pensjoni ta' l-Eta'
Benefiċċji Soċjali Persuni għal Diżabilita
Benefiċċji Soċjali - Għajnuna Soċjali
Benefiċċji Soċjali - Allowance Supplimentari
Benefiċċji Soċjali - Għajnuna għal Mard
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-istatistika dwar in-numru ta' benefiċċjari li kienu qiegħdin jirċievu l-benefiċċji soċjali kif indikat mill-1996 sallum 2001, u sena b'sena jidhru kull sena fir-rapport annwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Bħal ma taf l-Onor. Interpellanti dan ir-rapport jiġi ppubblikat kull sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' l-indirizzi ta' postijiet vojta li d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali għandu għad-dispożizzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-postijiet vojta li jkollu f'idejh id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jiġu allokati kemm jista' jkun malajr u għalhekk il-lista ta' dawn il-postijiet tinbidel kontinwament.
Barra minnhekk, għal raġunijiet ovvji, ma jidhirlix li jkun għaqli li jiġu ppubblikati l-indirizzi ta' postijiet vojta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija tiġi milqugħa t-talba tagħha li jkollha s-servizz tal-Home Help għal inqas darba fil-ġimgħa minħabba l-bżonn tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li l-każ tagħha ġie ppreżentat lill-Board, ġie miftiehem li s-support familjari ta' din il-persuna għandu jkun biżżejjed fiċ-ċirkustanzi tad-dar tagħha. Dan il-każ imur lura sa Diċembru 1999. Minn dak inhar, qatt ma saret talba oħra għas-servizz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ ta' pensjonant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija li kien ilu jaħdem mal-Gvern mill-1959 b'waqfa mill-1981 sa 1986 jekk għandux dritt għal somma tas-servizz peress li huwa kien mal-Gvern qabel 1979? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bil-miktub?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-Awtorita' tad-Djar HAY 196/2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għada qed tistenna informazzjoni minn entitajiet oħra dwar dan l-applikant.
Pero, kif tagħmel fuq kull applikazzjoni taħt l-iskemi tagħha, l-Awtorita' toqgħod fuq informazzjoni li jagħti l-applikant stess fuq l-applikazzjoni u jekk jikkwalifika jingħata, bla preġudizzju, l-awtoriżżazzjoni neċessarja.
Jekk jinstab mill-informazzjoni miġbura mill-entatijiet oħra li ma jikkwalifikax jinżamm is-sussidju u jekk ikun diġa' bbenefika tintalab ir-rifużjoni.
Dan l-applikant intbagħtitlu din l-awtoriżżazzjoni bla preġudizzju.